Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0333

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/333 tal-11 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ każijiet li fihom id-data tal-identità titqies bħala l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta’ identitajiet multipli

C/2022/4775

ĠU L 47, 15.2.2023, p. 17–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/333/oj

15.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/17


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/333

tal-11 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ każijiet li fihom id-data tal-identità titqies bħala l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta’ identitajiet multipli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/817, flimkien mar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jistabbilixxi qafas li jiżgura l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri, il-viża, il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni.

(2)

Dan il-qafas jinkludi għadd ta’ komponenti tal-interoperabbiltà, inkluż detettur ta’ identitajiet multipli. Id-detettur ta’ identitajiet multipli joħloq u jaħżen links bejn id-data fis-sistemi ta’ informazzjoni differenti tal-UE għad-detezzjoni ta’ identitajiet multipli, bl-iskop doppju tal-iffaċilitar tal-kontrolli tal-identità għall-vjaġġaturi bona fide u biex tiġi miġġielda l-frodi tal-identità. Il-kollegament tad-data huwa essenzjali biex id-detettur ta’ identitajiet multipli jissodisfa l-objettivi tiegħu.

(3)

Il-proċess tad-detezzjoni ta’ identitajiet multipli jirriżulta fil-ħolqien ta’ links bojod u sofor awtomatizzati. Link bajda tindika li d-data tal-identità tal-fajls illinkjati hija l-istess jew simili filwaqt li link safra tindika li d-data tal-identità tal-fajls illinkjati ma tistax titqies li tkun simili u li jenħtieġ li ssir verifika manwali tal-identitajiet differenti.

(4)

Meta jitqies il-piż kemm fuq persuni li d-data tagħhom tkun rreġistrata fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, kif ukoll fuq l-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġi limitat l-għadd ta’ każijiet li fihom jiġu ġġenerati links sofor mid-detettur ta’ identitajiet multipli u li għalhekk jirrikjedu verifika manwali.

(5)

Skont ir-Regolament (UE) 2019/817, l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“eu-LISA”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li tkun responsabbli għat-tħejjija, għall-iżvilupp u għat-tmexxija operattiva tal-komponenti tal-interoperabbiltà, inkluż tad-detettur ta’ identitajiet multipli.

(6)

Qabel l-iżvilupp tad-detettur ta’ identitajiet multipli huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri biex jiġu ddeterminati l-każijiet li fihom id-data tal-identità li tikkonċerna persuna, maħżuna f’diversi sistemi, titqies l-istess jew simili għall-fini ta’ detezzjoni ta’ identitajiet multipli.

(7)

Billi r-Regolament (UE) 2019/817 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/817 fil-liġi nazzjonali tagħha. Għalhekk hija marbuta b’dan ir-Regolament.

(8)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fihom (4). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(9)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6).

(10)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(11)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(12)

Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew li huwa marbut miegħu mod ieħor, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011 rispettivament.

(13)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u ta l-opinjoni tiegħu fis-27 ta’ April 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

data tal-identità” tfisser id-data li ġejja:

(a)

il-kunjom (isem il-familja); l-ewwel isem jew ismijiet (l-ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; u s-sess; kif imsemmija fl-Artikolu 16(1)(a), fl-Artikolu 17(1) u fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(b)

il-kunjom (isem il-familja), l-ewwel isem/ismijiet (l-isem/ismijiet mogħti(ja), il-kunjom mat-twelid; l-ismijiet assunti; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, is-sess u n-nazzjonalità attwali; kif imsemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

(c)

il-kunjomijiet, l-ismijiet, l-ismijiet mat-twelid, l-ismijiet użati qabel u l-ismijiet assunti, il-post tat-twelid, id-data tat-twelid, il-ġeneru u kwalunkwe nazzjonalità miżmuma, kif imsemmija fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

(d)

il-kunjomijiet, l-ismijiet, l-ismijiet mat-twelid, l-ismijiet użati qabel u l-ismijiet assunti, il-post tat-twelid, id-data tat-twelid, il-ġeneru u kwalunkwe nazzjonalità miżmuma, kif imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(e)

il-kunjomijiet, l-ismijiet, l-ismijiet mat-twelid, l-ismijiet użati qabel u l-ismijiet assunti, il-post tat-twelid, id-data tat-twelid, il-ġeneru u kwalunkwe nazzjonalità miżmuma, kif imsemmija fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16);

(f)

il-kunjom (isem tal-familja), ismijiet (ismijiet mogħtija), id-data tat-twelid, il-post tat-twelid (belt u pajjiż), in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet u l-ġeneru, ismijiet preċedenti, jekk applikabbli, kif imsemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (a)(i) tar-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(g)

sal-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18): il-kunjom (isem il-familja), l-isem jew l-ismijiet (ismijiet mogħtija), id-data tat-twelid, is-sess, il-post u l-pajjiż tat-twelid, u n-nazzjonalitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 9(4), il-punti (a) u (aa), tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(h)

mill-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1134: il-kunjom (l-isem tal-familja); l-isem/ismijiet (l-isem/ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; il-post u l-pajjiż tat-twelid; is-sess, u n-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 9(4), il-punti (a) u (aa) u fl-Artikolu 22a(1), il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

(2)

“ugwali” tfisser korrispondenza ta’ 100 % bejn id-data ta’ żewġ sistemi ta’ informazzjoni differenti tal-UE, inkluż, fejn meħtieġ, l-użu ta’ funzjonalità ta’ konverżjoni-armonizzazzjoni biex jiġi armonizzat il-format tad-data kollha qabel it-tqabbil;

(3)

“traslitterazzjoni” tfisser tip ta’ konverżjoni ta’ test minn kitba waħda għal oħra li tinvolvi l-iskambju ta’ ittri b’modi identifikati qabel.

Artikolu 2

Data tal-identità identika

Il-proċeduri għad-determinazzjoni tal-każijiet li fihom id-data tal-identità għandha titqies bħala l-istess huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 3

Data tal-identità simili

Il-proċeduri għad-determinazzjoni tal-każijiet li fihom id-data tal-identità għandha titqies bħala simili huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 4

Logs

1.   Ir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità għandu jżomm il-logs tat-tqabbil tad-data, li jkun fihom, tal-anqas:

(a)

id-data u l-ħin tat-tqabbil;

(b)

ir-riżultat tat-tqabbil, inkluż liema data tal-identità kienet ikkunsidrata bħala l-istess jew simili;

(c)

il-kulur tal-link wara t-tqabbil awtomatizzat;

(d)

il-kulur tal-link wara l-ipproċessar manwali li jsegwi l-ħolqien ta’ link safra;

(e)

il-modifiki fil-links, inkluż fejn id-data tal-identità kienet ikkunsidrata simili.

2.   Il-logs għandhom jinħażnu fir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità. Għandhom jinħażnu għal mhux aktar minn sena wara t-tqabbil tad-data. Wara dan il-perjodu għandhom jitħassru awtomatikament.

3.   Il-logs għandhom jintużaw mir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità għall-produzzjoni ta’ rapporti awtomatiċi tal-attivitajiet u għas-sostenn u għall-monitoraġġ tal-preċiżjoni tat-tqabbil tad-data bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

(4)  Dan ir-Regolament jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(7)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(9)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 11).

(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).


ANNESS I

1.    Data minn sistemi ta’ informazzjoni differenti

 

Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

1

Ismijiet (inklużi l-kunjom u l-isem)

Kunjomijiet

Kunjomijiet użati qabel

Kunjomijiet ta’ ismijiet assunti

Ismijiet

Ismijiet użati qabel

Ismijiet tal-ismijiet assunti

Ismijiet mat-twelid

Kunjom (isem tal-familja)

Isem

Ismijiet

Ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid

Ismijiet oħra (ismijiet assunti, ismijiet artistiċi, ismijiet tas-soltu)

Isem/ismijiet

Isem mogħti/ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

L-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid (l-isem/ismijiet tal-familja preċedenti)

Isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

2

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid tal-ismijiet assunti

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

3

Ġeneru

Ġeneru

Ġeneru tal-ismijiet assunti

Sess

Sess

Ġeneru

Sess

4

Nazzjonalità u post tat-twelid

Kull nazzjonalità

Nazzjonalità tal-ismijiet assunti

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid)

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid) tal-ismijiet assunti

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità Attwali

Post tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid (belt u pajjiż)

Nazzjonalità attwali

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità mat-twelid

Post u pajjiż tat-twelid

Fil-każ tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, għal kull data prevista fit-tabella, id-data tal-identità tista’ tappartjeni għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

“identità kkonfermata”, fejn l-identità ta’ persuna tkun ġiet ikkonfermata abbażi ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni ġenwini, b’riżultat ta’ tqabbil bijometriku jew permezz ta’ dikjarazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

“identità mhux konfermata”, fejn ma jkunx hemm prova biżżejjed tal-identità ta’ persuna;

(c)

“isem assunt”, fejn persuna tuża identità falza jew fittizja;

(d)

“identità użurpata”, fejn persuna, soġġetta għal allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, tuża l-identità ta’ persuna reali oħra, b’mod partikolari meta dokument jintuża għad-detriment tas-sid reali ta’ dak id-dokument.

Għall-finijiet ta’ din it-tabella, id-data tal-identità ta’ ismijiet assunti tirreferi għall-kategoriji (b), (c) u (d), filwaqt li d-data li mhijiex ta’ ismijiet assunti tirreferi għall-kategorija (a).

2.    Data tal-identità identika

Dan l-Anness jistabbilixxi l-każijiet li fihom id-data tal-identità tista’ titqies bħala l-istess. Sabiex id-data tal-identità titqies l-istess jenħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tat-Taqsima 3.

3.   Każijiet fejn id-data tal-identità tista’ titqies l-istess skont il-kategorija tad-data

Sabiex id-data tal-identità titqies l-istess, meta tinħoloq link bejn id-data minn żewġ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi stipulati fit-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3 u 3.4.

3.1.   Ismijiet

Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Ismijiet (inklużi l-kunjom u l-isem)

Kunjomijiet

Kunjomijiet użati qabel

Kunjomijiet ta’ ismijiet assunti

Ismijiet

Ismijiet użati qabel

Ismijiet mat-twelid

Ismijiet tal-ismijiet assunti

Kunjom (isem tal-familja)

Isem

Ismijiet

Ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid

Ismijiet oħra (ismijiet assunti, ismijiet artistiċi, ismijiet tas-soltu)

Isem/ismijiet

Isem mogħti/ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

L-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid (l-isem/ismijiet tal-familja preċedenti)

Isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

Sabiex id-data tal-identità titqies l-istess, meta tinħoloq link bejn id-data minn żewġ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

id-data inserita f’mill-inqas wieħed mill-kampijiet tad-data li ġejjin hija ugwali fiż-żewġ sistemi:

(i)

kunjom;

(ii)

isem il-familja;

(iii)

kunjomijiet użati qabel;

(iv)

kunjom mat-twelid;

(v)

ismijiet oħra (ismijiet assunti, ismijiet artistiċi, ismijiet tas-soltu);

(vi)

psewdonimi;

(vii)

kunjomijiet ta’ ismijiet assunti;

(viii)

ismijiet preċedenti;

(ix)

kunjomijiet preċedenti.

(b)

id-data inserita f’mill-inqas wieħed mill-kampijiet tad-data li ġejjin hija ugwali fiż-żewġ sistemi:

(i)

l-ewwel isem;

(ii)

isem;

(iii)

kunjom;

(iv)

ismijiet mogħtija;

(v)

ismijiet użati qabel;

(vi)

ismijiet oħra (ismijiet assunti, ismijiet artistiċi, ismijiet tas-soltu);

(vii)

psewdonimi;

(viii)

ismijiet tal-ismijiet assunti;

(ix)

ismijiet preċedenti.

3.2.   Data tat-twelid

Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid tal-ismijiet assunti

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Sabiex id-data tal-identità titqies l-istess, meta tinħoloq link bejn id-data minn żewġ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, il-valuri inklużi fil-kategorija tad-data “data tat-twelid” trid tkun ugwali fiż-żewġ sistemi.

3.3.   Ġeneru

Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Ġeneru

Ġeneru

Ġeneru tal-ismijiet assunti

Sess

Sess

Ġeneru

Sess

Sabiex id-data tal-identità titqies l-istess, meta tinħoloq link bejn id-data minn żewġ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, id-data inkluża fil-kategorija tad-data “ġeneru” trid tkun ugwali fiż-żewġ sistemi.

3.4.   Nazzjonalitajiet u post tat-twelid

Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Nazzjonalitajiet u post tat-twelid

Kull nazzjonalità

Nazzjonalità tal-ismijiet assunti

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid)

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid) tal-ismijiet assunti

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità Attwali

Post tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid (belt u pajjiż)

Nazzjonalità attwali

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità mat-twelid

Post u pajjiż tat-twelid

Sabiex id-data tal-identità titqies l-istess, meta tinħoloq link bejn id-data minn żewġ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, mill-inqas wieħed mill-kampijiet tad-data fil-kategorija tad-data “nazzjonalitajiet u post tat-twelid” irid ikun ugwali fiż-żewġ sistemi, u jinkludi almenu waħda min-nazzjonalitajiet.


ANNESS II

1.    Data minn sistemi ta’ informazzjoni differenti

 

Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

1

Ismijiet (inklużi l-kunjom u l-isem)

Kunjomijiet

Kunjomijiet użati qabel

Kunjomijiet ta’ ismijiet assunti

Ismijiet

Ismijiet użati qabel

Ismijiet mat-twelid

Ismijiet tal-ismijiet assunti

Kunjom (isem tal-familja)

Isem

Ismijiet

Ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid

Ismijiet oħra (ismijiet assunti, ismijiet artistiċi, ismijiet tas-soltu)

Isem/ismijiet

Isem mogħti/ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

L-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid (l-isem/ismijiet tal-familja preċedenti)

Isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

2

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid tal-ismijiet assunti

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

3

Ġeneru

Ġeneru

Ġeneru tal-ismijiet assunti

Sess

Sess

Ġeneru

Sess

4

Nazzjonalità u post tat-twelid

Kull nazzjonalità

Nazzjonalità tal-ismijiet assunti

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid)

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid) tal-ismijiet assunti

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità Attwali

Post tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid (belt u pajjiż)

Nazzjonalità attwali

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità mat-twelid

Post u pajjiż tat-twelid

Fil-każ tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, għal kull data prevista fit-tabella, id-data tal-identità tista’ tappartjeni għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

“identità kkonfermata”, fejn l-identità ta’ persuna tkun ġiet ikkonfermata abbażi ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni ġenwini, b’riżultat ta’ tqabbil bijometriku jew permezz ta’ dikjarazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

“identità mhux konfermata”, fejn ma jkunx hemm prova biżżejjed tal-identità ta’ persuna;

(c)

“isem assunt”, fejn persuna tuża identità falza jew fittizja;

(d)

“identità użurpata”, fejn persuna, soġġetta għal allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, tuża l-identità ta’ persuna reali oħra, b’mod partikolari meta dokument jintuża għad-detriment tas-sid reali ta’ dak id-dokument.

Għall-finijiet ta’ din it-tabella, id-data tal-identità ta’ ismijiet assunti tirreferi għall-kategoriji (b), (c) u (d), filwaqt li d-data li mhijiex ta’ ismijiet assunti tirreferi għall-kategorija (a).

2.    Data tal-identità simili

It-Taqsima 3 tipprovdi lista eżawrjenti ta’ regoli għal meta d-data tal-identità għandha titqies bħala simili.

L-eu-LISA, li ġiet assistita u avżata mill-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà, għandha tapplika dawn ir-regoli permezz ta’ algoritmu f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni li ġiet assistita u avżata mis-Sottogrupp dwar l-Interoperabbiltà tal-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni għall-Fruntieri u s-Sigurtà (“Grupp ta’ Esperti”).

L-eu-LISA għandha timmonitorja l-impatt tal-applikazzjoni tal-algoritmu u tirrapporta, fuq bażi regolari, lill-Grupp ta’ Esperti.

Fejn meħtieġ, sabiex jiġi limitat l-għadd ta’ każijiet li fihom ikun hemm bżonn li l-links sofor iġġenerati mid-detettur ta’ identitajiet multipli jinbidlu f’links bojod mill-awtoritajiet responsabbli, il-Kummissjoni, assistita u avżata mill-Grupp ta’ Esperti, għandha titlob lill-eu-LISA taġġusta l-algoritmu billi tipprijoritizza l-links sofor maħluqa bejn id-data tal-identità li titqies aktar simili, f’konformità mar-regoli fit-Taqsima 3.

Id-detettur ta’ identitajiet multipli għandu dejjem jivverifika d-data tal-identità mar-regoli kollha stabbiliti fit-Taqsima 3.

3.   Każijiet fejn id-data tal-identità għandha titqies bħala simili

3.1.   Ismijiet

Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Ismijiet (inklużi l-kunjom u l-isem)

Kunjomijiet

Kunjomijiet użati qabel

Kunjomijiet ta’ ismijiet assunti

Ismijiet

Ismijiet użati qabel

Ismijiet mat-twelid

Ismijiet tal-ismijiet assunti

Kunjom (isem tal-familja)

Isem

Ismijiet

Ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid

Ismijiet oħra (ismijiet assunti, ismijiet artistiċi, ismijiet tas-soltu)

Isem/ismijiet

Isem mogħti/ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

L-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid (l-isem/ismijiet tal-familja preċedenti)

Isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

Id-data tal-identità tal-kategorija tad-data “ismijiet” għandha titqies simili meta jkun hemm:

(a)

traslitterazzjoni magħrufa tal-ismijiet;

(b)

inverżjonijiet tal-kategoriji ta’ data li ġejjin:

(i)

kunjom; isem il-familja; kunjomijiet użati qabel; kunjom mat-twelid, isem mat-twelid; kunjomijiet ta’ ismijiet assunti, kunjomijiet preċedenti;

(ii)

l-ewwel isem; isem; kunjom; ismijiet mogħtija; ismijiet użati qabel; ismijiet tal-ismijiet assunti;

(c)

każijiet fejn l-isem u l-kunjom jiġu raggruppati f’wieħed mill-kampijiet tad-data;

(d)

każijiet fejn l-ordni ta’ żewġ kelmiet ikun invers, inklużi kemm dawk kontingwi kif ukoll dawk mhux kontingwi;

(e)

każijiet fejn l-ordni ta’ żewġ ittri jkun invers, inklużi kemm dawk kontingwi kif ukoll dawk mhux kontingwi;

(f)

każijiet fejn ikun meħtieġ l-editjar ta’ karattru wieħed, inklużi inserzjonijiet, tħassir u sostituzzjonijiet, biex il-kategorija tad-data ta’ sistema ta’ informazzjoni waħda tal-UE tkun ugwali għall-kategorija tad-data f’sistema ta’ informazzjoni oħra tal-UE;

(g)

każijiet fejn tinstab differenza minħabba l-użu ta’ singijiet, virgoli jew apostrofi;

(h)

każijiet fejn l-isem ikun maqtugħ.

3.2.   Data tat-twelid

Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid tal-ismijiet assunti

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Id-data tal-identità tal-kategorija tad-data “data tat-twelid” għandha titqies simili meta jkun hemm:

(a)

każijiet fejn il-kampijiet tax-xahar u tal-ġurnata jaqblu jekk jinqalbu;

(b)

każijiet fejn id-differenza fid-data tat-twelid tkun minħabba konverżjoni magħrufa ta’ kalendarji differenti;

(c)

każijiet fejn ikun meħtieġ l-editjar ta’ karattru wieħed, inklużi inserzjonijiet, tħassir u sostituzzjonijiet, biex il-kategorija tad-data ta’ sistema ta’ informazzjoni tal-UE tkun ugwali għall-kategorija tad-data f’sistema ta’ informazzjoni oħra tal-UE.

3.3.   Ġeneru

Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Ġeneru

Ġeneru

Ġeneru tal-ismijiet assunti

Sess

Sess

Ġeneru

Sess

3.4.   Nazzjonalitajiet u post tat-twelid

Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Nazzjonalitajiet u post tat-twelid

Kull nazzjonalità

Nazzjonalità tal-ismijiet assunti

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid)

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid) tal-ismijiet assunti

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità Attwali

Post tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid (belt u pajjiż)

Nazzjonalità attwali

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità mat-twelid

Post u pajjiż tat-twelid

Id-data tal-identità tal-kategorija tad-data “nazzjonalitajiet u post tat-twelid” tista’ titqies simili meta jkun hemm:

(a)

traslitterazzjoni magħrufa f’nazzjonalitajiet jew fil-post tat-twelid;

(b)

każijiet fejn ikun meħtieġ l-editjar ta’ karattru wieħed, inklużi inserzjonijiet, tħassir u sostituzzjonijiet, biex il-kategorija tad-data ta’ sistema ta’ informazzjoni waħda tal-UE tkun ugwali għall-kategorija tad-data f’sistema ta’ informazzjoni oħra tal-UE;

(c)

każijiet magħrufa fejn nazzjonalitajiet/pajjiżi/bliet ikunu bidlu d-denominazzjoni tagħhom.


Top