Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0315

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/315 tal-25 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tad-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti tipi ta’ kuntratti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/7175

    ĠU L 43, 13.2.2023, p. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/315/oj

    13.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 43/4


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/315

    tal-25 ta’ Ottubru 2022

    li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tad-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti tipi ta’ kuntratti

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 (2), (UE) 2016/592 (3) u (UE) 2016/1178 (4) jispeċifikaw, fost l-oħrajn, id-dati li fihom ikollu effett l-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet tad-derivattivi barra l-borża (over-the-counter, OTC) stabbiliti fl-Annessi ta’ dawn ir-Regolamenti Delegati. L-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dawn ir-Regolamenti Delegati fih id-dati differiti ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f’pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni. Dawn id-dati differiti tal-applikazzjoni kienu meħtieġa biex jiġi żgurat li tali kuntratti tad-derivattivi OTC ma jkunux suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar qabel l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

    (2)

    Sal-lum, l-ebda att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma ġie adottat b’rabta mal-obbligu tal-ikklerjar. L-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għall-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi li huma parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f’pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, mingħajr l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ikollha, impatt ekonomiċi detrimentali fuq il-kontropartijiet tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti intragrupp tad-derivattivi OTC ma’ kontroparti ta’ pajjiż terz għandha tiġi differita ulterjorment.

    (3)

    Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 jiġu emendati skont dan.

    (4)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA).

    (5)

    L-emendi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 huma aġġustamenti limitati tal-qafas regolatorju eżistenti. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tal-emendi u l-urġenza tal-kwistjoni, ikun sproporzjonat ħafna li -ESMA twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew analiżijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati. Madankollu, l-ESMA talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u kkonsultat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

    (6)

    Sabiex il-parteċipanti fis-suq jingħataw ċertezza legali malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205

    Fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    fit-30 ta’ Ġunju 2025, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta’ derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiż terz relevanti;”.

    Artikolu 2

    Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2016/592

    Fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    fit-30 ta’ Ġunju 2025, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta’ derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiż terz relevanti;”.

    Artikolu 3

    Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2016/1178

    Fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1178, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    fit-30 ta’ Ġunju 2025, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta’ derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiż terz relevanti;”.

    Artikolu 4

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-25 ta’ Ottubru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta’ Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta’ Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5).

    (4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta’ Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 3).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


    Top