Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1549

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1549 tal-10 ta’ Lulju 2023 dwar il-ħatra ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol

    ST/10399/2023/INIT

    ĠU L 188, 27.7.2023, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1549/oj

    27.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 188/38


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1549

    tal-10 ta’ Lulju 2023

    dwar il-ħatra ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 54 u 55 tiegħu,

    Waqt li jaġixxi bħala l-awtorità li ngħatat is-setgħa li taħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol,

    Billi:

    (1)

    Il-mandat ta’ wieħed mill-Viċi Diretturi Eżekuttivi attwali tal-Europol jintemm fil-31 ta’ Lulju 2023. Għaldaqstant, jeħtieġ li jinħatar Viċi Direttur Eżekuttiv ġdid tal-Europol.

    (2)

    Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017 tistabbilixxi r-regoli għall-għażla, l-estensjoni tal-mandat u t-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol.

    (3)

    Waħda mill-karigi ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol tqieset battala skont l-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017 mill-1 ta’ Novembru 2022. Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għall-pożizzjoni ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Ottubru 2022 (2).

    (4)

    F’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794, tħejjiet lista qasira ta’ kandidati minn kumitat tal-għażla stabbilit mill-Bord ta’ Amministrazzjoni (il-“Kumitat tal-Għażla”). Il-Kumitat tal-Għażla ħejja rapport debitament motivat u ppreżentah lill-Bord ta’ Amministrazzjoni fit-13 ta’ Marzu 2023.

    (5)

    Abbażi tar-rapport tal-Kumitat tal-Għażla u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-1 ta’ Mejju 2017, il-Bord ta’ Amministrazzjoni ħareġ opinjoni motivata fit-22 ta’ Marzu 2023 dwar il-ħatra ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv ġdid tal-Europol, li fiha ppropona lill-Kunsill lista qasira ta’ tliet kandidati adatti għall-kariga.

    (6)

    Fl-24 ta’ April 2023, il-Kunsill għażel lis-Sur Ștefan-Andrei LINȚĂ bħala l-Viċi Direttur Eżekuttiv il-ġdid tal-Europol u informa lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew (il-“Kumitat LIBE”), li huwa l-kumitat kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 54(2), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2016/794, dwar dik l-għażla.

    (7)

    Fit-23 ta’ Mejju 2023, is-Sur Ștefan-Andrei LINȚĂ deher quddiem il-Kumitat LIBE. Fl-1 ta’ Ġunju 2023, il-Kumitat LIBE ta l-opinjoni tiegħu f’konformità mal-Artikolu 54(2), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2016/794,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Ștefan-Andrei LINȚĂ huwa b’dan maħtur bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2023 sal-31 ta’ Lulju 2027 fil-grad AD 14.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. NAVARRO RÍOS


    (1)  ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.

    (2)  ĠU C 417 A, 31.10.2022, p. 1.


    Top