EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0269

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/269 tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, rigward l-emendar tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE (Depożitarju Ċentrali tat-Titoli — il-Liechtenstein) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ST/15839/2022/INIT

ĠU L 39, 9.2.2023, p. 32–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/269/oj

9.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/269

tat-30 ta’ Jannar 2023

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, rigward l-emendar tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE (Depożitarju Ċentrali tat-Titoli — il-Liechtenstein)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness IX tiegħu.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie inkorporat fil-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2019 (4) u huwa msemmi fil-punt 31bf tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE.

(4)

L-adattament (c) fil-punt 31bf tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jagħti lil-Liechtenstein deroga li tippermetti lid-Depożitorji Ċentrali tat-Titoli ta’ pajjiżi terzi li diġà jipprovdu s-servizzi msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 lil intermedjarji finanzjarji fil-Liechtenstein jew li diġà stabbilew fergħa fil-Liechtenstein biex ikomplu jipprovdu tali servizzi msemmija f’dak l-Artikolu għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2019.

(5)

Fit-2 ta’ Novembru 2022, il-Liechtenstein ressaq talba għall-estensjoni tad-deroga msemmija fl-adattament (c) fil-punt 31bf tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE lil hinn mit-8 ta’ Frar 2024, għal perjodu li ma għandux jaqbeż is-seba’ snin.

(6)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat fis-sens li Depożitorji Ċentrali tat-Titoli ta’ pajjiżi terzi li diġà jipprovdu s-servizzi msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 lil intermedjarji finanzjarji fil-Liechtenstein jew li diġà stabbilew fergħa fil-Liechtenstein jitħallew ikomplu jipprovdu tali servizzi għal perjodu li ma jaqbiżx is-seba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-abbozz anness tad-deċiżjoni. Madankollu, l-adattament (c) fil-punt 31bf tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi rieżaminat jekk l-Artikolu 25 jew 69 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 jiġi emendat matul dak il-perjodu ta’ żmien.

(7)

Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KULLGREN


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2019 tat-8 ta’ Frar 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/341] (ĠU L 60, 28.2.2019, p. 31).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru ...

ta’ ...

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (1) ġie inkorporat fil-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2019 tat-8 ta’ Frar 2019 (2) u huwa msemmi fil-punt 31bf tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE.

(2)

Il-kundizzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi fiż-Żona Ekonomika Ewropea minn depożitorji ċentrali tat-titoli (central securities depositories, CSDs) stabbiliti f’pajjiż terz huma rregolati mill-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

(3)

L-adattament (c) fil-punt 31bf tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jagħti lil-Liechtenstein deroga li tippermetti lil CSDs ta’ pajjiżi terzi li diġà jipprovdu s-servizzi msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 lil intermedjarji finanzjarji fil-Liechtenstein jew li diġà stabbilew fergħa fil-Liechtenstein biex ikomplu jipprovdu tali servizzi sa ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2019 tat-8 ta’ Frar 2019.

(4)

Jenħtieġ li l-adattament (c) fil-punt 31b tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat fis-sens li CSDs ta’ pajjiżi terzi li diġà jipprovdu s-servizzi msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 lil intermedjarji finanzjarji fil-Liechtenstein jew li diġà stabbilew fergħa fil-Liechtenstein jitħallew ikomplu jipprovdu tali servizzi għal perjodu li ma jaqbiżx is-seba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Madankollu, jekk l-Artikolu 25 jew 69 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 jiġi emendat matul dak il-perjodu ta’ żmien, jenħtieġ li l-adattament (c) jiġi rivedut skont dan.

(5)

Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-adattament (c) fil-punt 31bf tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b’dan li ġej:

(c)

“Il-Liechtenstein jista' jħalli lil CSDs ta' pajjiż terz li diġà jipprovdu servizzi msemmija fl-Artikolu 25(2) lil intermedjarji finanzjarji fil-Liechtenstein jew li diġà stabbilew fergħa fil-Liechtenstein, ikomplu jipprovdu s-servizzi msemmija fl-Artikolu 25(2) għal perjodu li ma jaqbiżx seba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-Deċiżjoni].”.

Artikolu 2

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrevedu l-adattament (c) fil-punt 31bf tal-Anness IX meta jinkorporaw fil-Ftehim ŻEE kwalunkwe att li jemenda jew jissostitwixxi l-Artikolu 25 jew 69 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, […].

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 28.2.2019, p. 31.

(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


Top