EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0247
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/247 of 14 December 2021 amending Regulation (EU) 2018/956 of the European Parliament and of the Council as regards the data on new heavy-duty vehicles to be monitored and reported by Member States and by manufacturers and the reporting procedure (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/247 tal-14 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi u l-proċedura ta’ rapportar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/247 tal-14 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi u l-proċedura ta’ rapportar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/8909
ĠU L 41, 22.2.2022, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R1610
22.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/11 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/247
tal-14 ta’ Diċembru 2021
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi u l-proċedura ta’ rapportar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1)(a) u (d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 tispeċifika d-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri relatata mal-vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni. |
(2) |
Sabiex tiġi prevista analiżi bir-reqqa f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/956, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jirrapportaw id-data li tippermetti li tiġi ddeterminata l-konfigurazzjoni tal-fus tal-vettura tal-vetturi rrapportati fuq il-bażi tal-għadd ta’ fusien motorizzati. Tali data hija rreġistrata fl-entrata 3 taċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ vettura heavy-duty ġdida. |
(3) |
Dik l-informazzjoni tippermetti lill-Kummissjoni tidentifika l-vetturi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-data rrapportata mill-manifatturi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/956, abbażi tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri mingħajr il-ħtieġa ta’ skambji addizzjonali mal-manifatturi. |
(4) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba mit-tħejjija tar-rapport f’konformità mal-Artikolu 10 għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019 u sabiex tiġi pprovduta analiżi bir-reqqa tad-data rrapportata fis-snin li ġejjin, huwa neċessarju li l-manifatturi jirrapportaw data speċifika dwar l-imġiba ta’ komponenti individwali tal-vettura waqt il-prova tal-għodda ta’ simulazzjoni kif irreġistrat fil-“fajl tad-data sum exec”. |
(5) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/956 jistabbilixxi l-proċedura ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar. |
(6) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/956, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ikollha l-flessibbiltà li tadatta l-istruttura u l-karattru tal-bażijiet tad-data għall-progress tekniku u ma għandhiex tkun limitata minn determinazzjonijiet tekniċi speċifiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ismijiet deskrittivi tal-bażijiet tad-data jitneħħew mill-Anness II. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/956 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/956
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2018/956 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2018/956 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|