EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0247

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/247 tal-14 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi u l-proċedura ta’ rapportar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/8909

OJ L 41, 22.2.2022, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/247/oj

22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/11


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/247

tal-14 ta’ Diċembru 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi u l-proċedura ta’ rapportar

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1)(a) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 tispeċifika d-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri relatata mal-vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

(2)

Sabiex tiġi prevista analiżi bir-reqqa f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/956, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jirrapportaw id-data li tippermetti li tiġi ddeterminata l-konfigurazzjoni tal-fus tal-vettura tal-vetturi rrapportati fuq il-bażi tal-għadd ta’ fusien motorizzati. Tali data hija rreġistrata fl-entrata 3 taċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ vettura heavy-duty ġdida.

(3)

Dik l-informazzjoni tippermetti lill-Kummissjoni tidentifika l-vetturi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-data rrapportata mill-manifatturi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/956, abbażi tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri mingħajr il-ħtieġa ta’ skambji addizzjonali mal-manifatturi.

(4)

Abbażi tal-esperjenza miksuba mit-tħejjija tar-rapport f’konformità mal-Artikolu 10 għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019 u sabiex tiġi pprovduta analiżi bir-reqqa tad-data rrapportata fis-snin li ġejjin, huwa neċessarju li l-manifatturi jirrapportaw data speċifika dwar l-imġiba ta’ komponenti individwali tal-vettura waqt il-prova tal-għodda ta’ simulazzjoni kif irreġistrat fil-“fajl tad-data sum exec”.

(5)

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/956 jistabbilixxi l-proċedura ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar.

(6)

Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/956, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ikollha l-flessibbiltà li tadatta l-istruttura u l-karattru tal-bażijiet tad-data għall-progress tekniku u ma għandhiex tkun limitata minn determinazzjonijiet tekniċi speċifiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ismijiet deskrittivi tal-bażijiet tad-data jitneħħew mill-Anness II.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/956 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/956

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2018/956 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2018/956 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, jiżdied il-punt (p) li ġej:

“(p)

għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Lulju 2021, l-għadd ta’ fusien motorizzati, kif speċifikat fl-entrata 3 taċ-ċertifikat ta’ konformità.”;

(b)

fil-Parti B, il-punt 2, it-tabella hija emendata kif ġej:

(i)

tiżdied l-entrata li ġejja f’:

“102

Għall-vetturi b’data tas-simulazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2021, il-fajl comma separated values tal-istess isem bħall-jobfajl u b’estensjoni.vsum li tinkludi r-riżultati aggregati għal kull profil tal-missjoni u kundizzjoni ta’ tagħbija simulati (10)

Fajl iġġenerat bl-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2400 fil-verżjoni grafika tiegħu tal-interfaċċa tal-utent (GUI)

“il-fajl tad-data sum exec””;

(ii)

In-nota 10 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(10)

Din l-entrata ma għandhiex titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-Reġistru Ċentrali fuq vetturi heavy-duty.”;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1.1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.1.

Id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness I għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 4 mill-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti permezz tat-trasferiment elettroniku tad-data lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”).”;

(b)

il-punt 2.1(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-punt ta’ kuntatt responsabbli għat-trażmissjoni tad-data lill-Aġenzija.”;

(c)

fil-punt 2.3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.

Id-data speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I, għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 5(1) mill-punt ta’ kuntatt tal-manifattur permezz tat-trasferiment elettroniku tad-data lill-Aġenzija.”;

(d)

il-punt 3.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.3.

Fejn awtorità kompetenti jew il-manifattur jidentifikaw żbalji fid-data sottomessa, dawn għandhom jinnotifikawhom mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija billi jissottomettu rapport ta’ notifika ta’ żball lill-Aġenzija u bil-posta elettronika mibgħuta lill-indirizzi msemmija fil-punt 1.1.”.


Top