Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1187

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1187 tas-7 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493 fir-rigward tal-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-31 ta’ Lulju 2023 (notifikata bid-dokument C(2022) 4873)

C/2022/4873

ĠU L 184, 11.7.2022, p. 56–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/1187/oj

11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/56


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1187

tas-7 ta’ Lulju 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493 fir-rigward tal-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-31 ta’ Lulju 2023

(notifikata bid-dokument C(2022) 4873)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2), l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (“l-iskema għall-iskejjel”), għandhom jippreżentaw it-talba tagħhom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika li jkun imiss, u jekk applikabbli, jaġġornaw it-talba għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika attwali.

(2)

Abbażi tal-informazzjoni li l-Istati Membri nnotifikaw sal-31 ta’ Jannar 2022, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/493 (3) stabbiliet l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2023.

(3)

Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/861 (4), l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw it-tieni talba lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Ġunju 2022 għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2023, marbuta mal-ħtieġa li jipprovdu għat-tfal spostati mill-Ukrajna li huma eliġibbli għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-iskejjel.

(4)

Fit-tieni talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2023, Franza, in-Netherlands, l-Awstrija u s-Slovenja indikaw ir-rieda tagħhom li ma jużawx l-ammont sħiħ tal-allokazzjoni definittiva tagħhom tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493. Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja nnotifikaw ir-rieda tagħhom li jużaw aktar mill-allokazzjoni definittiva tagħhom tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493. Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Iżvezja ma ppreżentawx it-tieni talba għall-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel u għalhekk jitqiesu li kkonfermaw l-allokazzjonijiet definittivi tagħhom stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493.

(5)

Sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal sħiħ tal-fondi disponibbli u jiġu indirizzati d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel minħabba l-ispostament tat-tfal mill-Ukrajna wara l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022, huwa xieraq li tiġi riveduta l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2023. Ir-riallokazzjoni tal-ammonti mhux mitluba ta’ allokazzjonijiet definittivi tal-għajnuna tal-Unjoni jenħtieġ li tqis it-tieni talba tal-Istati Membri għall-għajnuna tal-Unjoni u trid tkun ibbażata fuq l-għadd ta’ tfal fl-Istati Membri ta’ bejn is-sitta u l-għaxar snin, f’konformità mal-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/493 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-31 ta’ Lulju 2023 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/462 (ĠU L 100, 28.3.2022, p. 55).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/861 tal-1 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi regoli eċċezzjonali għat-tieni talbiet tal-Istati Membri għall-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel u li jidderoga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni, għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2023 (ĠU L 151, 2.6.2022, p. 42).


ANNESS

“ANNESS I

Sena skolastika 2022/2023

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel

f’EUR

Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel

f’EUR

Il-Belġju

3 405 460

1 613 199

Il-Bulgarija

2 145 826

1 030 342

Iċ-Ċekja

3 515 512

1 784 619

Id-Danimarka

1 855 060

1 460 645

Il-Ġermanja

20 810 417

9 696 041

L-Estonja

520 903

751 337

L-Irlanda

1 811 303

900 398

Il-Greċja

3 221 670

1 550 685

Spanja

13 292 411

6 302 784

Franza

16 271 478

16 146 588

Il-Kroazja

1 390 541

800 354

L-Italja

17 117 780

8 003 535

Ċipru

390 044

400 177

Il-Latvja

658 180

711 207

Il-Litwanja

966 451

1 081 456

Il-Lussemburgu

295 111

193 000

L-Ungerija

3 122 448

1 772 817

Malta

293 504

193 000

In-Netherlands

5 570 944

2 177 837

L-Awstrija

2 301 768

1 044 680

Il-Polonja

12 494 071

10 739 507

Il-Portugall

3 283 397

2 220 981

Ir-Rumanija

6 900 318

10 455 944

Is-Slovenja

570 823

311 770

Is-Slovakkja

1 872 965

960 398

Il-Finlandja

1 599 047

3 824 689

L-Iżvezja

0

8 998 717

Totali

125 677 429

95 126 707


Top