EUR-Lex Acesso ao direito da União Europeia

Voltar à página inicial do EUR-Lex

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 32021R2239

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

C/2021/9226

ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59—136 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Estatuto jurídico do documento Em vigor

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2239/oj

16.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 450/59


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2239

tal-15 ta’ Diċembru 2021

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fil-21 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar (“SWT” jew “il-prodott li qed jiġi investigat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina” jew “ir-RPĊ”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment li kien ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2020 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Torrijiet tar-Riħ (“l-ilmentatur” jew European Wind Tower Association, “EWTA”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tat-torrijiet tar-riħ tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Il-partijiet interessati u l-kummenti dwar il-bidu

(3)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi magħrufa l-oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet Ċiniżi u lill-utenti / importaturi magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(4)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u / jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Il-Kummissjoni organizzat seduti ta’ smigħ ma’ tliet utenti f’Marzu 2021.

(5)

Fil-kummenti tagħha dwar il-bidu, l-organizzazzjoni tal-industrija Ċiniża - il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import & Export of Machinery & Electronic Products, “CCCME”) affermat li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi sommarju sinifikanti tal-informazzjoni kunfidenzjali użata fl-ilment, b’mod partikolari fir-rigward tal-Annessi minn 2.1 sa 2.4 tal-ilment. Skont is-CCCME, l-użu eċċessiv ta’ data kunfidenzjali impedixxa lill-parti milli tifhem is-sitwazzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-parti tenniet dawn l-affermazzjonijiet fil-kummenti u fis-smigħ tagħha wara l-istadju proviżorju.

(6)

Il-Kummissjoni nnotat li fl-annessi rispettivi, l-ilmentatur immarka bħala kunfidenzjali biss informazzjoni speċifika għall-kumpanija, bħall-fatturat, il-profitt, il-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ ta’ kull kumpanija li pprovdiet id-data tagħha għat-tħejjija tal-ilment. Iċ-ċifri aggregati ta’ kull indikatur ġew ippreżentati fil-verżjoni miftuħa tal-ilment. Għall-kuntrarju tal-affermazzjonijiet tas-CCCME, l-informazzjoni li tinsab fil-verżjoni miftuħa tal-ilment kienet b’hekk biżżejjed biex is-CCCME tippreżenta kummenti dettaljati dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dannu fl-ilment. L-EWTA nnifisha sostniet ukoll, b’reazzjoni għall-kummenti tas-CCCME, li kien kontra l-interess tal-produtturi tal-Unjoni li jagħtu informazzjoni dettaljata dwar il-prestazzjonijiet individwali tagħhom, anki indiċjati, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (3). Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

1.3.   Teħid ta' kampjun

(7)

Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.3.1.   It-teħid tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni

(8)

Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-Unjoni rrapportati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-analiżi permanenti ta’ qabel il-bidu, filwaqt li qieset ukoll il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni, li jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti, li kienu jirrappreżentaw madwar 38 % tal-volum stmat tal-bejgħ u tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott simili fl-istadju tal-bidu. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. L-ebda parti ma għamlet kummenti.

(9)

B’hekk, il-kampjun proviżorju li jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni u ġie kkonfermat bħala l-kampjun finali.

(10)

Is-CCCME u l-assoċjazzjoni għall-enerġija mir-riħ fl-Ewropa “WindEurope” esprimew dubji dwar ir-rappreżentattività tal-ilmentaturi ferm wara li għaddiet id-data ta’ skadenza biex jikkummentaw dwar il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-kummenti magħmula miż-żewġ partijiet ma setgħux ibiddlu d-deċiżjoni dwar il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni u ġew miċħuda.

1.3.2.   Teħid ta' kampjun tal-importaturi

(11)

Mal-bidu, parti waħda li allegatament hija importatur mhux relatat ipprovdiet l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu u qablet li tiġi inkluża fil-kampjun. Din il-parti nstabet li kienet parti minn grupp li l-interessi ewlenin tiegħu huma ekwivalenti għal dawk ta’ utent ta’ SWT. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-teħid tal-kampjun ma kienx meħtieġ. Ma sar l-ebda kumment dwar din id-deċiżjoni.

1.3.3.   It-teħid tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina

(12)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjun kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u / jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(13)

Seba’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Sitta biss minnhom esportaw torrijiet tar-riħ tal-azzar lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ kien raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun proviżorju kien jikkonsisti fil-kumpaniji Chengxi Shipyard Co., Ltd (“Chengxi Shipyard”), CS WIND China Co., Ltd (“CS Wind”), u Suzhou Titan New Energy Technology Co., Ltd (“Suzhou Titan”). F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun.

(14)

Produttur esportatur wieħed li kkoopera kkummenta dwar l-għażla tal-kampjun proviżorju. Il-kumpanija Penglai Dajin Offshore Heavy Industry Co., Ltd (“Penglai Dajin”) talbet li tiġi inkluża fil-kampjun u affermat li l-kampjun proviżorju ma kienx rappreżentattiv għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, il-kumpanija sostniet li l-kampjun ma kienx ġeografikament rappreżentattiv, billi l-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun kienu jinsabu fil-provinċja ta’ Jiangsu. It-tieni, Penglai Dajin irrimarkat li waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun hija intrapriża tal-Istat u oħra hija sussidjarja ta’ kumpanija barranija. It-tielet, il-kumpanija affermat li, għall-kuntrarju ta’ wħud mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun bi struttura kkumplikata ta’ grupp, hija setgħet tiġi investigata b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Fl-aħħar nett, Penglai Dajin sostniet li tnejn mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma kinux rappreżentattivi tal-produzzjoni tagħha, minħabba li pproduċew biss torrijiet tal-azzar b’dijametru kbir.

(15)

Il-Kummissjoni nnotat li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-kampjun proviżorju kien jinkludi kumpaniji bl-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet, li setgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Barra minn hekk, Penglai Dajin ma ppreżentat l-ebda raġuni konvinċenti għaliex jenħtieġ li tissostitwixxi kwalunkwe wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun proviżorju. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba minn Penglai Dajin u kkonfermat il-kampjun.

(16)

Ftit wara, waħda mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-kumpanija CS Wind, irtirat il-kooperazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni ħadet nota ta’ din id-deċiżjoni u informat lill-kumpanija bl-intenzjoni tagħha li tiddetermina kwalunkwe dazju antidumping potenzjali għal din il-kumpanija skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar is-sitwazzjoni.

(17)

Sussegwentement, il-Kummissjoni ssupplimentat il-kampjun tal-produtturi esportaturi billi żiedet miegħu l-kumpanija Penglai Dajin, li kienet il-kumpanija li jmiss ta’ dawk li kkooperaw f’termini ta’ volum ta’ esportazzjonijiet u li setgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli b’kont meħud tal-limiti ta’ żmien.

1.4.   Eżami individwali

(18)

Inizjalment, erba’ produtturi esportaturi fir-RPĊ li bagħtu lura l-formola tal-kampjunar talbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Fil-jum tal-bidu, il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarji disponibbli online (4). Meta ħabbret il-kampjun, il-Kummissjoni informat lill-produtturi esportaturi li ma kinux inklużi fil-kampjun, li huma kienu meħtieġa jipprovdu tweġiba għall-kwestjonarju jekk kienu jixtiequ li jiġu eżaminati individwalment. Madankollu, l-ebda waħda mill-kumpaniji ma pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, ma ngħatat l-ebda konċessjoni għal eżami individwali.

1.5.   Tweġibiet għall-kwestjonarji

(19)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(20)

Il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, għall-importaturi mhux relatati, għall-utenti, u għall-produtturi esportaturi disponibbli online (5) fil-jum tal-bidu. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa dwar il-post tal-kwestjonarji fin-Notifika ta’ Bidu, kif ukoll meta l-Kummissjoni ħabbret il-kampjun jew id-deċiżjoni tagħha li tabbanduna l-kampjunar.

(21)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u żewġ utenti. Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand il-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward ta’ xi sejba potenzjali tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti.

(22)

Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja u l-miżuri ta’ restrizzjonijiet fuq il-moviment implimentati minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku. Minflok, il-Kummissjoni kontrovverifikat mill-bogħod l-informazzjoni mibgħuta mill-partijiet f’konformità man-Notifika tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (6).

(23)

Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tad-dumping, tad-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCC”) tal-kumpaniji / partijiet li ġejjin:

 

Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

GRI Renewable Industries S.L., Madrid, Spanja

Welcon A/S, Give, id-Danimarka

Windar Renovables S.L, Avilés, Spanja

EWTA, Brussell, il-Belġju

 

L-utenti

GE Wind Energy GmbH, Salzbergen, il-Ġermanja (“GE”)

Vestas Wind Systems A/S, Aarhus N, id-Danimarka u l-kumpaniji relatati (“Vestas”)

 

Il-produtturi esportaturi fir-RPĊ

Chengxi Shipyard Co., Ltd, Jiangyin City u l-produttur domestiku relatat tagħha CSSC Guangxi Shipbuilding & Offshore Engineering Co., Ltd, Qinzhou City

Penglai Dajin Offshore Heavy Industry Co., Ltd, Penglai u l-produttur domestiku relatat tagħha Liaoning Dajin Heavy Industry Corporation, Fuxin

Suzhou Titan New Energy Technology Co., Ltd, Taicang City u l-produtturi domestiċi relatati tagħha Baotou Titan Wind Power Energy Equipment Co., Ltd, Baotou Rare Earth High-tech Zone u Heze Titan New Energy Equipment Co., Ltd, Heze City

1.6.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(24)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.7.   Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji

(25)

Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, id-data ta’ skadenza għall-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji kienet it-18 ta’ Ġunju 2021. Fil-21 ta’ Mejju 2021, f’konformità mal-Artikolu 19a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li ma timponix miżuri proviżorji.

(26)

Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni kkonfermat id-deċiżjoni tagħha li ma timponix miżuri proviżorji u tat lill-partijiet interessati l-opportunità li jippreżentaw informazzjoni addizzjonali u/jew li jinstemgħu. Is-CCCME talbet seduta ta’ smigħ u ppreżentat il-kummenti tagħha. Il-kummenti u l-affermazzjonijiet ippreżentati matul is-seduta ta’ smigħ u fis-sottomissjoni tagħha huma indirizzati kif xieraq fit-taqsimiet rispettivi ta’ dan ir-regolament.

(27)

Billi ma ġiet imposta l-ebda miżura antidumping proviżorja, ma saret l-ebda reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet.

1.8.   Proċedura sussegwenti

(28)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentat mill-partijiet interessati.

(29)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kellha l-ħsieb li timponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ torrijiet tar-riħ tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina (“rivelazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar ir-rivelazzjoni finali.

(30)

Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw ukoll din l-opportunità. Fit-23 ta’ Settembru 2021, saret seduta ta’ smigħ mal-EWTA. Fis-27 ta’ Settembru 2021, saru seduti ta’ smigħ mas-CCCME u ma’ Suzhou Titan.

(31)

Wara d-dikjarazzjoni finali u matul is-seduta ta’ smigħ imsemmija hawn fuq mas-servizzi tal-Kummissjoni, is-CCCME tenniet l-allegazzjoni tagħha miġbura fil-qosor fil-Premessa (5) hawn fuq li l-EWTA kienet se tagħmel użu eċċessiv minn informazzjoni kunfidenzjali. Dan ikun jirrigwardja mhux biss l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, iżda wkoll l-informazzjoni kif ipprovduta lill-partijiet interessati mad-dikjarazzjoni finali. Fir-rigward ta’ din tal-aħħar, is-CCCME u Suzhou Titan sabu b’mod partikolari li d-dikjarazzjoni tal-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz ipprovduti lill-produtturi esportaturi ma kellhiex biżżejjed dettall min-naħa tal-komputazzjoni tal-prezz fil-mira. Chengxi Shipyard għamlet kummenti simili wara d-dikjarazzjoni finali. Il-Kummissjoni rrevediet id-data dikjarata u, għalkemm il-prezzijiet fil-mira eżatti għal kull tip ta’ prodott tal-industrija tal-Unjoni ma setgħux jiġu pprovduti għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, hija pprovdiet lit-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun b’dikjarazzjoni addizzjonali dwar il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz fl-istess jum.

(32)

Minkejja dak li ntqal hawn fuq, is-CCCME u Suzhou Titan talbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Smigħ fid-dawl ta’ (i) il-fatt li huma qiesu li l-Kummissjoni jenħtieġ li tivverifika aħjar ċerta data tal-industrija tal-Unjoni (dan huwa indirizzat fil-Premessa (307)), (ii) li huma jixtiequ li jkollhom il-fehma tal-Uffiċjal tas-Smigħ dwar is-sors li l-Kummissjoni kienet użat biex tistabbilixxi l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi tal-SWT (indirizzati fil-Premessi (317)-(318)), (iii) id-diskrepanzi misjuba meta qabblet tliet sottomissjonijiet mill-ilmentatur ma’ xulxin (indirizzati fil-Premessi (306) u (307), u (iv) id-differenzi sinifikanti bejn il-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu (indirizzati fil-Premessi (292)-(295)). Fl-14 ta’ Ottubru 2021 saret seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Smigħ, li matulha l-Kummissjoni ċċarat dawn il-kwistjonijiet. L-Uffiċjal tas-Smigħ ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża.

(33)

Wara d-dikjarazzjoni finali, l-EWTA affermat li l-problemi proċedurali fl-investigazzjoni kkawżaw dannu lid-dritt ta’ difiża tal-ilmentaturi u lill-kapaċità li jivvalutaw u jindirizzaw is-sottomissjonijiet mill-esportaturi u mill-utenti Ċiniżi. Skont l-EWTA, matul l-investigazzjoni kollha, l-esportaturi Ċiniżi u partijiet interessati oħrajn kienu għamlu użu eċċessiv minn informazzjoni kunfidenzjali, filwaqt li naqsu wkoll b’mod konsistenti milli jipprovdu sommarji sinifikanti tas-sottomissjonijiet kunfidenzjali tagħhom. Dan kien jagħmilha impossibbli għall-ilmentaturi li jivvalutaw u jagħmlu kummenti sinifikanti dwar id-data u l-allegazzjonijiet rilevanti bi ksur tad-dritt tagħhom għal proċess xieraq.

(34)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni, minħabba li din ma kinitx issostanzjata aktar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-informazzjoni kollha pprovduta f’format sensittiv ġiet ippreżentata bl-istess mod għall-fajl miftuħ kull meta r-rilaxx tagħha ma kienx se jxekkel l-interessi ta’ kunfidenzjalità tal-parti li tippreżenta.

(35)

Il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn xieraq f’dan ir-Regolament.

(36)

Wara d-dikjarazzjoni finali, diversi partijiet sostnew li jenħtieġ li l-Kummissjoni tissospendi l-miżuri skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku. L-ilmentaturi u diversi produtturi tal-Unjoni opponew kwalunkwe sospensjoni tal-miżuri. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li kienet irċeviet l-informazzjoni pprovduta minn dawn il-partijiet u fakkrithom li, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-miżuri fejn il-kundizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sa punt li d-dannu x’aktarx li ma jerġax jibda bħala riżultat tas-sospensjoni, u meta jkun fl-interess tal-Unjoni li tagħmel dan.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(37)

Wara rieżami tad-deskrizzjoni tal-prodott fin-notifika ta’ bidu, u biex jiġi evitat xi nuqqas ta’ fehim għall-awtoritajiet doganali nazzjonali, il-Kummissjoni sabet li huwa xieraq li d-deskrizzjoni tal-prodott tiġi emendata kemxejn minn kif ġiet ippubblikata fin-notifika ta’ bidu. Il-bidliet ma kinux jeħtieġu emenda tan-notifika u ma affettwawx lill-partijiet interessati fil-proċediment. Il-bidliet huma espressi hawn taħt bil-korsiv.

(38)

Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja, kemm jekk ġejjin għad-djieq kif ukoll jekk le, u s-sezzjonijiet tagħhom (7), kemm jekk immuntati kif ukoll jekk le, kemm jekk jinkludu sezzjoni ta’ pedament inkorporat tat-torri kif ukoll jekk le, kemm jekk magħqudin ma’ gondoli jew bi xfafar tar-rotor kif ukoll jekk le, u li huma ddisinjati biex jappoġġaw il-gondola u x-xfafar tar-rotor li jintużaw f’turbini eoliċi li għandhom kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku – jew f’applikazzjonijiet fuq l-art jew lil hinn mill-kosta – daqs jew aktar minn 1,00 megawatt (“MW”) u b’għoli minimu ta’ 50 metru mkejjel mill-bażi tat-torri sal-qiegħ tal-gondola (jiġifieri fejn il-parti ta’ fuq tat-torri u l-gondola huma magħquda) meta mmuntati kompletament (“SWT”), li joriġinaw mir-RPĊ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7308 20 00 (il-kodiċi TARIC 7308200011), u ex 7308 90 98 (il-kodiċi TARIC 7308909811) u, meta jiġu importati bħala parti minn turbina eolika, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8502 31 00 (il-kodiċijiet TARIC 8502310011 u 8502310085) (“il-prodott ikkonċernat”).

2.2.   Prodott simili

(39)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ; u

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(40)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawk il-prodotti huma, għalhekk, prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Affermazzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott

(41)

Vestas talbet l-esklużjoni ta’ torrijiet tar-riħ tal-azzar akbar minħabba li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità prinċipalment għal torrijiet iżgħar (8).

(42)

Il-Kummissjoni sabet li r-raġunijiet għat-talba ma kellhomx bażi minħabba li, b’mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità ta’ produzzjoni għad-daqsijiet kollha meħtieġa ta’ SWT, anki jekk mhux il-produtturi kollha tal-SWT tal-Unjoni jimmanifatturaw l-istess qisien. Il-Kummissjoni sabet ukoll li t-torrijiet tar-riħ tal-azzar kollha, irrispettivament mid-daqs jew mill-punt tal-importazzjoni tagħhom, għandhom l-istess karatteristiċi f’termini tal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi tagħhom, l-użi finali u l-interkambjabbiltà tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat it-talba għall-esklużjoni.

(43)

Is-CCCME sostniet li minħabba d-diversità fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni ma setgħux jitqiesu bħala prodotti simili. Wara d-dikjarazzjoni finali, is-CCCME talbet għal restrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott fuq il-bażi tar-regolamenti u s-sussidji differenzjati eżistenti fl-Unjoni għal torrijiet għoljin versus qosra u ż-żieda mistennija fl-għoli tas-SWT. Il-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar liema mudelli ta’ torrijiet jenħtieġ li jiġu esklużi jew il-karatteristiċi tekniċi tat-torrijiet li fil-fehma tagħha jenħtieġ li jiġu esklużi.

(44)

L-affermazzjoni ta’ hawn fuq hija rrifjutata. Il-Kummissjoni nnotat li fi grupp ta’ prodotti, huwa naturali li jeżistu mudelli jew tipi differenti. Meta jiġu kkalkolati t-twaqqigħ tal-prezz, il-bejgħ taħt il-prezz, u d-dumping, tali diversità tal-prodott u kwalunkwe differenza li tirriżulta fl-ispiża tal-produzzjoni u l-prezzijiet jitqiesu bis-sħiħ min-Numru ta’ Kontroll tal-Prodott (Product Control Number, “PCN”). Kif imsemmi fit-Taqsima 2.2, il-Kummissjoni sabet li t-torrijiet tar-riħ tal-azzar kollha għandhom l-istess karatteristiċi f’termini tal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi tagħhom, l-użi finali u l-interkambjabbiltà tagħhom, li huma l-fatturi rilevanti għad-determinazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

3.   DUMPING

3.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(45)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(46)

Konsegwentement, biex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-SWT. Kien hemm ħames produtturi esportaturi li ssottomettew l-informazzjoni rilevanti.

(47)

Biex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ sad-data ta’ skadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(48)

Il-produtturi esportaturi Chengxi Shipyard u Suzhou Titan, kif ukoll l-organizzazzjoni tal-industrija, jiġifieri s-CCCME, ikkummentaw dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fis-sottomissjonijiet tagħhom dwar l-ewwel nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-1 ta’ Diċembru 2020. Huma tennew l-affermazzjonijiet tagħhom fis-sottomissjonijiet tagħhom dwar it-tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali tat-8 ta’ April 2021. Dawk il-kummenti huma indirizzati kif xieraq fit-Taqsima 3.2.1 ta’ dan ir-Regolament.

(49)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(50)

Fl-1 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota (“l-Ewwel Nota”) (9) dwar is-sorsi rilevanti li hija kellha l-ħsieb li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat għadd ta’ pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Messiku, l-Afrika t’Isfel u t-Turkija. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota miż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun Chengxi Shipyard (10) u Suzhou Titan (11), is-CCCME (12), u l-utent Vestas (13). Il-kummenti ġew indirizzati fit-tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali u huma wkoll miġbura fil-qosor fit-Taqsima 3.2.2 ta’ dan ir-Regolament.

(51)

Fit-8 ta’ April 2021, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) (14) dwar is-sorsi rilevanti li hija kellha l-ħsieb li tuża biex tiddetermina l-valur normali li hija kienet identifikat il-Messiku bħala l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li se tistabbilixxi l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpaniji Arcosa Industries de México, S. de R.L. de C.V. u Speco Wind Power, S.A. de C. V., produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota mingħand Chengxi Shipyard (15), Suzhou Titan (16), u s-CCCME (17). Il-kummenti huma indirizzati fit-Taqsima 3.2.2 ta’ dan ir-Regolament.

3.2.   Valur normali

3.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(52)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (18) - bl-azzar ikun il-fattur ewlieni tal-produzzjoni għat-torrijiet tar-riħ - il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. F’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa wkoll.

(53)

F’dawn l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali mill-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq. (19) B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (20), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-ispejjeż permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (21). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-forniment tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (22). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (23). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-ispejjeż tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (24), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (25).

(54)

L-ilment kien fih informazzjoni dwar id-distorsjonijiet fis-settur tal-azzar u, b’mod partikolari, dwar it-Tlettax-il Pjan ta’ Ħames Snin (Five-Year Plan, “FYP”) għall-Azzar u t-trattament preferenzjali tal-intrapriżi attivi fl-industrija tal-azzar. Barra minn hekk, l-ilment ipprovda lista estensiva ta’ intrapriżi tal-Istat (state-owned enterprises, “SOEs”) li jipproduċu l-SWT, inklużi l-manifatturi tat-tagħmir oriġinali (original equipment manufacturers, “OEM”) Ċiniżi li ġejjin: China Shipbuilding Industry Corporation, Dongfang Electric Corporation, Xinjiang Goldwind (mhux SOE, iżda bi sjieda tal-Istat sinifikanti), Shanghai Electric (elenkata f’Hong Kong u Shanghai, u 63 % proprjetà tal-Istat), Dalian Huarui Heavy Industry, Taiyuan Heavy Machinery Group Co. Ltd, Guodian United Power Technology Company Limited, XEMC Windpower (b’sehem maġġoritarju mill-Provinċja ta’ Hunan u l-bqija tal-ishma nnegozjati fil-Borża ta’ Shanghai), China Datang Corporation, u l-kumpanija insolventi Baoding Tianwei Baobian Electric Co. L-ilment semma wkoll lil Envision Energy, li hija kumpanija privata, iżda li xorta ngħatat linja ta’ kreditu ta’ 50 miljun RMB minn bank tal-Istat.

(55)

Barra minn hekk, flimkien mal-OEMs imsemmija hawn fuq, l-ilment elenka wkoll il-produtturi tat-torrijiet tar-riħ Ċiniżi li ġejjin: Chengxi Shipyard Co., Ltd, kumpanija azzjonarja sussidjarja ta’ China State Shipbuilding Corporation u China CSSC Holdings Limited (it-tnejn SOEs); Beijing JINGCHENG New Energy Co., Ltd sussidjarja tal-kumpanija tal-Istat Beijing JINGCHENG Machinery Electric Holding Co., Ltd; Zhonghang Hongbo Windpower Equipment Co.,Ltd, li hija waħda mis-sħab strateġiċi ta’ AVIC, l-akbar kumpanija tal-Istat taċ-Ċina fl-industriji ajruspazjali u tad-difiża; China Gezhouba Group Corporation (SOE); Harbin Hongguang Boiler Group Co., Ltd (intrapriża tat-teknoloġija avvanzata fil-livell tal-Istat); Jiangsu Baolong Electromechanical Manufacturing Co., Ltd, li hija waħda mill-intrapriżi ewlenin ta’ Liyang, li amalgamat żewġ SOEs preċedenti; u HuaDian Heavy Industries Co., Ltd, b’sehem maġġoritarju proprjetà tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat taċ-Ċina.

(56)

Barra minn hekk, l-ilment semma l-investigazzjoni tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-Amerka dwar żewġ Kumpaniji Ċiniżi (CS Wind u Titan Wind) (26), li identifikaw mill-inqas il-politiki pubbliċi li ġejjin b’benefiċċju dirett għas-settur tal-produzzjoni: Self għall-Politiki lill-Industrija tal-Enerġija Rinnovabbli, Krediti tax-Xerrej għall-Esportazzjoni, il-Programm Tnejn b’Xejn, Tlieta Nofs għall-Intrapriżi Investiti Barra fuq il-bażi tal-Lokalità Ġeografika, il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, il-Programm għar-Riċerka u l-Iżvilupp, it-Tariffi tal-Importazzjoni u l-Eżenzjonijiet tal-VAT għall-Użu ta’ Tagħmir Importat, il-Forniment ta’ Azzar Illaminat bis-Sħana, il-Forniment tal-Elettriku għal LTAR, Fondi ta’ Appoġġ għall-Kostruzzjoni tal-Infrastruttura ta’ Proġetti pprovduti mill-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni taż-Żona tal-Iżvilupp Teknoloġiku u Ekonomiku ta’ Lianyungang (Lianyungang Economic and Technological Development Zone - “LETDZ”), il-Premju għal Prestazzjoni Tajba fil-Ħlas tat-Taxxi, il-Premju għall-Belt ta’ Taicang biex Tappoġġa l-Elenkar Pubbliku tal-Intrapriżi, il-Premjijiet għall-Belt ta’ Taicang biex Tippromwovi l-Iżvilupp tal-Ekonomija Industrijali għall-Perjodu ta’ Tliet Snin mill-2010 sal-2012, il-Fondi Speċjali għall-Iżvilupp tax-Xjenza u t-Teknoloġija, u l-Premju lil Titan Baotou għal Rare Earth High and New Technology Industrial Development Zone għal Proġetti ta’ Kostruzzjoni Eċċellenti.

(57)

F’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-ispejjeż domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-rapport tal-pajjiż li jikkonċerna lir-RPĊ (“ir-Rapport”) (27), li uża sorsi disponibbli għall-pubbliku. Din l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(58)

Fir-rigward tal-grad ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, ma hemm l-ebda data dettaljata dwar is-sehem eżatt tal-SOEs u l-produtturi tat-torrijiet tar-riħ li huma proprjetà privata; madankollu, xi produtturi Ċiniżi kbar tat-torrijiet tar-riħ, inklużi Chengxi Shipyard u Fuchuan Yifan huma SOEs.

(59)

Fis-settur tal-azzar, li huwa l-fattur ewlieni tal-produzzjoni tat-torrijiet tar-riħ, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Filwaqt li l-qasma nominali bejn l-għadd ta’ SOEs u kumpaniji privati hija stmata li hija kważi ugwali, erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-akbar 10 produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (28). Fl-istess ħin, filwaqt li, fl-2016, l-akbar 10 produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-produzzjoni totali tal-industrija, fl-istess sena, il-GTĊ stabbilixxa l-mira li jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-azzar f’madwar 10 intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (29). Din l-intenzjoni ġiet ripetuta mill-GTĊ f’April 2019, fejn dan ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (30). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profittabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni batuta (31).

(60)

Barra minn hekk, fis-settur tal-azzar, ħafna mill-akbar produtturi huma msemmija speċifikament fil-“Pjan ta’ Aġġustament u Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-2016-2020”. Pereżempju, Shanxi Taiyuan Iron & Steel Co. Ltd (“TISCO”), proprjetà tal-Istat Ċiniż, issemmi fis-sit web tagħha li hija “kumpanija kbira tal-ħadid u tal-azzar”, li “żviluppat f’kumpless tal-ħadid u tal-azzar fuq skala kbira b’mod straordinarju, li huwa integrat man-negozju tal-estrazzjoni tal-ħadid, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-forniment u n-negozjar tal-ħadid u tal-azzar” (32). Baosteel hija intrapriża ewlenija oħra Ċiniża tal-Istat li hija involuta fil-manifattura tal-azzar u hija parti minn China Baowu Steel Group Co. Ltd (preċedentement Baosteel Group and Wuhan Iron & Steel) li ġiet ikkonsolidata reċentement. (33)

(61)

B’ċertu livell ta’ intervent mill-gvern fl-industrija tat-torrijiet tar-riħ u sehem kbir ta’ SOEs fis-settur tat-torrijiet tar-riħ u tal-azzar, lanqas il-produtturi privati ma jitħallew joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tat-torrijiet tar-riħ huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida politika kif stabbilit fil-Premessi minn (67) sa (74) hawn taħt.

(62)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-ispejjeż permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, l-eżempji li ġejjin juru x-xejra ta’ hawn fuq ta’ livell dejjem jiżdied ta’ intervent mill-GTĊ permezz tal-preżenza tal-Istat fl-operaturi ekonomiċi fis-settur tat-torrijiet tar-riħ. Ħafna produtturi tat-torrijiet tar-riħ jenfasizzaw espliċitament l-attivitajiet ta’ bini tal-partiti fis-siti web tagħhom, għandhom membri tal-partit fil-maniġment tal-kumpanija u jissottolinjaw l-affiljazzjoni tagħhom mas-CCP. L-investigazzjoni żvelat attivitajiet ta’ bini tal-partiti f’għadd ta’ produtturi tat-torrijiet tar-riħ, inkluż il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun Chengxi Shipyard. Skont l-Artikoli ta’ assoċjazzjoni ta’ CSSC Holding Limited, li għandha 100 % tal-ishma ta’ Chengxi Shipyard, ir-rwol tal-kumitat tal-partit huwa kif ġej: “Jissorvelja u jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-politiki tal-Partit u tal-Istat fil-kumpanija […], filwaqt li jżomm mal-prinċipju tal-cadres ġestiti mill-Partit, flimkien mal-prinċipju ta’ ġestjoni operazzjonali tal-membri tal-Bord tad-Diretturi magħżula f’konformità mal-liġi, kif ukoll mal-prinċipju tal-maniġers operazzjonali li japplikaw id-drittijiet tal-bniedem f’konformità mal-liġi, l-organizzazzjoni tal-Partit tiżgura arranġamenti minn qabel u tressaq opinjonijiet u suġġerimenti fir-rigward tal-kandidati għall-Bord tad-Diretturi jew għal-livell ta’ Direttur Maniġerjali, jew, wara li titlesta riċerka komprensiva, tipprovdi opinjonijiet u suġġerimenti lill-Bord tad-Diretturi u lill-Maniġer Ġenerali dwar il-kandidati eżistenti, […], ir-Riċerka u tiddiskuti kwistjonijiet relatati mar-riforma, l-iżvilupp u l-istabbiltà tal-kumpanija u ma’ operazzjonijiet u ġestjoni ewlenin […]” (34).

(63)

Barra minn hekk, fil-każ ta’ CS Wind, l-investigazzjoni stabbiliet li kien hemm sforzi biex jiżdied l-għadd ta’ membri tal-partit fil-kumpanija: “L-intrapriża ffinanzjata minn barra l-pajjiż CS Wind Power Equipment (Lianyungang) Co., Ltd għandha aktar minn 150 impjegat u kien ikollha biss ħames membri tal-Partit. Permezz tal-“integrazzjoni tal-Partit u tal-mases”, il-membri tal-Partit tal-kumpanija issa laħqu aktar minn 70”(35)

(64)

Fuchuan Yifan tiddeskrivi r-rwol tal-Kumitat tal-Partit b’dan il-mod: “Il-membri tal-Partit u l-persunal essenzjali ta’ diversi dipartimenti jikkooperaw mill-qrib, jagħtu effett sħiħ lill-funzjoni ta’ mudell pijunier, jikkonsolidaw b’mod attiv il-punti ta’ saħħa effettivi ta’ kull dipartiment, jinkoraġġixxu lill-membri tal-persunal biex ikunu fuq quddiem nett u jiksbu livell ta’ eċċellenza, jikkunsidraw proġetti rivoluzzjonarji bħala punti tat-tluq, jiffokaw fuq il-koeżjoni, jegħlbu d-diffikultajiet, juru t-talenti u l-ħiliet sabiex jiġi żgurat rwol attiv fir-rigward tat-tnaqqis fl-ispejjeż u l-kisbiet fl-effiċjenza tal-kumpanija, iż-żieda fl-introjtu u l-ġbir ta’ fondi eċċ., kif ukoll biex jiġi żgurat li kull proġett jitlesta kif xieraq f’termini ta’ kwalità u kwantità” (36).

(65)

Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-bini tal-Partit nstabu fil-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun Penglai Dajin u Shanghai Taisheng Wind Power Equipment.

(66)

Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tat-torrijiet tar-riħ u s-CCP. L-investigazzjoni wriet il-preżenza ta’ membri tas-CCP fost il-maniġment superjuri f’għadd ta’ kumpaniji li jimmanifatturaw it-torrijiet tar-riħ, inklużi Chengxi Shipyard (il-President tal-Bord tad-Diretturi u d-Direttur Ġenerali huma t-tnejn membri tas-CCP u, fl-istess ħin, għandhom il-funzjonijiet tas-Segretarju u tad-Deputat Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, rispettivament), Suzhou Titan (mill-inqas membru wieħed tal-Bord tad-Diretturi huwa membru tas-CCP), Fuchuan Yifan (il-President tal-Bord tad-Diretturi u l-Viċi President tal-Bord tad-Diretturi huma t-tnejn membri tas-CCP u, fl-istess ħin, għandhom il-funzjonijiet tas-Segretarju u tad-Deputat Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, rispettivament), u Shanghai Taisheng Wind Power Equipment (il-President tal-Bord Superviżorju huwa membru tas-CCP).

(67)

Barra minn hekk, fis-settur tat-torrijiet tar-riħ hemm fis-seħħ politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(68)

L-industrija tal-azzar, li hija l-komponent ewlieni tat-torrijiet tar-riħ, hija meqjusa bħala industrija ewlenija mill-GTĊ (37). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020”. Dan il-Pjan jiddikjara li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (38). Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stabbiliti f’dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (39).

(69)

It-Tlettax-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (40) jipprevedi appoġġ għall-intrapriżi li jipproduċu tipi ta’ prodotti tal-azzar ta’ livell għoli (41). Dan jiffoka wkoll fuq il-kisba ta’ kwalità, ta’ durabbiltà u ta’ affidabbiltà tal-prodotti permezz tas-sostenn lill-kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar nadif, l-irrumblar bi preċiżjoni u t-titjib fil-kwalità (42).

(70)

Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013)” (43) (“il-Katalogu”) jelenka l-azzar bħala industrija mħeġġa.

(71)

Il-GTĊ jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u direttivi relatati ma’, inter alia, il-kompożizzjoni u r-ristrutturar tas-suq, il-materja prima, l-investiment, l-eliminazzjoni tal-kapaċità, il-firxa ta’ prodotti, ir-rilokazzjoni, l-ammeljorament, eċċ. Permezz ta’ dawn il-mezzi u mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla prattikament kull aspett fl-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur (44). Il-problema attwali tal-kapaċità żejda x’aktarx hija l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GTĊ u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw.

(72)

L-enerġija mir-riħ hija appoġġata wkoll fuq livell provinċjali u muniċipali, pereżempju, it-Tlettax-il FYP tal-Muniċipalità ta’ Lianyungang għall-iżvilupp ekonomiku marittimu jirreferi espliċitament għall-iżvilupp ta’ din l-industrija. Il-pjan jipprevedi li “Tinbena katina tal-industrija tat-tagħmir tal-enerġija mir-riħ. Jitħeġġu u jiġu ggwidati t-trasformazzjoni u l-ammeljorament ta’ għadd ta’ intrapriżi tal-enerġija mir-riħ ewlenin bħal Guodian Power, Zhongfu Lianzhong, Tianshun Tower, u CSWind Power, jiġu ammeljorati gradwalment it-teknoloġiji tal-iżvilupp, tad-disinn u tal-manifattura tagħhom, u jiġu promossi proġetti ta’ ‘megawatt blade’” (45).

(73)

Kif muri hawn fuq, il-GTĊ ikompli jiggwida l-iżvilupp tas-settur f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u direttivi. Permezz ta’ dawn il-mezzi u ta’ mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur.

(74)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġjaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-azzar bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tat-torrijiet tar-riħ. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw liberament.

(75)

Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur tat-torrijiet tar-riħ imsemmi hawn fuq fil-Premessa (53) ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-SWT.

(76)

Is-settur tat-torrijiet tar-riħ huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-ispejjeż tal-pagi fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-Premessa (53). Dawn id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-SWT jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (meta jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ) (46).

(77)

Barra minn hekk, ma kienet ippreżenta l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tat-torrijiet tar-riħ ma huwiex affettwat mill-intervent mill-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-Premessa (53). Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha.

(78)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li biex jiġu prodotti t-torrijiet tar-riħ, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Skont l-evidenza fil-fajl, il-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun kisbu l-maġġoranza kbira tal-inputs tagħhom fir-RPĊ. Barra minn hekk, ir-RPĊ hija wieħed mill-produtturi ewlenin tal-azzar - il-materja prima ewlenija fil-proċess tal-produzzjoni tat-torrijiet tar-riħ. Meta l-produtturi tat-torrijiet tar-riħ jixtru / jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-ispejjeż tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija hawn fuq. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju / l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha.

(79)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tat-torrijiet tar-riħ ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-ispejjeż tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali mill-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti b’rabta mal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju.

(80)

Kif speċifikat fil-Premessi (21) u (47) rispettivament, il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u / jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. Fir-rigward tal-kummenti tal-GTĊ wara d-dikjarazzjoni finali, ara l-Premessi minn (116) sa (123) hawn taħt.

(81)

Il-kummenti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku waslu fil-bidu mingħand is-CCCME. Sussegwentement, waslu kummenti mingħand is-CCCME, Suzhou Titan u Chengxi Shipyard b’reazzjoni għall-Ewwel Nota u mingħand is-CCCME, Suzhou Titan u Chengxi Shipyard b’reazzjoni għat-Tieni Nota.

(82)

Fil-kummenti tagħha dwar il-bidu, is-CCCME l-ewwel ippreżentat il-kummenti li ġejjin fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali fl-ilment:

(a)

L-ilmentatur ipprovda informazzjoni inkonsistenti dwar is-sehem tal-pjanċi tal-azzar fl-ispiża tal-produzzjoni tal-SWT. F’diversi partijiet tal-ilment, hija affermat li l-pjanċi tal-azzar ammontaw għal aktar minn 40 % tal-spiża tal-produzzjoni, iżda fil-kalkolu tal-valur normali nnifsu, l-ilmentatur laħaq madwar 60 % tal-ispiża tal-produzzjoni;

(b)

L-ilmentatur uża spiża mingħajr distorsjoni tal-pjanċi tal-azzar ta’ EUR 869 / tunnellata fil-kostruzzjoni tal-valur normali, għalkemm l-ispiża tiegħu stess ta’ din il-materja prima kienet, bħala medja, ta’ EUR 625 / tunnellata biss;

(c)

Il-marġini ta’ profitt ta’ 14 % użat fil-kostruzzjoni tal-valur normali ma kienx fattibbli f’suq kompetittiv u minflok kellu jintuża profitt raġonevoli ta’ 6 %;

(d)

L-ispiża unitarja ta’ materja prima oħra jenħtieġ li jiġi kkoreġut ukoll, minħabba li, f’xi każijiet, dan kien sa tliet darbiet ogħla mill-ispejjeż tal-ilmentatur. Fir-rigward ta’ dan il-punt, is-CCCME ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dettaljata u ma identifikatx liema materja prima ġiet affettwata.

(83)

Barra minn hekk, is-CCCME ssuġġeriet li wara n-nuqqasijiet tal-kostruzzjoni tal-valur normali elenkati fil-Premessa (82), jenħtieġ li tintuża metodoloġija alternattiva tal-kostruzzjoni tal-valur normali. Is-CCCME sostniet li l-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li jintuża bħala bażi. L-ispiża lavorattiv użat biex jiġi stabbilit il-prezz fil-mira jenħtieġ li jiġi sostitwit mill-ispiża lavorattiv fit-Turkija, il-pajjiż rappreżentattiv propost mill-ilmentatur, li kien aktar minn 10 darbiet inqas mill-ispiża lavorattiv tal-industrija tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiżdied profitt fil-mira ta’ 10 %, kif użat mill-ilmentatur għad-determinazzjoni tal-prezz fil-mira, sabiex jintlaħaq il-valur normali alternattiv. Is-CCCME rrimarkat li tali valur normali jirriżulta f’marġini ta’ dumping ħafna aktar baxx mill-marġini medju ta’ 55 % ikkalkolat mill-ilmentatur mingħajr ma jipprovdi kalkolu attwali.

(84)

Is-CCCME rrepetiet il-kummenti u l-affermazzjonijiet deskritti fil-Premessi (82) u (83) ukoll fis-seduta ta’ smigħ u s-sottomissjoni wara l-istadju proviżorju.

(85)

Fir-rigward tal-allegati nuqqasijiet elenkati fil-Premessa (82), il-Kummissjoni qieset li s-CCCME setgħet fehmet ħażin id-data inkluża fl-ilment u l-metodoloġija użata għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

(a)

Meta l-ilmentatur iddikjara li l-pjanċi tal-azzar kienu jammontaw għal aktar minn 40 % tal-ispiża tal-produzzjoni ta’ SWT, huwa rrefera għall-ispiża ta’ SWT immuntat bil-partijiet interni kollha. Skont l-ilment, dawn il-partijiet kienu jirrappreżentaw 17 % tal-ispiża tal-produzzjoni ta’ SWT (47). Madankollu, l-ilmentatur ibbaża l-kalkolu tal-marġini tad-dumping fuq it-torrijiet bojod, jiġifieri torrijiet mingħajr il-partijiet interni u, b’hekk, jeskludi wkoll l-ispiża lavorattiva tal-immuntar. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li s-sehem ogħla ta’ pjanċi tal-azzar fuq l-ispiża tal-produzzjoni fil-kalkolu tal-valur normali jista’ jiġi spjegat b’mod raġonevoli.

(b)

L-ispiża tal-materja prima mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma huwiex bħala tali determinanti għall-kostruzzjoni tal-valur normali. B’mod konsistenti mal-prattika tal-Kummissjoni, huwa l-ispiża imġarrab mill-produttur esportatur jew, fejn il-valur normali jkun kostruwit skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-ispiża fil-pajjiż rappreżentattiv li hija importanti. Il-Kummissjoni qieset li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza (jiġifieri screenshots tal-istatistika uffiċjali tal-importazzjoni Torka (48)) li tappoġġa l-prezz unitarju tal-pjanċi tal-azzar użat fil-kostruzzjoni tal-valur normali.

(c)

L-ilmentatur ibbaża l-livell ta’ profitt użat fil-kostruzzjoni tal-valur normali fuq l-informazzjoni finanzjarja ta’ tliet produtturi ta’ SWT fit-Turkija (49). Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-profitt użat mill-ilmentatur kien issostanzjat biżżejjed.

(d)

Is-CCCME ssuġġeriet li l-parametri referenzjarji, li kienu konsiderevolment ogħla mill-ispiża tal-produtturi tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu kkoreġuti. Kif spjegat taħt il-punt (b) ta’ din il-premessa, il-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiddependi fuq l-istabbiliment ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, u l-ispejjeż li jirriżultaw mhux neċessarjament ikunu l-istess bħall-ispejjeż tal-produtturi tal-Unjoni.

(86)

Fir-rigward tal-metodoloġija alternattiva ssuġġerita mis-CCCME kif deskritta fil-Premessa (83), il-Kummissjoni nnotat li tali kostruzzjoni tal-valur normali tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-approċċ tas-CCCME deher li kien inkonsistenti. Meta l-ispiża ta’ ċerti materjali fit-Turkija tkun taqbeż l-ispiża imġarrba mill-industrija tal-Unjoni, is-CCCME pproponiet li tuża l-ispiża aktar baxx tal-industrija tal-Unjoni bħala parametru referenzjarju. Madankollu, meta l-ispiża fit-Turkija kienet aktar baxxa, b’mod partikolari l-ispiża lavorattiva, is-CCCME ssuġġeriet li tuża l-ispiża tat-Turkija bħala parametru referenzjarju. Barra minn hekk, kif spjegat fil-Premessa (85), l-ilmentatur kien straħ b’mod korrett fuq l-ispejjeż f’pajjiż rappreżentattiv għall-kostruzzjoni tal-valur normali.

(87)

Fuq il-bażi tar-raġunijiet elaborati fil-Premessi (85) u (86), il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet mis-CCCME msemmija fil-Premessi (82), (83) u (84).

(88)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

(89)

Fis-sottomissjoni tagħha dwar il-bidu, is-CCCME affermat ukoll li l-ilment kien jiddependi ħafna fuq ir-Rapport, li, skont is-CCCME, inkiteb bl-iskop li jiffaċilita l-preżentazzjoni tal-ilmenti għall-industrija Ewropea. Dan l-iskop ifisser li r-rapport ma setax jinkiteb b’mod oġġettiv. Is-CCCME żiedet li minħabba l-iskop tagħha, ir-Rapport jonqos milli jissodisfa l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva u evidenza ta’ valur probatorju suffiċjenti. Is-CCCME affermat ukoll li r-Rapport deliberatament iħalli barra ċ-ċirkostanzi, l-elementi u l-konklużjonijiet fattwali u ma huwiex oġġettiv.

(90)

Barra minn hekk, is-CCCME affermat li r-Rapport ġie ppubblikat fl-2017, inklużi l-kontenut u r-referenzi mill-2016 u s-snin ta’ qabel. Madankollu, l-investigazzjoni attwali bdiet fil-21 ta’ Ottubru 2020, bil-perjodu ta’ investigazzjoni fuq in-naħa tad-dumping ikopri l-perjodu minn Lulju 2019 sa Ġunju 2020. Għalhekk, skont is-CCCME, ir-Rapport ma jirriflettix id-distorsjonijiet potenzjali matul il-PI. B’mod partikolari, is-CCCME affermat li l-kapitolu tar-Rapport dwar l-azzar kopra l-perjodu sal-2017 u l-ilment ma weriex li dawk id-distorsjonijiet xorta jkunu preżenti fis-snin sussegwenti, inkluż matul il-PI.

(91)

Il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti ta’ politika uffiċjali oħrajn ippubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ terzi persuni minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Minn meta dan sar disponibbli għall-pubbliku f’Diċembru 2017, kwalunkwe parti interessata kellha opportunità biżżejjed biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u l-evidenza li fuqha huwa bbażat. Sa issa ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza minn xi parti li turi li s-sorsi użati fir-Rapport ikunu żbaljati.

(92)

Fir-rigward tal-PI, il-Kummissjoni osservat li filwaqt li r-Rapport ġie ppubblikat fl-2017, dan kien ibbażat b’mod ġenerali fuq it-Tlettax-il Pjan ta’ Ħames Snin taċ-Ċina, li kien applikabbli mill-2016 sal-2020, għalhekk, kien ikopri l-PI.

(93)

Barra minn hekk, is-CCCME kkummentat li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti jmur kontra l-liġi tad-WTO, minħabba li tali kunċett ma jeżistix skont l-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-AntiDumping (Anti-Dumping Agreement, “ADA”) tad-WTO. L-Artikolu 2.2 tal-ADA jillimita l-kundizzjonijiet li fihom jista’ jiġi kostruwit il-valur normali għal “ma jkunx hemm bejgħ fid-direzzjoni ordinarja tal-kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż li jkun qed jesporta”, jew “minħabba s-sitwazzjoni fis-suq partikolari jew il-volum baxx tal-bejgħ fis-suq domestiku tal-pajjiż li jkun qed jesporta”. Mhumiex elenkati distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA. Barra minn hekk, is-CCCME affermat li l-Artikolu 2.2 tal-ADA ma jippermettix il-kostruzzjoni tal-valur normali fuq il-bażi ta’ pajjiż rappreżentattiv jew parametri referenzjarji internazzjonali, kif previst fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, minħabba li jippermetti biss l-użu “tal-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-ispejjeż u l-profitti amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” meta jiġi kostruwit il-valur normali.

(94)

Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma kompletament konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni. Kif iċċarat espliċitament mill-Korp tal-Appell tad-WTO f’DS473 Unjoni Ewropea – Miżuri AntiDumping fuq il-Bijodiżil mill-Arġentina, il-liġi tad-WTO tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u ssostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel l-ispejjeż u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-kostruzzjoni tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, din id-dispożizzjoni tipprevedi l-kostruzzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-bejgħ fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

(95)

Is-CCCME żiedet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku deher li jikser l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA, billi skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni hija intitolata li tinjora l-ispiża tal-produzzjoni u tal-bejgħ fil-pajjiż esportatur u tuża tali data direttament f’pajjiż terz. Dan imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.2.1.1. tal-ADA li jistipula li: “l-ispejjeż huma normalment ikkalkulati fuq bażi ta’ reġistri li jinżammu mill-esportatur jew il-prodotti li huma sottomessi għall-investigazzjoni, iżda jrid jiġi pprovdut li, dawn ir-reġistri huma konformi mal-prinċipji tal-kontabbilità li huma ġeneralment aċċettati mill-pajjiż li qed jesporta u jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-prodotti u mal-bejgħ tal-prodotti li qed jitqiesu.” Sabiex tappoġġa l-affermazzjoni tagħha, is-CCCME rreferiet għall-ġurisprudenza tad-WTO, b’mod partikolari, id-DS473 L-Unjoni Ewropea – Miżuri Anti-Dumping fuq il-Bijodiżil mill-Arġentina (“DS473”), li stabbiliet li l-awtoritajiet investigattivi jridu jużaw l-ispejjeż tal-prodott effettivament imġarrba mill-produtturi jew mill-esportaturi għall-kalkolu tal-valuri normali kostruwiti, u r-Rapport tal-Bord f’DS494 L-Unjoni Ewropea – Il-Metodoloġiji għall-Aġġustament tal-Ispejjeż II (ir-Russja) (“DS494”).

(96)

Il-Kummissjoni fakkret li l-ebda wieħed mill-każijiet ikkwotati tad-WTO ma kien jikkonċerna l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, is-sitwazzjonijiet fattwali sottostanti f’dawk il-każijiet huma differenti mis-sitwazzjoni sottostanti u mill-kriterji li jwasslu għall-applikazzjoni tal-metodoloġija skont din id-dispożizzjoni tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tat-tilwima tad-WTO rigward l-UE – Il-Metodoloġiji għall-Aġġustament tal-KIspejjeż II, il-Kummissjoni fakkret li kemm l-UE kif ukoll ir-Russja appellaw għas-sejbiet tal-Bord, li għalhekk ma humiex finali u, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali minħabba li ma ġewx approvati mill-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord ikkunsidra speċifikament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-tilwima. Il-Bord sab li dawn id-dispożizzjonijiet huma ta’ essenza differenti u għandhom implikazzjonijiet legali differenti mid-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, li kienu l-għan ta’ dik it-tilwima u li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) ma ħadux post id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 2(5) meta ġew introdotti (50). Għalhekk, dawn is-sejbiet ma għandhom l-ebda sinifikat għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mar-regoli rilevanti tad-WTO. Għal dawn ir-raġunijiet, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(97)

Is-CCCME tenniet l-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq fil-kummenti tagħha għall-Ewwel Nota. Suzhou Titan approvat ukoll il-kummenti kollha ta’ hawn fuq mis-CCCME fil-kummenti tagħha għall-Ewwel Nota.

(98)

Barra minn hekk, fil-kummenti tagħha għall-ewwel Nota, is-CCCME affermat li l-industrija tat-torrijiet tar-riħ hija orjentata lejn is-suq, billi l-maġġoranza tal-produtturi huma proprjetà privata, ċerta materja prima hija importata minn barra l-pajjiż u l-prezzijiet tax-xiri tal-komponenti interni (51) jiġu nnegozjati direttament mal-produtturi Ewropej tal-OEM tat-turbini eoliċi.

(99)

Il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-ispejjeż domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-valur normali jiġi kostruwit b’referenza għall-prezzijiet jew il-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. L-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tippermetti wkoll l-użu ta’ spejjeż domestiċi jekk jiġi stabbilit b’mod pożittiv li huma mingħajr distorsjoni. Għalhekk, il-produtturi esportaturi kellhom il-possibbiltà li jipprovdu evidenza li l-ispejjeż amministrattivi / operazzjonali individwali tagħhom u / jew spejjeż oħrajn tal-input tagħhom kienu effettivament mingħajr distorsjoni. Madankollu, kif stabbilit fil-Premessi minn (52) sa (79) hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fl-industrija tat-torrijiet tar-riħ u li ma kien hemm l-ebda evidenza rigward il-fatturi tal-produzzjoni ta’ produtturi esportaturi individwali li ma kinux distorti. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati.

(100)

Barra minn hekk, fil-kummenti tagħha għat-Tieni Nota, is-CCCME affermat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni twettaq eżami individwali tad-distorsjonijiet ta’ kull produttur esportatur. Skont is-CCCME, il-Kummissjoni hija obbligata tagħmel analiżi każ b’każ u ssib (a) jekk l-allegati distorsjonijiet sinifikanti japplikawx għal kull esportatur inkluż fil-kampjun; (b) jekk kull input u fattur ta’ produzzjoni rrapportati minn dan l-esportatur speċifiku kinux “distorti” u, għalhekk, jekk jenħtieġx li jiġu sostitwiti minn data minn sors ieħor; u tispjega (c) għaliex id-data minn sors ieħor, li tikkonċerna kull input jew fattur ta’ produzzjoni, titqies “mingħajr distorsjoni” mill-Kummissjoni.

(101)

Suzhou Titan tenniet l-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq fil-kummenti tagħha għat-Tieni Nota.

(102)

Kif spjegat fil-Premessa (99) hawn fuq, jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, allura d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) japplikaw, a priori, għall-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ u jikkonċernaw l-ispejjeż kollha relatati mal-fatturi ta’ produzzjoni tagħhom. Fl-istess ħin, dik id-dispożizzjoni tipprevedi l-użu ta’ spejjeż domestiċi li huma stabbiliti b’mod pożittiv sabiex ma jiġux affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti.

(103)

Fir-rigward tal-argument li jenħtieġ li l-Kummissjoni turi li l-ispejjeż mill-pajjiż rappreżentattiv huma mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni tuża biss spejjeż li ma humiex soġġetti għal distorsjonijiet f’pajjiż rappreżentattiv xieraq f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar il-fatturi tal-produzzjoni li jagħtu lill-partijiet biżżejjed opportunità biex jikkummentaw, inkluż billi tindika kwalunkwe anormalità possibbli jew kunsiderazzjonijiet oħrajn li potenzjalment jistgħu jaffettwaw il-fatturi tal-produzzjoni fil-pajjiż(i) rappreżentattiv(i). F’dan il-kuntest, il-partijiet interessati ma qajmux dubji dwar il-fatturi differenti tal-produzzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq stabbiliti fl-Ewwel Nota u fit-Tieni Nota. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(104)

Wara l-Ewwel Nota, Chengxi Shipyard issottomettiet ukoll sett ta’ kummenti dwar id-distorsjonijiet sinifikanti. L-ewwel nett, Chengxi Shipyard affermat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkompatibbli mal-liġi tad-WTO u mad-deċiżjonijiet passati tad-WTO DSB. Chengxi Shipyard affermat li t-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO ppermettiet eċċezzjonalment lill-membri importaturi tad-WTO jużaw metodoloġija li ma hijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet domestiċi jew mal-ispejjeż tal-industrija taħt investigazzjoni fiċ-Ċina, iżda li din id-deroga skadiet 15-il sena wara d-data tal-adeżjoni, jiġifieri fil-11 ta’ Diċembru 2016. Minn din id-data, il-Kummissjoni hija obbligata li tuża l-metodoloġija standard biex tistabbilixxi l-valur normali tal-produtturi tal-pajjiż esportatur, jiġifieri tuża biss il-prezzijiet u l-ispejjeż domestiċi tal-pajjiż esportatur, sakemm dispożizzjonijiet oħrajn tal-ftehimiet tad-WTO, inkluż l-ADA, ma jippermettux mod ieħor.

(105)

Barra minn hekk, Chengxi Shipyard żiedet li ma hemm l-ebda dispożizzjoni fil-liġi tad-WTO li tippermetti li ma tintużax il-metodoloġija standard fil-każ taċ-Ċina. Chengxi Shipyard żiedet li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2 tal-ADA, b’mod partikolari tal-Artikolu 2.2.1 tal-ADA, ma humiex kompatibbli mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Chengxi Shipyard iċċarat li l-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2 tal-ADA ma tippermettix l-użu ta’ informazzjoni għajr dik fil-pajjiż esportatur sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Meta f’ċirkostanzi eċċezzjonali jkun meħtieġ li jiġi kostruwit il-valur normali, id-data relatata mal-ispiża tal-produzzjoni u l-SG&A u l-profitti għandha tinkiseb mis-sorsi fil-pajjiż tal-esportazzjoni. Sabiex tappoġġa l-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq, Chengxi Shipyard ikkwotat id-deċiżjoni tat-tilwima tad-WTO dwar l-UE-Bijodiżil (l-Arġentina), li kienet tirrikjedi li l-Kummissjoni tuża l-ispejjeż irrapportati fir-rekords tal-produttur/esportatur f’konformità mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA.

(106)

Din l-affermazzjoni kienet diġà diskussa fil-Premessi minn (94) sa (96) hawn fuq. Fir-rigward tal-argument dwar il-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina, il-Kummissjoni tfakkar li fil-proċedimenti anti-dumping li jikkonċernaw il-prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx ikomplu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li ma hijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew mal-ispejjeż Ċiniżi. Għalhekk, dawk l-argumenti ġew irrifjutati.

(107)

Barra minn hekk, Chengxi Shipyard affermat li l-allegati distorsjonijiet ma humiex evidenzjati sewwa u, anki jekk kienu jeżistu, ma jaffettwawx l-aspetti kollha tal-ispejjeż ta’ Chengxi Shipyard. B’hekk, mhux l-ispejjeż kollha jeħtieġ li jiġu aġġustati jew stabbiliti fuq bażi differenti. Chengxi Shipyard affermat li l-evidenza ta’ sostenn ewlenija fl-ilment kienet ir-Rapport, madankollu, minħabba li ma hemm l-ebda kapitolu speċifiku ddedikat għat-torrijiet tar-riħ, is-sejbiet tar-Rapport ma jistgħux jiġu ttrattati awtomatikament bħala applikabbli għall-industrija tat-torrijiet tar-riħ.

(108)

Fir-rigward tal-argument li r-Rapport ma jinkludix kapitolu speċifiku dwar it-torrijiet tar-riħ, il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma hijiex marbuta mal-eżistenza ta’ kapitolu settorjali speċifiku li jkopri l-prodott li qed jiġi investigat. Ir-Rapport jiddeskrivi tipi differenti ta’ distorsjonijiet preżenti fir-RPĊ, li huma trażversali u li jaffettwaw l-ekonomija Ċiniża kollha u, għalhekk, jaffettwaw ukoll il-prezzijiet u/jew il-materja prima u l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Kif spjegat fil-Premessi minn (58) sa (79) ta’ hawn fuq, l-industrija tat-torrijiet tar-riħ hija soġġetta għal għadd ta’ interventi mill-gvern deskritti fir-Rapport (kopertura mill-Pjanijiet ta’ Ħames Snin u dokumenti oħrajn, distorsjonijiet tal-materja prima, distorsjonijiet finanzjarji, eċċ.), li huma elenkati u referenzjati b’mod espliċitu f’dan ir-regolament. Barra minn hekk, ir-Rapport ma huwiex l-uniku sors ta’ evidenza użat mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tagħha, billi hemm elementi ta’ prova addizzjonali użati għal dan l-iskop. Il-Premessi minn (58) sa (74) ta’ hawn fuq spjegaw ukoll fid-dettall għadd ta’ distorsjonijiet li jeżistu fis-settur tat-torrijiet tar-riħ u / jew li jaffettwaw il-materja prima u l-inputs lil hinn mid-distorsjonijiet sinifikanti diġà deskritti fir-Rapport. Iċ-ċirkostanzi tas-suq u l-politiki u l-pjanijiet sottostanti li jwasslu għad-distorsjonijiet sinifikanti għadhom applikabbli għas-settur tat-torrijiet tar-riħ u dak tal-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħu. L-ebda parti ma ssottomettiet xi evidenza li turi l-kuntrarju. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(109)

Barra minn hekk, Chengxi Shipyard ikkummentat li s-sitt kriterji meħtieġa biex tiġi pprovata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti jew kienu assenti fl-ilment, jew ma kinux applikabbli għal Chengxi Shipyard. Fost il-kriterji mill-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-kriterji taħt l-ewwel, ir-raba’, il-ħames u s-sitt inċiż ma ssemmewx u ma ġewx issostanzjati b’evidenza fl-ilment. Fir-rigward tat-tieni inċiż, Chengxi Shipyard analizzat il-produtturi Ċiniżi tat-torrijiet tar-riħ (OEM) wieħed wieħed kif elenkati mill-ilmentatur (ara l-Premessa (54)) u waslet għall-konklużjoni li l-informazzjoni jew ma hijiex issostanzjata kif suppost jew inkella hija skaduta. Chengxi Shipyard żiedet li anki jekk dik l-informazzjoni kollha kienet korretta, ma kien hemm l-ebda mod kif jiġi stabbilit il-proporzjon eżatt tal-produtturi tat-torrijiet tar-riħ tal-Istat vs. l-intrapriżi privati. Hija osservat li l-akbar produtturi tat-torrijiet tar-riħ, inklużi Titan Wind, Shanghai Taisheng, Dajin Heavy Industry, Tianneng Heavy Industries u CS Wind huma kollha proprjetà privata.

(110)

Fir-rigward tal-element elenkat taħt it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b), Chengxi Shipyard ikkummentat li l-investigazzjoni tal-Istati Uniti dwar it-torrijiet tar-riħ fuq skala utilitarja li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, uriet is-sussidjar ta’ żewġ kumpaniji speċifiċi, li ma jistgħux jiġu estrapolati għall-produtturi l-oħrajn tat-torrijiet tar-riħ. Anki jekk il-Kummissjoni ssib li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti f’ċerti aspetti tal-ispejjeż ta’ Chengxi Shipyard, l-aspetti l-oħrajn tal-ispejjeż li ma ġewx ipprovati li huma distorti b’mod sinifikanti xorta waħda jenħtieġ li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-valur normali. Billi, skont Chengxi Shipyard, is-sitt elementi ta’ hawn fuq ma kinux issostanzjati kif suppost fl-ilment, ma hemm l-ebda evidenza li s-suq tat-torrijiet tar-riħ tal-azzar innifsu huwa distort.

(111)

Fl-aħħar nett, Chengxi Shipyard ikkummentat li anki jekk il-Kummissjoni ssib li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti f’ċerti aspetti tal-ispejjeż ta’ Chengxi Shipyard, l-aspetti l-oħrajn tal-ispejjeż, li ma ġewx ipprovati li huma distorti b’mod sinifikanti, xorta waħda jenħtieġ li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-valur normali.

(112)

B’reazzjoni għall-affermazzjonijiet dwar evidenza suffiċjenti fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni tfakkar li t-Taqsima 3 tan-Notifika ta’ Bidu rreferiet għal għadd ta’ elementi fis-suq Ċiniż tat-torrijiet tar-riħ biex tissostanzja li s-suq kien affettwat minn distorsjonijiet tul il-katina tal-valur tat-torrijiet tar-riħ fir-RPĊ. Il-Kummissjoni qieset li l-evidenza elenkata fin-Notifika ta’ Bidu kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni dwar l-eżistenza attwali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sseħħ biss fil-mument tad-dikjarazzjoni proviżorja u/jew finali. F’dan il-każ, minkejja li ċerta informazzjoni dwar id-distorsjonijiet ipprovduta mill-ilmentatur instabet li kienet skaduta, il-Kummissjoni qieset l-evidenza sottomessa mill-ilmentatur dwar id-distorsjonijiet sinifikanti bħala suffiċjenti biex tibda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. In-Notifika ta’ Bidu speċifikat dan b’mod ċar fit-Taqsima 3 f’konformità mal-obbligu ddikjarat fl-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. B’hekk, l-affermazzjoni minn Chengxi Shipyard ġiet irrifjutata.

(113)

Fl-aħħar nett, Chengxi Shipyard fakkret li l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jispeċifika li: “Id-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew spejjeż irrappurtati, inklużi l-ispejjeż ta’ materji primi u tal-enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern” (enfasi miżjuda). Chengxi Shipyard sostniet li l-intervent mill-gvern dwar l-industrija tat-torrijiet tar-riħ fiċ-Ċina ma huwiex sostanzjali, billi l-għan tiegħu huwa l-bini ta’ kapaċità tal-enerġija rinnovabbli kemm fir-RPĊ kif ukoll fil-bqija tad-dinja. Chengxi Shipyard tipproponi definizzjoni ta’ “sostanzjali” biex tirreferi għal intervent tal-gvern li huwa arbitrarju. Madankollu, meta l-intervent ikun immirat lejn il-korrezzjoni ta’ falliment tas-suq, jenħtieġ li dan ma jitqiesx bħala “sostanzjali”. Skont Chengxi Shipyard, it-tniġġis iġġenerat mill-enerġija mhux rinnovabbli huwa esternalità negattiva u ma hemm l-ebda mod kif terzi persuni jistgħu jwaqqfu jew inaqqsu dan it-tniġġis mis-suq, minħabba li ma hemm l-ebda “suq għat-tniġġis” li fih dawk it-terzi persuni jistgħu jħallsu lill-fabbrika biex tnaqqas it-tniġġis tagħha. Huwa f’din is-sitwazzjoni li l-Istat irid jintervjeni biex jikkoreġi għall-falliment tas-suq billi jintaxxa t-tniġġis jew jissussidja l-enerġija rinnovabbli biex inaqqas l-ispiża tagħha u jiżgura li d-ditti jadottaw enerġija rinnovabbli li ma tniġġisx. Għalhekk, skont Chengxi Shipyard, is-sussidjar tal-produzzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli ma huwiex intervent sostanzjali, minħabba li jservi ta’ benefiċċju akbar biex jillimita t-tniġġis globali. Għalhekk, dan ma jikkostitwixxix distorsjoni sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku.

(114)

Fir-rigward tal-kumment ta’ Chengxi Shipyard dwar il-kunċett ta’ “intervent sostanzjali tal-gvern”, il-Kummissjoni nnotat li għall-fini li tiġi stabbilita l-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, ma huwiex rilevanti jekk l-għan tas-sussidji huwiex li jikkontribwixxu għal eżitu soċjali, ambjentali jew ekonomiku pożittiv, minħabba li dan ikun arbitrarju. Minflok, l-importanza tas-sussidji titkejjel bħala li huma sostanzjali, jiġifieri ta’ valur kbir. F’dan il-kuntest, il-kelma “sostanzjali” jenħtieġ li tiġi interpretata f’konformità mad-definizzjoni standard, jiġifieri “kbir fid-daqs, fil-valur, jew fl-importanza”. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

(115)

Wara d-dikjarazzjoni finali, diversi partijiet interessati ssottomettew kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(116)

L-ewwel nett, il-GTĊ sostna li r-Rapport huwa difettuż u li d-deċiżjonijiet ibbażati fuqu ma għandhomx bażi fattwali u ġuridika. B’mod aktar speċifiku, il-GTĊ afferma li huwa għandu dubji dwar kemm ir-Rapport jista’ jirrappreżenta l-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni. Min-naħa fattwali, ir-Rapport huwa, skont il-GTĊ, miżrappreżentattiv, ixaqleb lejn naħa waħda u maqtugħ mir-realtà. Barra minn hekk, il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet rapporti tal-pajjiżi għal ftit pajjiżi magħżula jqajjem tħassib dwar it-trattament tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit (Most Favoured Nation, “MFN”). Barra minn hekk, fil-fehma tal-GTĊ, li l-Kummissjoni tibbaża fuq l-evidenza fir-Rapport ma huwiex konformi mal-ispirtu ta’ liġi ġusta u xierqa, minħabba li dan effettivament jammonta għal ġudizzju tal-każ qabel il-proċess.

(117)

It-tieni, il-GTĊ sostna li l-kostruzzjoni tal-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija inkonsistenti mal-ADA, b’mod partikolari mal-Artikolu 2.2. tal-ADA, li jipprovdi lista eżawrjenti ta’ sitwazzjonijiet fejn jista’ jiġi kostruwit il-valur normali, bid-“distorsjonijiet sinifikanti” ma jkunux elenkati fost sitwazzjonijiet bħal dawn. Barra minn hekk, l-użu ta’ data minn pajjiż rappreżentattiv xieraq huwa, skont il-GTĊ, inkonsistenti mal-Artikolu 6.1(b) tal-GATT u mal-Artikolu 2.2.1.1. tal-ADA, li jirrikjedu l-użu tal-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini meta jiġi kostruwit il-valur normali.

(118)

It-tielet, il-GTĊ afferma li l-prattiki investigattivi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma inkonsistenti mar-regoli tad-WTO sa fejn il-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 2.2.1.1. tal-ADA, injorat ir-rekords tal-produttur Ċiniż mingħajr ma ddeterminat jekk dawk ir-rekords humiex konformi mal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati fiċ-Ċina. F’dan ir-rigward, il-GTĊ fakkar li l-Korp tal-Appell f’DS473 u l-bord f’DS494 asserixxew li, skont l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA, sakemm ir-rekords miżmuma mill-esportatur jew mill-produttur taħt investigazzjoni jkunu jikkorrispondu – f’limiti aċċettabbli – b’mod preċiż u affidabbli, għall-ispejjeż effettivi kollha mġarrba mill-produttur jew mill-esportatur partikolari għall-prodott taħt kunsiderazzjoni, huma jistgħu jitqiesu li “jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni” u l-awtorità investigattiva jenħtieġ li tuża tali rekords biex tiddetermina l-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi investigati.

(119)

Ir-raba’, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun konsistenti u teżamina bis-sħiħ jekk hemmx l-hekk imsejħa distorsjonijiet tas-suq fil-pajjiż rappreżentattiv. Li d-data tal-pajjiż rappreżentattiv tiġi aċċettata faċilment mingħajr tali evalwazzjoni tirrappreżenta “standards doppji”. Fil-fehma tal-GTĊ, l-istess japplika għall-evalwazzjoni tal-prezzijiet u tal-ispejjeż tal-industrija tal-UE.

(120)

Fir-rigward tal-ewwel punt dwar l-istatus tar-Rapport skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku ma jippreskrivix format speċifiku għar-rapporti dwar distorsjonijiet sinifikanti, u lanqas dik id-dispożizzjoni ma tiddefinixxi mezz għall-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni fakkret li r-rapport huwa dokument tekniku bbażat fuq il-fatti użat biss fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ. Għalhekk, ir-rapport inħareġ b’mod xieraq bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, minħabba li huwa purament deskrittiv u ma jesprimix fehmiet, preferenzi jew ġudizzji politiċi. Dan ma jaffettwax il-kontenut tiegħu, jiġifieri s-sorsi oġġettivi ta’ informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija Ċiniża rilevanti għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tar-rimarki li r-Rapport li huma fattwalment difettuż u jxaqleb lejn naħa waħda, dawk ġew indirizzati fil-Premessa (91) hawn fuq. B’reazzjoni għall-affermazzjoni tal-GTĊ dwar il-ksur tal-klawżola MFN, il-Kummissjoni fakkret li, kif previst mill-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi prodott rapport tal-pajjiż għal kwalunkwe pajjiż biss meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sewwa tal-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’pajjiż speċifiku jew settur speċifiku f’dak il-pajjiż. Mad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’Diċembru 2017, il-Kummissjoni kellha tali indikazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti għaċ-Ċina. F’Ottubru 2020 (52), il-Kummissjoni ppubblikat ukoll rapport dwar id-distorsjonijiet fir-Russja u, fejn xieraq, jistgħu jsegwu rapporti oħrajn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li r-rapporti ma humiex obbligatorji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a). L-Artikolu 2(6a)(c) jiddeskrivi l-kundizzjonijiet biex il-Kummissjoni toħroġ rapporti tal-pajjiżi u, skont l-Artikolu 2(6a)(d), l-ilmentaturi ma humiex obbligati jużaw ir-rapport, u l-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż lanqas ma hija kundizzjoni biex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 2(6a) billi ssegwi l-Artikolu 2(6a)(e). Skont l-Artikolu 2(6a)(e), evidenza suffiċjenti li turi distorsjonijiet sinifikanti fi kwalunkwe pajjiż miġjuba mill-ilmentaturi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(b) hija biżżejjed biex tinbeda l-investigazzjoni fuq dik il-bażi. Għalhekk, ir-regoli li jikkonċernaw distorsjonijiet sinifikanti speċifiċi għall-pajjiż japplikaw għall-pajjiżi kollha mingħajr ebda distinzjoni, u irrispettivament mill-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż. B’riżultat ta’ dan, skont id-definizzjoni, ir-regoli dwar id-distorsjonijiet tal-pajjiżi ma jiksrux it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit.

(121)

Fir-rigward tat-tieni u t-tielet argumenti dwar l-allegata inkompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.2. u 2.2.1.1. tal-ADA, kif ukoll is-sejbiet f’DS473 u DS494, dawn l-argumenti diġà ġew indirizzati fil-Premessi (94) u (96) hawn fuq.

(122)

Fir-rigward tar-raba’ punt li jitlob lill-Kummissjoni taċċerta li d-data ta’ pajjiżi terzi użata fil-proċedimenti tal-Kummissjoni ma hijiex affettwata mid-distorsjonijiet tas-suq, il-Kummissjoni fakkret li, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tipproċedi biex tikkostruwixxi l-valur normali fuq il-bażi ta’ data magħżula għajr il-prezzijiet u l-ispejjeż domestiċi fil-pajjiż esportatur biss fejn tistabbilixxi li tali data hija l-aktar xierqa biex tirrifletti l-prezzijiet u l-ispejjeż mingħajr distorsjoni. F’dan il-proċess, il-Kummissjoni hija marbuta li tuża biss data mingħajr distorsjoni. F’dak ir-rigward, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar is-sorsi proposti għad-determinazzjoni tal-valur normali fl-istadji bikrija tal-investigazzjoni. Id-deċiżjoni aħħarija tal-Kummissjoni dwar liema data mingħajr distorsjoni jenħtieġ li tintuża biex jiġi kkalkulat il-valur normali tqis bis-sħiħ dawk il-kummenti. Fir-rigward tat-talba tal-GTĊ lill-Kummissjoni biex tevalwa d-distorsjonijiet possibbli fis-suq intern tal-UE, il-Kummissjoni naqset milli tara r-rilevanza ta’ dan il-punt fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(123)

Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-argumenti tal-GTĊ.

(124)

Is-CCCME tenniet l-argumenti tagħha stabbiliti fil-Premessi (89) u (90) hawn fuq dwar ir-Rapport, filwaqt li sejħet l-argumentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Premessa (91) ċirkolari. Madankollu, is-CCCME ma ressqet l-ebda evidenza ulterjuri dwar ir-Rapport, ħlief għall-affermazzjoni li l-pjanijiet ta’ ħames snin fiċ-Ċina huma sempliċiment dokumenti ta’ gwida li jesprimu fehmiet ta’ politika għall-ġejjieni. Bħala tali, fil-fehma tas-CCCME, il-pjanijiet ma humiex vinkolanti, anki minħabba li ma humiex adottati bl-istess mod bħal-liġijiet jew id-digrieti. Barra minn hekk, is-CCCME rrimarkat li jistgħu jinstabu wkoll dokumenti simili fl-Ewropa, inkluż fost id-dokumenti ta’ politika tal-Kummissjoni.

(125)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kompatibbiltà tad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO, is-CCCME sostniet li l-kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” inkluż fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku ma jidher fl-ebda regola tal-ADA tad-WTO jew tal-GATT 1994. B’mod partikolari, il-kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” ma jaqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji pprovduti mill-Artikolu 2.2 tal-ADA tad-WTO. Fir-rigward tal-użu tad-data minn pajjiż terz, is-CCCME sostniet li minkejja li skont il-Korp tal-Appell f’DS473 l-użu tad-data minn sors barra l-pajjiż esportatur ma huwiex ipprojbit, il-Kummissjoni tidher li tinjora l-fatt li l-Korp tal-Appell enfasizza wkoll li “dan, madankollu, ma jfissirx li awtorità investigattiva tista’ sempliċiment tissostitwixxi l-ispiża minn barra l-pajjiż ta’ oriġini għall-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini”, kif ukoll li “meta wieħed jibbaża fuq kwalunkwe informazzjoni barra mill-pajjiż biex jiddetermina l-“ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini” skont l-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-Antidumping, awtorità investigattiva għandha tiżgura li tali informazzjoni tintuża biex tasal għall-“ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini” u dan jista’ jirrikjedi li l-awtorità tal-investigazzjoni tadatta dik l-informazzjoni.” Għalhekk, fil-fehma tas-CCCME, dan l-approċċ tal-Kummissjoni jidher li huwa inkonsistenti mal-obbligu tal-UE skont l-Artikolu 2.2 tal-ADA tad-WTO.

(126)

Barra minn hekk, is-CCCME sostniet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jidher ukoll li jikser l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA tad-WTO sa fejn il-Kummissjoni tidher li qed tirrepeti l-istess żbalji bħal f’DS473, minħabba li s-sejbiet u r-raġunament tagħha f’din l-investigazzjoni jidhru li huma simili ħafna għal dawk fil-każ tal-bijodiżil. Il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-azzar, bħala l-materja prima ewlenija fil-produzzjoni tat-torrijiet tar-riħ, huma distorti fiċ-Ċina, u li l-prezzijiet tal-azzar imħallsa mill-produtturi tat-torrijiet tar-riħ huma esposti għal distorsjonijiet sistemiċi. Għalhekk, skont is-CCCME, fuq il-bażi tas-sejba tal-Korp tal-Appell li l-każ tal-UE – Bijodiżil (l-Arġentina), il-Kummissjoni tista’ tikser ukoll l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA tad-WTO.

(127)

Barra minn hekk, is-CCCME fakkret li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi b’mod ċar li l-valutazzjoni dwar il-kwistjoni ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha ssir għal kull esportatur u produttur separatament, bl-unika eċċezzjoni tal-applikazzjoni tal-kampjunar. Konsegwentement, is-CCCME ma qablitx mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-Premessa (102) li “ladarba tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjoni sinifikanti, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) japplikaw, a priori, għall-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina u jikkonċernaw l-ispejjeż kollha relatati mal-fatturi tal-produzzjonijiet tagħhom” u talbet lill-Kummissjoni ttejjeb il-prattika tagħha f’dan ir-rigward.

(128)

Fir-rigward tal-affermazzjoni tas-CCCME dwar il-karattru mhux vinkolanti tad-dokumenti tal-ippjanar Ċiniżi, il-Kummissjoni fakkret li s-sistema Ċiniża tal-ippjanar tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jridu jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell inferjuri korrispondenti tal-gvern. Kif deskritt fid-dettall fir-Rapport, l-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma vinkolanti fin-natura tagħhom, bis-sistema tal-ippjanar tirriżulta fl-allokazzjoni ta’ riżorsi għal setturi deżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (53).

(129)

Fir-rigward tal-argumenti tas-CCCME dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-ADA u s-sejbiet tad-DSB, dawn kienu diġà indirizzati fil-Premessi (94) u (96), inkluża l-ispjegazzjoni li DS473 ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-affermazzjoni li l-kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” inkluż fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma jidher fl-ebda regola tal-ADA tad-WTO jew tal-GATT 1994, il-Kummissjoni fakkret li r-Regolament bażiku, inkluż l-Artikolu 2(6a), huwa att ta’ dritt sekondarju tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Ma hemm l-ebda rekwiżit skont id-dritt tal-Unjoni li s-sorsi tiegħu, inkluż dritt sekondarju bħar-regolamenti, ikunu bbażati fuq id-dritt internazzjonali jew li jkunu marbuta ma’ obbligi li joħorġu minn dritt internazzjonali bħall-ADA jew il-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO.

(130)

Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar il-valutazzjoni individwali ta’ distorsjonijiet sinifikanti għal kull esportatur, is-CCCME sempliċiment esprimiet in-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni, mingħajr ma ressqet argumenti ġodda. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-pożizzjoni tagħha ddikjarata fil-Premessi (99) u (102) hawn fuq.

(131)

Chengxi Shipyard tenniet l-argumenti tagħha dwar l-inkompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO deskritta fil-Premessa (104) hawn fuq, filwaqt li tirrimarka li t-tweġiba tal-Kummissjoni fil-Premessi (94) u (96) hija ġenerali ħafna u ma tispjegax b’mod espliċitu l-bażi ġuridika fil-ftehimiet tad-WTO b’appoġġ għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, b’deroga mid-dixxiplina ġenerali stabbilita b’mod ċar fil-ftehim tad-WTO u fid-deċiżjoni tad-DSB f’DS473. B’hekk, Chengxi Shipyard iddeduċiet mid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li hija tiġġustifika l-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) mal-ftehimiet tad-WTO fuq il-bażi tal-parti li jifdal tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, filwaqt li tirrimarka li fin-nuqqas ta’ raġunament ċar dwar għaliex il-Kummissjoni hija ta’ din il-fehma, id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni ma tissodisfax l-istandards legali ta’ dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(132)

Barra minn hekk, Chengxi Shipyard affermat li ma kienx ipprovat li l-kumpanija hija soġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti, prinċipalment għal tliet raġunijiet: (i) id-deċiżjonijiet kummerċjali tal-kumpanija ma humiex influwenzati direttament mis-CCP, sejba li tgħodd minkejja li l-President tal-Bord tad-Direttur u d-Direttur Ġenerali ta’ Chengxi Shipyard huma membri tas-CCP u għandhom il-funzjonijiet tas-Segretarju u tal-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit fil-livell tal-kumpanija, (ii) il-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat, jew ir-rappreżentanti tal-Istat preżenti fil-Bord tad-Diretturi, ma jindikawx li d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-kumpanija ma humiex risponsivi għas-sinjal tad-domanda u tal-provvista tas-suq, jew li l-operazzjonijiet tagħha ma humiex orjentati lejn is-suq, (iii) l-eżistenza ta’ intervent mill-Istat ma hijiex ugwali għal distorsjoni sinifikanti u l-Kummissjoni naqset milli turi li l-allegati interventi trażversali mill-GTĊ iwasslu għal distorsjonijiet sinifikanti għall-fatturi tal-produzzjoni u konsegwentement jaffettwaw l-ispiża u l-prezz tal-operat ta’ Chengxi Shipyard.

(133)

Fir-rigward tal-argumenti ta’ Chengxi Shipyard dwar il-kompatibbiltà tad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ttenni l-fehma tagħha li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti kompletament mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni. Ir-raġunijiet għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni huma indikati b’mod ċar fil-Premessa (94) hawn fuq. Bl-istess mod, il-Kummissjoni diġà ddikjarat fil-Premessa (106) li fil-proċedimenti anti-dumping li jikkonċernaw prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx jibqgħu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li ma hijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew mal-ispejjeż Ċiniżi. Chengxi Shipyard tidher li tgħaqqad l-obbligu li tiddikjara r-raġunijiet għall-applikazzjoni sostantiva tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma’ obbligu allegat li tispjega l-bażi ġuridika tad-WTO li tappoġġa l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li ma hijiex rilevanti minbarra li hija skorretta (ara wkoll il-Premessa (129) hawn fuq). Konsegwentement, l-argument ta’ Chengxi Shipyard li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni ma tissodisfax l-istandards legali ta’ dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet ġie rrifjutat.

(134)

L-affermazzjonijiet ta’ Chengxi Shipyard dwar in-nuqqas ta’ evidenza li l-kumpanija hija soġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti diġà ġew indirizzati fid-dettall fil-Premessa (108) hawn fuq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jagħtu lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma hijiex marbuta mal-eżistenza ta’ element fattwali speċifiku wieħed jew tagħrif rigward suq speċifiku li jkopri l-prodott ikkonċernat. F’dan ir-rigward, kif muri fil-Premessi minn (52) sa (79), il-Kummissjoni stabbiliet f’din l-investigazzjoni l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-industrija tat-torrijiet tar-riħ u fis-setturi tal-inputs relatati. L-użu tal-ispejjeż domestiċi fil-kostruzzjoni tal-valur normali huwa permess biss mill-Artikolu 2(6a)(a) jekk dawn l-ispejjeż jiġu stabbiliti b’mod pożittiv li ma humiex soġġetti għal distorsjoni matul l-investigazzjoni. Madankollu, f’dak ir-rigward, Chengxi Shipyard ma ssottomettiet l-ebda evidenza pożittiva li l-fatturi tal-produzzjoni tagħha ma kinux distorti. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ Chengxi Shipyard ġiet irrifjutata.

(135)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew l-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-ispejjeż tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma kinux ir-riżultat tal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, minħabba li dawn kienu affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq il-bażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u spejjeż domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, fuq il-bażi tal-ispejjeż korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.2.2.   Pajjiż rappreżentattiv

3.2.2.1.   Rimarki ġenerali

(136)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita (“ING p.c.”) simili għar-RPĊ fuq il-bażi tal-bażi tad-data dwar il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi tal-Bank Dinji (54);

Il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat f’dak il-pajjiż;

Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(137)

Kif spjegat fil-Premessi minn (50) sa (51), il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis il-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

3.2.2.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(138)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil, il-Malasja, il-Messiku, it-Turkija u l-Afrika t’Isfel bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, u li fihom kienet magħrufa li sseħħ il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Dawk il-pajjiżi kollha ġew ikklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi ta’ introjtu nazzjonali gross (“ING”), b’mod simili għar-RPĊ.

(139)

Fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, Chengxi Shipyard affermat li l-ING p.c. ma kienx indikatur xieraq biex jiġi vvalutat il-livell ta’ żvilupp ekonomiku ta’ pajjiż. Minflok, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun ibbażat is-sejbiet tagħha fuq il-prodott domestiku gross per capita f’parità tal-kapaċità tal-akkwist (“PDG p.c. f’PPP”). F’dan ir-rigward, il-kumpanija sostniet li l-Indja tkun pajjiż rappreżentattiv aktar adatt, minħabba li f’termini tal-PDG p.c. f’PPP fl-2019, l-Indja kienet eqreb tar-RPĊ mit-Turkija, il-pajjiż propost fl-ilment. Barra minn hekk, l-Indja kienet aktar simili għar-RPĊ meta tqabbel il-PDG p.c. f’PPP għal kull persuna impjegata u b’hekk titqies il-produttività fit-tliet pajjiżi. Vestas affermat ukoll li l-Indja kienet pajjiż rappreżentattiv adatt fl-istess livell ta’ żvilupp bħar-RPĊ.

(140)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni nnotat f’dan ir-rigward li r-Regolament bażiku stabbilixxa li l-pajjiż rappreżentattiv jenħtieġ li jkollu livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Madankollu, ma kien fih l-ebda rekwiżit ieħor għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni ddeċidiet li s-sors xieraq għal din l-informazzjoni kien il-bażi tad-data tal-Bank Dinji. Din il-bażi tad-data ppermettiet lill-Kummissjoni jkollha għadd suffiċjenti ta’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjalment xierqa b’livell simili ta’ żvilupp biex tagħżel l-aktar sors adatt ta’ spejjeż u prezzijiet mingħajr distorsjoni. Barra minn hekk, din hija klassifikazzjoni bbażata fuq kriterju oġġettiv u tintuża b’mod konsistenti fil-każijiet ta’ anti-dumping kollha fejn id-determinazzjoni tal-valur normali hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li jiżgura uniformità u trattament ugwali matul il-proċedimenti differenti kollha.

(141)

Barra minn hekk, l-ING jintuża mill-Bank Dinji fil-klassifikazzjoni tiegħu tal-ekonomiji f’raggruppamenti tal-introjtu, minħabba li jsegwi l-metodoloġija tal-politika tas-self operazzjonali tal-Bank Dinji. Billi jirrikonoxxi l-introjtu kollu li jmur f’ekonomija nazzjonali, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, huwa jirrifletti b’mod adegwat l-attività ekonomika totali ta’ pajjiż. Fi kwalunkwe każ, Chengxi Shipyard ma elaboratx dwar kif u għaliex il-PDG p.c. f’PPP minflok l-ING p.c. ikun aktar xieraq biex jirrifletti l-livell simili ta’ żvilupp mis-sors użat mill-Kummissjoni, lanqas ma ssostanzjat jew issottomettiet evidenza għall-affermazzjoni tagħha b’xi mod ieħor.

(142)

Billi l-Indja ma kinitx inkluża fl-istess kategorija tal-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, hija ma setgħetx titqies li tissodisfa l-kriterju stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. B’hekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

(143)

Fil-kummenti tagħha dwar it-Tieni Nota, Chengxi Shipyard tenniet il-fehmiet tagħha li l-ING p.c. ma kienx indikatur xieraq tal-iżvilupp ekonomiku. L-ewwel nett, il-kumpanija sostniet li l-ING kien jinkludi introjtu minn attivitajiet barranin, li kienu irrilevanti għall-valutazzjoni tal-iżvilupp ekonomiku. It-tieni, il-kumpanija sostniet li indikatur, kemm jekk l-ING kif ukoll jekk il-PDG, espress f’USD għall-finijiet ta’ tqabbil tad-diversi pajjiżi, ma kienx adatt għall-valutazzjoni tal-iżvilupp ekonomiku. Tali valutazzjoni tkun distorta mil-livelli tal-prezzijiet f’pajjiżi b’volum ta’ produzzjoni altrimenti simili, kif ukoll mill-varjazzjoni tar-rati tal-kambju. Il-kumpanija rrikonoxxiet ukoll li l-effetti tal-bidliet fil-livelli tal-prezzijiet (inflazzjoni) u l-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju tnaqqsu parzjalment bil-metodu Atlas użat mill-Bank Dinji meta pproduċa l-klassifikazzjoni tal-Pajjiżi u tal-Gruppi ta’ Self. Fl-aħħar nett, il-kumpanija sostniet li meta jitqiesu l-kummenti msemmija hawn fuq, l-Indja kienet aktar simili għar-RPĊ mit-Turkija f’termini ta’ żvilupp ekonomiku.

(144)

Fil-kummenti tagħha dwar id-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard tenniet il-fehma tagħha li l-PDG p.c. f’PPP ikun indikatur adatt biex tiġi vvalutata s-similarità ekonomika bejn il-pajjiżi f’termini tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku u, b’hekk, l-Indja tista’ tkun pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(145)

Il-Kummissjoni spjegat li filwaqt li l-pajjiż rappreżentattiv jenħtieġ li jkollu livell ta’ żvilupp simili għall-pajjiż esportatur, ma kien hemm l-ebda obbligu li jintgħażel pajjiż rappreżentattiv li kien l-eqreb tal-pajjiż esportatur f’termini ta’ żvilupp ekonomiku kemm jekk imkejjel fl-ING p.c. kif ukoll jekk fil-PDG p.c. f’PPP. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li kemm l-ING p.c. kif ukoll il-PDG p.c. f’PPP, kif ukoll diversi oħrajn, huma indikaturi rikonoxxuti għall-kejl tal-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssottolinjat li l-klassifikazzjoni tal-pajjiżi prodotta mill-Bank Dinji pprovdiet ġabra ta’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, li ġiet aġġornata regolarment u maħluqa fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u metodoloġija konsistenti. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tenniet li l-klassifikazzjoni tal-pajjiżi tal-Bank Dinji kienet sors xieraq ta’ informazzjoni li tiżgura l-uniformità u t-trattament ugwali matul il-proċedimenti differenti kollha. Billi l-Indja ma ġietx ikklassifikata bħala pajjiż b’introjtu medju superjuri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u wara l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni minn Chengxi Shipyard.

(146)

Fil-kummenti dwar it-Tieni Nota, is-CCCME u Suzhou Titan sostnew li jenħtieġ li l-Indja titqies bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali, għalkemm ma kinitx ikklassifikata bħala pajjiż b’introjtu medju superjuri mill-Bank Dinji. F’dan ir-rigward, il-partijiet irreferew għar-rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-RPĊ, fejn il-Kummissjoni użat l-Indja bħala pajjiż rappreżentattiv. Is-CCCME tenniet dawk l-affermazzjonijiet fil-kummenti u fis-smigħ tagħha wara l-istadju proviżorju.

(147)

Il-Kummissjoni nnotat li fir-rieżami ta’ skadenza kkwotat, l-investigazzjoni stabbiliet li l-aċidu sulfaniliku kien manifatturat biss f’erba’ ekonomiji madwar id-dinja (l-Indja, ir-RPĊ, l-Unjoni, u l-Istati Uniti tal-Amerka). Billi ma kien hemm l-ebda produzzjoni ta’ aċidu sulfaniliku fi kwalunkwe pajjiż b’introjtu medju superjuri, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-Indja biex tikseb prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni korrispondenti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Is-sitwazzjoni kienet differenti f’dan il-każ. Il-Kummissjoni setgħet tidentifika għadd suffiċjenti ta’ produtturi f’pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda ħtieġa li wieħed ifittex lil hinn mill-grupp ta’ pajjiżi b’introjtu medju superjuri biex jikseb prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

3.2.2.3.   Il-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat

(148)

Fl-ilment, l-ilmentatur identifika l-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat fit-Turkija.

(149)

Il-Kummissjoni analizzat pajjiżi oħrajn fl-istess livell ta’ żvilupp bħar-RPĊ u identifikat produtturi tal-SWT f’erba’ pajjiżi oħrajn, jiġifieri fil-Brażil, fil-Malasja, fil-Messiku u fl-Afrika t’Isfel.

(150)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati b’dawk is-sejbiet.

(151)

Fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, Chengxi Shipyard identifikat ħames produtturi tal-SWT fl-Indja. Kif spjegat fil-Premessi minn (140) sa (142) u (145), instab li l-Indja ma kinitx fl-istess livell ta’ żvilupp bħar-RPĊ u, b’hekk, ma hijiex adatta bħala pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, il-Kummissjoni ma analizzatx la l-attivitajiet tal-allegati produtturi tal-SWT fl-Indja u lanqas id-disponibbiltà u l-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja tagħhom.

3.2.2.4.   Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(152)

Il-Kummissjoni eżaminat id-disponibbiltà u l-kwalità tad-data pubblika rilevanti fil-ħames pajjiżi rappreżentattivi potenzjali fejn ġiet identifikata l-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Din l-analiżi ffokat fuq id-disponibbiltà u l-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja u fuq id-disponibbiltà u l-kwalità tad-data dwar il-fatturi tal-produzzjoni.

(153)

Fir-rigward tal-informazzjoni finanzjarja użata biex jiġu ddeterminati l-SG&A u l-profitt għall-kostruzzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-informazzjoni disponibbli. B’mod partikolari, hija eżaminat jekk l-informazzjoni finanzjarja kinitx ta’ perjodu reċenti, jekk l-informazzjoni finanzjarja ġietx ivverifikata jew le, jekk kinitx disponibbli f’forma individwali jew ikkonsolidata, u jekk il-kumpaniji kinux profittabbli.

(154)

Fir-rigward tad-data dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni eżaminat id-disponibbiltà tad-data dwar l-importazzjoni, is-sehem tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u f’pajjiżi mhux membri tad-WTO, u l-eżistenza ta’ distorsjonijiet li setgħu affettwaw il-prezz tal-fatturi tal-produzzjoni. L-analiżi ffokat fuq l-aktar fatturi importanti tal-produzzjoni.

(a)   Informazzjoni finanzjarja

(155)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni finanzjarja potenzjalment adatta tal-produtturi tal-SWT kienet disponibbli għall-pubbliku biss fil-Messiku, fl-Afrika t’Isfel u fit-Turkija. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-informazzjoni finanzjarja tal-produtturi kollha tal-SWT identifikati fil-Brażil u fil-Malasja u wħud mill-produtturi tal-SWT fit-Turkija jew ma kinitx disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri kienet skaduta, jew inkella l-kumpaniji kienu qed jagħmlu t-telf. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni analizzat ulterjorment id-disponibbiltà u l-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-SWT fil-Messiku, fl-Afrika t’Isfel u fit-Turkija, filwaqt li qieset il-kummenti dwar l-Ewwel Nota mill-partijiet interessati elenkati fil-Premessa (50).

(156)

Fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, is-CCCME u Suzhou Titan affermaw li l-Kummissjoni ma jenħtieġx li teskludi d-data ta’ kumpanija li tagħmel it-telf jekk tali sitwazzjoni tkun raġonevoli u mingħajr distorsjoni. Inkella, f’pajjiż rappreżentattiv fejn kienu disponibbli r-rapporti finanzjarji ta’ diversi kumpaniji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis kemm il-kumpaniji profittabbli kif ukoll dawk li jagħmlu t-telf meta tiddetermina l-SG&A u l-profitt medji fil-pajjiż rappreżentattiv.

(157)

Il-Kummissjoni nnotat li d-data finanzjarja tal-produtturi kollha li jagħmlu t-telf identifikati fil-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali fl-Ewwel Nota kienet ukoll skaduta. B’hekk, il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjoni saret dibattibbli. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat li l-kumpaniji li jagħmlu t-telf ma wrewx livell ta’ profitt “raġonevoli” f’konformità mal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda wkoll fuq bażi sostantiva.

(158)

Fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, it-Tarzna ta’ Chengxi sabet li d-data finanzjarja tal-produttur Messikan Arcosa Industries de México, S. de R.L. de C.V. u tal-produttur tal-Afrika t’Isfel GRI Wind Steel (Pty.) Ltd. mhijiex xierqa għad-determinazzjoni ta’ SG&A u profitt minħabba li d-data kienet disponibbli biss f’dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati. Skont Chengxi Shipyard, din il-kwistjoni ma kinitx tikkonċerna l-produtturi fit-Turkija u fl-Indja.

(159)

Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-Indja ma nstabitx li kienet pajjiż rappreżentattiv potenzjalment adatt. Barra minn hekk, il-fatt li d-data finanzjarja ta’ ċerti produtturi kienet disponibbli f’forma konsolidata minnu nnifsu ma jiskwalifikax lil din id-data milli tintuża bħala sors ta’ SG&A u profitt mingħajr distorsjoni. Għall-kuntrarju, ir-rapporti finanzjarji disponibbli jridu jiġu analizzati fuq bażi ta’ każ b’każ.

(160)

F’dan ir-rigward, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni spjegat li hija identifikat żewġ produtturi tat-torrijiet tar-riħ fil-Messiku. L-informazzjoni finanzjarja lokali individwali ta’ Speco Wind Power, S.A. de C.V. (“Speco”) inkisbet mingħand Global Financials minn Dun&Bradstreet (“D&B”) (55) u ġiet ipprovduta lill-partijiet interessati fl-Anness III tal-Ewwel Nota. Il-kumpanija mmanifatturat torrijiet tar-riħ biss u kienet profittabbli fl-2019. L-informazzjoni finanzjarja lokali ppermettiet l-identifikazzjoni mhux biss tal-ispejjeż tal-SG&A iżda wkoll tal-ispejjeż finanzjarji, u ta’ spejjeż u introjtu oħrajn. Ir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ Arcosa Industries de México, S. de R.L. de C.V. (“Arcosa”) instabu online (56). Il-grupp konsolidat kien attiv fi tliet linji ta’ azzjoni: il-kostruzzjoni, it-tagħmir tal-enerġija, u t-trasport. Taħt l-umbrella tal-Grupp għat-Tagħmir tal-Enerġija (“EEG”), il-grupp konsolidat immanifattura u biegħ torrijiet tar-riħ, strutturi ta’ utilità, u tankijiet tal-ħżin u tad-distribuzzjoni (57). L-EEG impjega 55 % tal-impjegati tal-grupp (58) u ġġenera 48 % tad-dħul u l-ispejjeż mhux konsolidati tal-grupp (59). Id-dħul iġġenerat mill-bejgħ tat-torrijiet tar-riħ u tal-istrutturi ta’ utilità jirrappreżenta 75 % tad-dħul tal-EEG (60). L-SG&A (inklużi d-deprezzament u l-amortizzament) imġarrba mill-EEG u f’livell konsolidat fl-2019 kienu jammontaw għal madwar 13 % (espressi bħala perċentwali tal-ispejjeż tal-bejgħ) (61). Kemm l-EEG kif ukoll il-grupp konsolidat iġġeneraw profitt fil-livell ta’ madwar 10 % (62). L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li s-segment li jkopri b’mod predominanti l-produzzjoni u l-bejgħ tal-SWT ikkontribwixxa b’mod konsiderevoli għall-attivitajiet ġenerali tal-kumpanija u kiseb prestazzjoni li kienet simili għall-prestazzjoni tal-kumpanija kollha. B’hekk, dawn iċ-ċifri tqiesu li huma raġonevoli fis-sens tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(161)

Fit-tieni Nota, il-Kummissjoni nnutat ukoll li fl-Afrika t’Isfel, hija identifikat produttur wieħed ta’ torrijiet tar-riħ, il-kumpanija GRI Wind Steel South Africa (Pty.) Ltd. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ din il-kumpanija kienu disponibbli f’forma kkonsolidata u integrata fil-livell tal-azzjonist tagħha Hulisani (63). Madankollu, ir-rapport integrat annwali ma pprovdiex biżżejjed dettalji dwar il-produttur tat-torrijiet tar-riħ fil-grupp. Ir-rapport iddikjara biss li l-produttur tal-SWT kien profittabbli fis-sena finanzjarja minn Marzu 2019 sa Frar 2020 (64). B’hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-prestazzjoni u l-kontribut tagħha għar-riżultati finanzjarji kkonsolidati. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li r-rapporti finanzjarji kkonsolidati ta’ Hulisani ma kinux adatti għad-determinazzjoni tal-SG&A u tal-profitt f’din l-investigazzjoni.

(162)

Fl-aħħar nett, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni analizzat is-sitt produtturi tal-SWT identifikati fit-Turkija. Żewġ produtturi biss kellhom id-data finanzjarja tagħhom disponibbli għall-pubbliku. Ir-rapporti finanzjarji lokali individwali ta’ ATES Çelik Insaat Taahhut Proje Muhendislik Sanayi ve Ticaret A.Ş. kienu disponibbli f’D&B Global Financials u pprovduti lill-partijiet interessati fl-Anness III tal-Ewwel Nota. Il-kumpanija kienet profittabbli fl-2019. Ir-rapporti lokali ppermettew l-identifikazzjoni mhux biss tal-ispejjeż tal-SG&A, iżda wkoll tal-introjtu u l-ispejjeż finanzjarji. Ir-rapporti finanzjarji lokali individwali ta’ Çimtaş Çelik İmalat Montaj ve Tesisat A.Ş. (“Çimtaş Çelik”) disponibbli f’D&B Global Financials kienu skaduti. Madankollu, ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati fil-livell tal-azzjonista tagħha ENKA kienu disponibbli online (65) kif awditjati u/jew mhux awditjati għat-trimestri kollha li jkopru l-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, ġie nnotat li r-rapporti finanzjarji kkonsolidati ma pprovdewx biżżejjed dettalji dwar il-prestazzjoni tal-produttur tal-SWT, u lanqas il-kontribut tiegħu għall-prestazzjoni tal-grupp ikkonsolidat. Çimtaş Çelik kienet tappartjeni għas-segment tal-Kostruzzjoni (66). Għalkemm is-segment tal-Kostruzzjoni kkontribwixxa għad-dħul ikkonsolidat totali bi kważi 60 % (67), ma kienx ċar kif il-prestazzjoni ta’ dan is-segment kienet tirrifletti l-prestazzjoni tal-produttur tal-SWT. Ir-rapporti finanzjarji ma pprovdewx dettalji dwar il-kompożizzjoni tas-segment. In-natura tal-attivitajiet koperti minn dak is-segment setgħet kienet pjuttost diversa. Il-produttur tal-SWT kien biss wieħed minn 39 kumpanija tal-grupp ikkonsolidat (68) ikklassifikati taħt is-segment tal-Kostruzzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li r-rapporti finanzjarji kkonsolidati ta’ ENKA ma kinux adatti għad-determinazzjoni tal-SG&A u tal-profitt f’din l-investigazzjoni.

(163)

Fil-kummenti tagħha dwar it-Tieni Nota, Chengxi Shipyard affermat li l-informazzjoni finanzjarja taż-żewġ produtturi tal-SWT fil-Messiku kien fiha nuqqasijiet serji. Il-kumpanija sostniet li anki jekk is-segment tal-EEG ta’ Arcosa ġġenera 48 % tad-dħul ikkonsolidat, ferm inqas minn nofsu oriġina fil-bejgħ ta’ SWT, minħabba li l-EEG kienet tinkludi wkoll il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ strutturi ta’ utilità. Barra minn hekk, il-kumpanija rrimarkat li Arcosa pproduċiet SWT mhux biss fil-Messiku, iżda wkoll fl-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”), u li ma kienx possibbli li jiġu ddeterminati s-sehem tad-dħul u l-SG&A li jistgħu jiġu attribwiti għall-bejgħ fis-suq Messikan domestiku. Fir-rigward ta’ Speco, il-kumpanija sostniet li ma kienx possibbli li jiġu ddeterminati s-sehem tad-dħul u l-SG&A ġġenerati mill-bejgħ fis-suq Messikan.

(164)

Il-Kummissjoni nnotat li l-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza li tappoġġa l-affermazzjonijiet tagħha dwar il-kontribut tal-bejgħ tal-SWT għad-dħul iġġenerat mis-segment tal-EEG. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li Arcosa pproduċiet SWT kemm fil-Messiku kif ukoll fl-Istati Uniti. Madankollu, minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni (imkejla skont iż-żona) li tinsab fil-Messiku kienet konsiderevoli (40 % (69)), il-Kummissjoni sabet li l-fatt li parti mill-produzzjoni tal-SWT twettqet fl-Istati Uniti tal-Amerka ma għamilx l-informazzjoni finanzjarja mhux adatta. Il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tintuża l-informazzjoni dwar l-SG&A u d-dħul totali taż-żewġ produtturi Messikani tal-SWT, minħabba li l-informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku rarament, jekk qatt, tipprovdi diżaggregazzjoni ulterjuri tad-dħul u tal-SG&A skont is-suq (domestiku u tal-esportazzjoni), b’mod partikolari taħt ir-rapportar tas-segmenti tal-operat. Fi kwalunkwe każ, il-kumpanija ma pproponiet l-ebda produttur alternattiv adatt tal-SWT fil-Messiku biex jiddetermina l-SG&A u l-profitt. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjonijiet ta’ Chengxi Shipyard u kkonfermat l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja taż-żewġ produtturi Messikani tal-SWT għad-determinazzjoni tal-SG&A u tal-profitt.

(165)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard tenniet li l-informazzjoni finanzjarja ta’ Arcosa ma kinitx sors xieraq ta’ SG&A u profitt mingħajr distorsjoni. Il-kumpanija sostniet li, b’mod partikolari, il-post fejn tinsab il-produzzjoni tal-SWT ta’ Arcosa fil-Messiku u fl-Istati Uniti, u l-fatt li s-segment tal-EEG kien jinkludi wkoll il-produzzjoni ta’ strutturi ta’ utilità u ta’ tankijiet ta’ distribuzzjoni għamlu l-informazzjoni mhux adatta. Barra minn hekk, il-kumpanija nnotat li ż-żieda fid-dħul ta’ Arcosa fl-2019 kienet xprunata mhux biss miż-żieda fil-produzzjoni tal-SWT iżda wkoll minn fatturi oħrajn. Fl-aħħar nett, il-kumpanija rrimarkat li l-informazzjoni finanzjarja ta’ Arcosa għall-2020 kienet diġà disponibbli fiż-żmien tad-dikjarazzjoni finali.

(166)

Kif stabbilit fil-Premessi (160) u (164), il-Kummissjoni kkonkludiet li, għalkemm parti mill-produzzjoni tal-SWT twettqet f’pajjiż ieħor għajr il-pajjiż rappreżentattiv, kien għadu xieraq li tintuża d-data tal-kumpanija. Fin-nuqqas ta’ argumenti ġodda, il-Kummissjoni kkonfermat ir-rifjut tagħha ta’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li minħabba s-sehem għoli tas-subsegment tal-istrutturi SWT u ta’ utilità fid-dħul tal-grupp tal-EEG, ir-riżultati finanzjarji ta’ dak il-grupp kienu rappreżentattivi tal-produzzjoni tal-SWT, minħabba li ż-żieda fid-dħul kienet parzjalment xprunata mill-volumi ogħla ta’ produzzjoni tal-SWT. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni sabet li, fid-dawl tal-miżuri governattivi li kienu qed iwasslu għal tnaqqis fl-installazzjonijiet ġodda tal-kapaċità tal-enerġija mir-riħ fil-Messiku, kif diskuss fil-Premessi minn (196) sa (199), kien aktar prudenti li l-SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni jiġu bbażati fuq ir-rapporti finanzjarji għall-2019 biss.

(167)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Suzhou Titan sostniet li l-informazzjoni finanzjarja ta’ Arcosa ma kinitx sors adatt ta’ SG&A u profitt mingħajr distorsjoni minħabba l-produzzjoni tal-SWT ta’ Arcosa barra mill-Messiku. Barra minn hekk, il-kumpanija rrimarkat li d-dħul tas-sussidjarja Messikana oriġina fil-biċċa l-kbira mill-operazzjonijiet intragrupp u l-profittabbiltà ta’ dik is-sussidjarja kienet ta’ 2,4 % biss.

(168)

Minbarra l-konklużjoni tagħha dwar il-produzzjoni tal-SWT ta’ Arcosa barra mill-Messiku, kif stabbilit fil-Premessa (166), il-Kummissjoni sabet li minħabba s-sehem għoli ta’ dħul intragrupp fuq id-dħul totali tas-sussidjarja Messikana, kien aktar xieraq li jintużaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati u kkombinati ta’ Arcosa fejn it-tranżazzjonijiet intragrupp ġew eliminati (70). Irid jiġi nnotat ukoll li, f’dan il-każ, il-livell ta’ profittabbiltà kkalkolat minn Suzhou Titan huwa irrilevanti. Il-kumpanija esprimiet l-introjtu operatorju bħala perċentwali tad-dħul, filwaqt li għall-kostruzzjoni tal-valur normali, dan irid jiġi espress bħala perċentwali tal-ispiża tal-oġġetti mibjugħa, li l-valur tagħhom ma setax jiġi ddeterminat mill-informazzjoni finanzjarja ta’ Arcosa fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħha fil-Messiku.

(169)

fuq il-bażi tar-raġunijiet deskritti fil-Premessi (166) u (168), il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjonijiet ta’ Chengxi Shipyard u ta’ Suzhou Titan ippreżentati fil-Premessi (165) u (167).

(b)   Distorsjonijiet li jikkonċernaw il-fatturi tal-produzzjoni

(170)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni kkonkludiet li skont l-Inventarju tal-OECD dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-Materja Prima Industrijali (71), l-esportazzjonijiet tar-ruttam tal-azzar (il-kodiċijiet HS 7204 41 u 7204 49) kienu soġġetti għal rekwiżit ta’ liċenzjar fl-Afrika t’Isfel u għal rekwiżit ta’ liċenzjar u taxxa fuq l-esportazzjoni fil-Malasja sal-2017 (l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli).

(171)

F’dan ir-rigward, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni eskludiet lill-Afrika t’Isfel fuq il-bażi li l-informazzjoni finanzjarja tal-produttur tal-SWT fl-Afrika t’Isfel ma kinitx adatta għad-determinazzjoni tal-SG&A u tal-profitt kif spjegat fil-Premessa (161). Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku tal-produttur tal-SWT fil-Malasja kienet skaduta b’mod sinifikanti. Billi l-Kummissjoni ma kisbet l-ebda informazzjoni addizzjonali dwar il-produzzjoni fil-Malasja, il-pajjiż ġie eskluż ukoll minn kunsiderazzjonijiet ulterjuri. Għalhekk, ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni identifikati fl-Ewwel Nota nstabu li huma irrilevanti f’dan il-każ.

(172)

Fil-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel Nota, il-partijiet interessati affermaw li la l-Messiku, u lanqas l-Afrika t’Isfel jew it-Turkija ma kienu pajjiżi rappreżentattivi adatti minħabba diversi miżuri li jeżistu f’dawk il-pajjiżi li allegatament fixklu s-suq tal-fatturi tal-produzzjoni u/jew is-suq tal-enerġiji rinnovabbli. Dawk l-affermazzjonijiet huma spjegati fid-dettall fil-Premessi (173), (179), (181), (184) u (189).

(173)

Fil-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel Nota, is-CCCME, Chengxi Shipyard u Suzhou Titan affermaw li l-Afrika t’Isfel ma kinitx pajjiż rappreżentattiv adatt minħabba l-miżuri ta’ salvagwardja fuq l-azzar stabbiliti mill-pajjiż li setgħu fixklu l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodotti tal-azzar użati fil-produzzjoni tal-SWT. Barra minn hekk, Chengxi Shipyard sostniet li tali miżuri ta’ salvagwardja kienu fis-seħħ ukoll fil-Messiku u fit-Turkija, filwaqt li fil-każ tat-Turkija, il-parti indikat biss is-sospensjoni tal-konċessjonijiet b’rabta mal-Unjoni b’reazzjoni għall-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar introdotti mill-Unjoni.

(174)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni nnotat li l-Afrika t’Isfel kienet diġà nstabet li ma hijiex adatta fuq il-bażi tan-nuqqas ta’ informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku ta’ kwalunkwe produttur tal-SWT. B’hekk, il-Kummissjoni qieset l-affermazzjonijiet li jikkonċernaw lill-Afrika t’Isfel bħala dibattibbli.

(175)

Fir-rigward tat-Turkija, il-Kummissjoni nnotat li l-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza li tappoġġa l-affermazzjoni tagħha dwar l-eżistenza ta’ miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar. Ilvtj-Kummissjoni sabet li t-Turkija bdiet investigazzjoni ta’ salvagwardja tal-azzar f’April 2018 (72), iżda temmet l-investigazzjoni mingħajr ma imponiet miżuri f’Mejju 2019 (73). Fir-rigward tas-sospensjoni tal-konċessjonijiet, il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar għaliex u sa liema punt it-tariffa addizzjonali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar li joriġinaw mill-Unjoni toħloq distorsjoni fis-suq tal-azzar Tork u tagħmel l-istatistika dwar l-importazzjoni sors mhux xieraq ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(176)

Fir-rigward tal-Messiku, il-Kummissjoni nnotat fit-Tieni Nota li Chengxi Shipyard ibbażat l-allegazzjonijiet tagħha fuq artiklu ppubblikat minn Metal Bulletin li jiddikjara li skont digriet tal-25 ta’ Marzu 2019, il-Messiku “reġa’ daħħal dazju ta’ salvagwardja ta’ 15 % fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar minn pajjiżi li magħhom ma għandux ftehimiet ta’ kummerċ ħieles”. Il-Kummissjoni sabet li, fil-25 ta’ Marzu 2019, il-Messiku ppubblika digriet li jemenda t-tariffi tal-importazzjoni stabbiliti mil-Liġi Ġenerali dwar it-Taxxa fuq l-Importazzjoni u l-Esportazzjoni (74). Permezz ta’ dan id-digriet, il-Messiku żied id-dazju tal-MFN applikat fuq ċerti prodotti tal-azzar, inklużi pjanċi tal-azzar (il-kodiċijiet HS 7208 51 u 7208 52) minn 0 % għal 15 % għal żmien limitat ta’ 180 jum. Iż-żieda tad-dazju tal-MFN applikat kienet, skont id-digriet, ibbażata fuq l-Artikolu II tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (“GATT”).

(177)

Barra minn hekk, it-tariffi ma ġewx imposti wara investigazzjoni ta’ salvagwardja u ma kinux jaqbżu l-livell tat-tariffi kkonsolidati ta’ 35 %, li għalihom il-Messiku impenja ruħu skont ir-regoli tad-WTO (75). Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-eżistenza ta’ dawn il-miżuri ma kinitx tiġġustifika l-esklużjoni tal-Messiku mill-analiżi ta’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali.

(178)

Konsegwentement, l-allegazzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ salvagwardji tal-azzar fil-Messiku u fit-Turkija ġew irrifjutati.

(179)

Fil-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel Nota, is-CCCME u Suzhou Titan qiesu li l-Messiku ma kienx pajjiż rappreżentattiv adatt, minħabba li impona miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-SWT li joriġinaw miċ-Ċina.

(180)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni nnotat li l-partijiet ma ssottomettew l-ebda evidenza speċifika ta’ kif u sa liema punt l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping fuq il-prodott li qed jiġi investigat mill-Messiku taffettwa r-rappreżentattività tiegħu u għaliex dan ma kienx se jibqa’ jitqies xieraq minħabba din iċ-ċirkostanza. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dawn l-argumenti ma kinux issostanzjati u ċaħdithom.

(181)

Fil-kummenti dwar l-Ewwel Nota, Chengxi Shipyard affermat li s-swieq tal-elettriku fil-Messiku u fl-Afrika t’Isfel kienu distorti, minħabba li kienu ddominati minn intrapriżi tal-Istat. Min-naħa l-oħra, il-parti interessata affermat li s-swieq tal-elettriku fit-Turkija u fl-Indja ma ġarrbux distorsjonijiet bħal dawn. Il-parti pprovdiet evidenza li turi li, fl-Afrika t’Isfel, 95 % tal-elettriku kien fornut mill-kumpanija tal-Istat ESKOM.

(182)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni u sabet li l-produttur tal-elettriku tal-Istat Messikan Comisión Federal de Electricidad (“CFE”) ipparteċipa fil-ġenerazzjoni totali tal-elettriku fil-Messiku b’inqas minn 80 % (76). Skont l-informazzjoni pprovduta minn Chengxi Shipyard, is-sehem tal-intrapriżi tal-Istat fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-Indja kien ftit aktar minn 80 %, jiġifieri simili għas-sitwazzjoni fil-Messiku. Skont il-parti interessata, is-suq tal-elettriku fl-Indja ġie liberalizzat biżżejjed. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-ġeneratur tal-elettriku tal-Istat EÜAŞ kellu ftit aktar minn 20 % tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni fit-Turkija (77). Il-Kummissjoni qieset li s-sempliċi fatt li suq huwa ddominat minn intrapriżi tal-Istat mingħajr ebda indikazzjoni u evidenza ulterjuri li l-ipprezzar attwali tal-input sottostanti ma segwiex il-forzi tas-suq minnu nnifsu ma kienx biżżejjed biex jeskludi lil dan il-pajjiż bħala mhux rappreżentattiv. F’dawn il-każijiet, irid ikun hemm evidenza fil-fajl li l-ipprezzar attwali ta’ dak l-input kien potenzjalment affettwat minn kunsiderazzjonijiet oħrajn bħal politiki preferenzjali għal ċerti industriji jew intervent sostanzjali ieħor mill-gvern b’tali mod li ma jkunx ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni qieset li l-elettriku kien jirrappreżenta biss sehem żgħir (madwar 1 %) mill-ispiża totali tal-produzzjoni tal-SWT. Għalhekk, anki jekk kien hemm evidenza li l-ipprezzar ta’ dan l-input kien distort, minnu nnifsu dan ma jikkostitwixxix raġuni għar-rifjut tal-Messiku (jew ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor) bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali għal kollox f’dan il-każ. L-aktar l-aktar, id-distorsjonijiet potenzjali tas-settur tal-elettriku fil-Messiku jkunu kwistjoni li għandha tiġi eżaminata fil-kuntest tal-użu ta’ parametru referenzjarju ieħor għal tali fattur.

(183)

Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjonijiet dwar il-Messiku u t-Turkija, filwaqt li sabet li l-Afrika t’Isfel diġà ma hijiex adatta fuq il-bażi tan-nuqqas ta’ informazzjoni finanzjarja disponibbli.

(184)

Fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, Vestas sostniet li t-Turkija imponiet rekwiżit ta’ kontenut lokali (“LCR”) fuq proġetti tal-enerġija rinnovabbli u/jew iggarantixxiet tariffi “feed-in” ogħla soġġetti għall-kontenut lokali meħtieġ.

(185)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni eżaminat l-allegazzjonijiet dwar l-LCR fit-Turkija minħabba r-rilevanza tiegħu bħala restrizzjoni għall-aktar fattur importanti tal-produzzjoni, jiġifieri l-pjanċi tal-azzar, kif ukoll għall-fatturi l-oħrajn tal-produzzjoni u fl-aħħar mill-aħħar ukoll għall-profittabbiltà tal-produtturi Torok tal-SWT.

(186)

Il-Kummissjoni sabet li l-LCR sarraf fil-kundizzjonijiet tas-suq Tork tal-enerġija mir-riħ b’mod doppju:

(a)

Il-ġeneraturi tal-enerġija mir-riħ kienu tariffi “feed-in” garantiti. L-investituri li ssodisfaw l-LCR kienu intitolati għal tariffa “feed-in” ogħla (78). It-tariffa applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ta’ USD 7,00 ċenteżmu għal kull kWh. It-tariffa tista’ tiżdied b’USD 0,60 ċenteżmu għal kull kWh f’każ li t-torri tar-riħ tal-azzar kien manifatturat lokalment. B’kollox, it-tariffa “feed-in” tista’ tiżdied sa USD 11,00 ċenteżmu għal kull kWh jekk mhux biss l-SWT iżda wkoll il-pali, il-ġeneratur u l-komponenti elettroniċi, kif ukoll it-tagħmir mekkaniku kollu, jkunu ġew manifatturati lokalment;

(b)

Bejn l-2017 u t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Gvern Tork beda tliet offerti għall-parks eoliċi taħt mudell ta’ investiment ġdid għall-enerġija rinnovabbli, l-hekk imsejħa Żoni Deżinjati għall-Enerġija Rinnovabbli (“YEKA”) (79). L-offerenti li ngħataw kuntratt skont l-offerti tal-YEKA kienu obbligati jissodisfaw l-LCR dwar l-oriġini tal-inputs użati fil-produzzjoni tat-turbini, l-SWT u l-pali, kif ukoll fir-rigward tan-nazzjonalità tal-impjegati.

(187)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni qieset li l-LCR applikabbli għall-SWT seta’ jiġi ssodisfat biss billi jinxtraw pjanċi tal-azzar, l-aktar materja prima importanti, domestikament. B’hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pjanċi tal-azzar setgħu ma kinux jirriflettu l-prezzijiet ta’ dawk it-tipi ta’ pjanċi tal-azzar li ntużaw fil-produzzjoni tal-SWT. Barra minn hekk, l-obbligu ta’ xiri fis-suq domestiku naqqas il-kompetizzjoni fis-suq tal-inputs għall-produzzjoni tal-SWT, li setgħet wasslet għal prezzijiet domestiċi distorti ta’ dawk l-inputs. Sussegwentement, il-prezzijiet tal-inputs x’aktarx kienu ogħla minħabba sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni mnaqqsa u x’aktarx li kienu se jfixklu l-ispiża tal-produzzjoni u, għalhekk, anki l-SG&A u l-profittabbiltà tal-produtturi tal-SWT fit-Turkija.

(188)

Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li s-suq tal-enerġija mir-riħ, inkluża l-produzzjoni tat-torrijiet tar-riħ, seta’ kien distort mill-applikazzjoni tal-LCR fit-Turkija u, b’hekk, ma kienx adatt għad-determinazzjoni tal-prezzijiet u tal-ispejjeż mingħajr distorsjoni, b’mod partikolari għall-aktar input importanti.

(189)

Fil-kummenti dwar l-Ewwel Nota, Vestas affermat ukoll li t-Turkija ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba disponibbiltà limitata ta’ ċerta materja prima (pjanċi tqal) li setgħet wasslet għal prezzijiet ogħla ta’ dawk il-materjali u minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità għall-produzzjoni ta’ SWT kbar.

(190)

Minħabba li l-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza li tappoġġa dawk l-affermazzjonijiet u l-Kummissjoni diġà kkonkludiet li s-suq Tork seta’ kien distort minħabba l-LCR, il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda konklużjoni dwar dawk l-affermazzjonijiet.

(191)

Fil-kummenti dwar it-Tieni Nota, is-CCCME u Suzhou Titan sostnew li t-Turkija jenħtieġ li tibqa’ pajjiż rappreżentattiv potenzjali. B’mod partikolari, huma affermaw li frazzjoni żgħira biss ta’ pjanċi tal-azzar importati taħt kodiċi speċifiku tal-merkanzija kienet maħsuba għall-produzzjoni tal-SWT u, b’hekk, kienet potenzjalment distorta. Il-partijiet sostnew li sabiex jiġi stabbilit jekk l-LCR affettwax il-prezz tal-importazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqabbel il-prezz tal-importazzjoni tal-pjanċi tal-azzar fit-Turkija mal-prezz tal-importazzjoni tagħhom f’pajjiżi oħrajn. Is-CCCME tenniet fil-kummenti u fis-smigħ tagħha wara l-istadju proviżorju li jenħtieġ li t-Turkija tkompli titqies bħala parti rappreżentattiva potenzjali.

(192)

Il-Kummissjoni nnotat li l-prezz tal-importazzjoni tal-pjanċi tal-azzar f’pajjiżi oħrajn ma kienx rappreżentattiv tal-prezz li kien jipprevali fit-Turkija skont il-kundizzjonijiet tas-suq mhux affettwati mil-LCR. Barra minn hekk, l-LCR ma affettwax biss il-prezz tal-pjanċi tal-azzar għall-produzzjoni tal-SWT. L-LCR impedixxa l-kompetizzjoni minn pjanċi tal-azzar importati għall-produzzjoni tal-SWT. Tali sitwazzjoni tas-suq setgħet sawret id-deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni tal-produtturi tal-pjanċi tal-azzar u b’hekk influwenzat il-prezz tal-pjanċi tal-azzar għal użi oħrajn ukoll. Barra minn hekk, l-SG&A u l-profittabbiltà tal-produtturi Torok tal-SWT kienu wkoll potenzjalment distorti minħabba li l-LCR ma kienx jikkonċerna biss l-inputs iżda wkoll il-manodopera. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

(193)

Minbarra l-kummenti ta’ hawn fuq dwar ir-restrizzjonijiet kummerċjali mill-partijiet interessati, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni eżaminat l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet kummerċjali fil-Messiku dwar l-inputs użati fil-produzzjoni tal-SWT. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni kkonsultat l-Inventarju tal-OECD dwar ir-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni fuq il-Materja Prima Industrijali (80) u r-repożitorju tal-Mappa tal-Aċċess għas-Suq (81). Ma nstabet l-ebda restrizzjoni kummerċjali imposta mill-Messiku fuq l-inputs ewlenin.

(194)

Fil-kummenti dwar it-Tieni Nota, is-CCCME u Suzhou Titan sostnew li l-prezz tal-importazzjoni tal-pjanċi tal-azzar fil-Messiku kien distort b’mod sinifikanti minħabba l-impożizzjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni ta’ 15 % f’Marzu 2019. Is-CCCME tenniet din l-affermazzjoni fis-smigħ u fil-kummenti tagħha wara l-istadju proviżorju.

(195)

Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni. Kif spjegat fil-Premessi (176) u (177), il-Kummissjoni vvalutat iż-żieda fid-dazju fuq l-importazzjoni applikabbli għall-pjanċi tal-azzar fit-Tieni Nota u sabet li l-Messiku żied id-dazju tal-MFN applikabbli minn 0 % għal livell (15 %) li ma qabiżx id-dazju tal-MFN ikkonsolidat, li għalih il-Messiku impenja ruħu fid-WTO. Għalhekk, l-applikazzjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni ma setgħetx titqies bħala distorsjoni jew ksur tal-obbligi tal-Messiku f’dan il-każ. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

(196)

Fil-kummenti dwar it-Tieni Nota, Chengxi Shipyard sostniet li l-Messiku ma kienx pajjiż rappreżentattiv adatt minħabba li s-suq tal-enerġija rinnovabbli tiegħu kien distort b’mod sinifikanti. F’dan ir-rigward, il-parti rreferiet għall-miżuri li ġejjin adottati mill-gvern Messikan:

Ir-raba’ rkant tal-enerġija rinnovabbli l-ewwel ġie pospost (f’Diċembru 2018) u aktar tard ġie kkanċellat (fi Frar 2019);

F’Ottubru 2019, iċ-ċertifikati tal-enerġija nadifa ġew estiżi għal ġeneraturi tal-enerġija rinnovabbli li bdew joperaw qabel Awwissu 2014, li marru kontra l-għan li jinkoraġġixxu investimenti ġodda fl-enerġija rinnovabbli;

CFE, ġeneratur tal-elettriku tal-Istat u sid tal-grilja tat-trażmissjoni, żied it-tariffi tat-trażmissjoni għall-ġeneraturi tal-enerġija rinnovabbli f’Ġunju 2020;

Centro Nacional de Control de Energía, korp pubbliku inkarigat mill-kontroll operazzjonali tan-network ta’ trażmissjoni u tas-suq tal-elettriku bl-ingrossa, issospenda l-ittestjar u l-konnessjoni mal-grilja ta’ proġetti ġodda tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx f’April 2020;

Il-Ministeru tal-Enerġija fil-Messiku ppubblika riżoluzzjoni li tagħti lill-gvern aktar kontroll fuq min jista’ jiġġenera l-enerġija, fejn jistgħu jinstabu dawk il-faċilitajiet u kemm jistgħu jipproduċu elettriku.

(197)

Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni. L-ewwel nett, irid jiġi nnotat li r-regolamentazzjoni ta’ ċertu settur tal-ekonomija permezz ta’ liġijiet u regolamenti mhux bilfors tikkostitwixxi distorsjoni tas-suq. F’dan il-każ, il-parti interessata ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar għaliex, kif u sa liema punt il-politiki governattivi elenkati fil-Premessa (196) affettwaw il-prezzijiet (tal-importazzjoni) tal-fatturi tal-produzzjoni użati fil-manifattura tal-SWT, kif ukoll l-SG&A u l-profitt tal-produtturi tal-SWT fil-Messiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. X’aktarx li wħud mill-miżuri setgħu skoraġġixxew (permezz ta’ tariffi ta’ trażmissjoni ogħla, sospensjoni tal-ittestjar u l-konnessjoni mal-grilja ta’ proġetti ġodda tal-enerġija rinnovabbli) jew saħansitra impedixxew (permezz tal-kanċellazzjoni tar-raba’ rkant tal-enerġija rinnovabbli) investimenti futuri u, għalhekk, affettwaw indirettament il-profittabbiltà tal-produtturi Messikani tal-SWT f’perjodu wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li r-restrizzjonijiet, jekk qatt kien hemm, daħlu fis-seħħ bis-sħiħ biss wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. F’dan ir-rigward, l-installazzjonijiet il-ġodda tal-enerġija mir-riħ tal-Messiku kisbu rekord għoli ta’ 1,6 GW ta’ kapaċità addizzjonali fl-2019 (82). Għalkemm il-kanċellazzjoni tar-raba’ rkant waqqfet l-investimenti futuri fis-settur tal-enerġija mir-riħ, il-Kummissjoni qieset li l-prestazzjoni tal-produtturi Messikani tal-SWT kompliet tissaħħaħ bil-kostruzzjoni ta’ parks eoliċi kkummissjonati taħt it-tielet irkant tal-enerġija rinnovabbli, li ppreveda li l-proġetti l-ġodda jibdew joperaw bejn Jannar 2020 u Jannar 2022 (83). Barra minn hekk, fl-2020, il-Messiku installa kapaċità ġdida tal-enerġija mir-riħ ta’ madwar 0,6 GW (84). Din kienet prestazzjoni simili għall-2018 (0,7 GW ta’ kapaċità addizzjonali tal-enerġija mir-riħ (85)), sena li ma kinitx affettwata mill-inċertezza li rriżultat mill-bidla fil-politiki tal-gvern. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

(198)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard fakkret is-sottomissjoni tagħha dwar it-Tieni Nota, li fiha spjegat għadd ta’ miżuri governattivi ppromulgati fil-Messiku li allegatament fixklu s-suq tal-enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, il-kumpanija indikat data dwar il-kapaċità l-ġdida tal-enerġija mir-riħ installata fil-Messiku fis-snin 2018–2020 u t-tbassir għas-snin 2021–2022 ippubblikat mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (86), li juru tnaqqis f’installazzjonijiet ġodda wara l-2019. Fl-aħħar nett, il-kumpanija affermat li l-Kummissjoni ma rrikonoxxietx l-effett dissważiv ta’ dawn il-miżuri governattivi.

(199)

Il-Kummissjoni tenniet is-sejbiet tagħha deskritti fil-Premessa (197). Il-Kummissjoni ma ddubitatx li xi wħud mill-miżuri setgħu skoraġġixxew jew impedixxew investimenti ġodda fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inklużi torrijiet tar-riħ, wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, sabiex tiddetermina l-ispejjeż SG&A mingħajr distorsjoni u l-parametru referenzjarju għal profitt mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni finanzjarja tal-2019 ta’ żewġ produtturi tal-SWT fil-Messiku. Il-Kummissjoni qieset li din l-informazzjoni kienet għadha ma ġietx affettwata mill-miżuri governattivi, minħabba li l-biċċa l-kbira tal-miżuri ġew implimentati biss fl-2020. Barra minn hekk, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar kif u sa liema punt il-miżuri governattivi inkwistjoni influwenzaw l-ispejjeż mingħajr distorsjoni u l-parametri referenzjarji tal-fatturi tal-produzzjoni. Fl-aħħar nett, kwalunkwe żvilupp fil-Messiku wara l-perjodu ta’ investigazzjoni kien irrilevanti għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat ir-rifjut ta’ din l-affermazzjoni.

3.2.2.5.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(200)

Wara li ġie stabbilit li l-Messiku kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, fuq il-bażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.2.6.   Konklużjoni

(201)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Messiku ssodisfa l-kriterji stipulati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(202)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard kompliet targumenta f’konformità mal-kummenti tagħha deskritti fil-Premessi (144) u (198) li l-Indja kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv adatt.

(203)

Minbarra l-fatt li l-Indja ma kinitx ikklassifikata bħala pajjiż b’introjtu medju superjuri mill-Bank Dinji, il-Kummissjoni qieset li l-kumpanija naqset milli tanalizza d-disponibbiltà u l-kwalità tad-data pubblika fl-Indja. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet li l-ebda wieħed mill-produtturi tal-SWT fl-Indja elenkati minn Chengxi Shipyard fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota (ara l-Premessa (151)) ma kellu rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, l-Indja, b’mod simili għat-Turkija, introduċiet l-LCR għal proġetti tal-enerġija mir-riħ fl-2019 (87), u dan irriżulta f’distorsjonijiet possibbli fil-produzzjoni tal-SWT.

3.2.2.7.   Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-ispejjeż mingħajr distorsjoni

(204)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

(205)

Fil-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel Nota, is-CCCME u Suzhou Titan sostnew li jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun miftuħa biex tuża sorsi oħrajn ta’ data disponibbli għall-pubbliku, bħall-prezz tal-bejgħ domestiku f’pajjiż terz jew prezzijiet internazzjonali oħrajn. F’dan ir-rigward, Chengxi Shipyard sostniet li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-istatistika Ċiniża dwar l-importazzjoni billi l-prezzijiet tal-fornituri ta’ pajjiżi terzi kienu inqas probabbli li jiġu distorti mill-politiki tal-GTĊ. Jekk le, jenħtieġ li tintuża l-istatistika dwar l-importazzjoni mill-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-pajjiż rappreżentattiv, minħabba li, skont il-parti, din kienet aktar affidabbli mill-informazzjoni minn proċessur ta’ terza persuna.

(206)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni nnotat li hija miftuħa li tuża sorsi oħrajn ta’ prezzijiet mingħajr distorsjoni, fejn l-istatistika dwar l-importazzjoni ma setgħetx tintuża bħala sors affidabbli ta’ parametri referenzjarji. Billi l-partijiet ma pprovdew l-ebda raġuni għaliex il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddevja mill-prattika tagħha li tuża l-istatistika dwar l-importazzjoni pprovduta minn Global Trade Atlas ("GTA"), l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

(207)

Fir-rigward tal-affermazzjoni li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-prezzijiet tal-importazzjoni fiċ-Ċina, il-Kummissjoni kkunsidrat fit-Tieni Nota li jekk id-distorsjonijiet sinifikanti fis-suq domestiku tar-RPĊ fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jiġu kkonfermati, l-istatistika dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni lejn ir-RPĊ ma kinitx indikatur aħjar mill-prezzijiet tal-importazzjoni f’pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Kien probabbli ħafna li l-importazzjonijiet fir-RPĊ – jekk ikunu disponibbli fi kwantitajiet sinifikanti – kienu jiġu affettwati wkoll mid-distorsjonijiet sinifikanti, minħabba li kienu jkunu f’kundizzjonijiet simili bħal dawk prevalenti fis-suq distort fiċ-Ċina.

(208)

Chengxi Shipyard ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li l-GTA kien inqas affidabbli mill-istatistika doganali uffiċjali ta’ pajjiż rappreżentattiv potenzjali. L-istatistika dwar l-importazzjoni pprovduta mill-GTA kienet ibbażata fuq l-istatistika doganali nazzjonali uffiċjali tad-diversi pajjiżi kkonċernati, li pprovdew id-data uffiċjali tagħhom lill-GTA fuq il-bażi tal-ftehimiet bilaterali tagħhom. Għadd ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom prattika li ilha teżisti li jużaw il-GTA biex jaċċessaw l-istatistika doganali u din il-bażi tad-data tintuża b’mod estensiv ukoll minn operaturi privati għal għadd ta’ skopijiet differenti u f’kuntesti differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset l-istatistika fil-GTA bħala affidabbli u rrifjutat dawk l-affermazzjonijiet.

(209)

Fil-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel Nota, is-CCCME, Chengxi Shipyard u Suzhou Titan innotaw li, fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-kodiċijiet tal-komoditajiet tal-fatturi tal-produzzjoni f’livell ta’ sitt ċifri. F’dan ir-rigward, Chengxi Shipyard sostniet li l-istatistika tal-importazzjoni bbażata fuq kodiċi b’6 ċifri kienet tinkludi materjali għajr il-fattur speċifiku tal-produzzjoni. Għalhekk, sabiex tittejjeb l-akkuratezza tad-data, il-partijiet issuġġerew li tintuża statistika dwar l-importazzjoni f’livell ogħla ta’ dettall tal-kodiċijiet applikabbli. Is-CCCME u Suzhou Titan sostnew ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża biss dik l-istatistika li tirrappreżenta l-importazzjonijiet ta’ preċiżament dawk it-tipi ta’ flanġijiet użati fil-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat. Is-CCCME tenniet il-kummenti tagħha dwar l-użu tal-istatistika dwar l-importazzjoni fil-livell tal-kodiċijiet b’6 ċifri fis-smigħ u fil-kummenti tagħha wara l-istadju proviżorju.

(210)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni nnotat li fl-istadji bikrija tal-investigazzjoni hija użat is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija f’livell ta’ 6 ċifri. Fi stadju aktar tard tal-investigazzjoni u fejn ikun prattikabbli, il-Kummissjoni użat kodiċijiet aktar speċifiċi fil-pajjiż rappreżentattiv li possibbilment jaqblu mal-inputs speċifiċi tal-esportaturi, kif muri fit-Tabella 1 hawn taħt.

(211)

Fil-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel Nota, is-CCCME u Suzhou Titan sostnew li l-prezzijiet tal-importazzjoni ma kinux jirriflettu l-prezzijiet domestiċi, minħabba li dawn setgħu ġew influwenzati mill-kwantità kkonsenjata u mid-distanza sal-pajjiż tal-oriġini. Din l-affermazzjoni ġiet ripetuta wkoll fil-kummenti mill-partijiet dwar it-Tieni Nota u fis-smigħ u fil-kummenti mis-CCCME wara l-istadju proviżorju. Is-CCCME, Chengxi Shipyard u Suzhou Titan affermaw ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni teskludi mill-kalkolu l-importazzjonijiet ta’ kwantitajiet żgħar bi prezzijiet għoljin ħafna. Barra minn hekk, Chengxi Shipyard sostniet li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma teskludix mill-kalkolu l-importazzjonijiet miċ-Ċina (lejn il-pajjiż rappreżentattiv) fejn il-kwantitajiet tal-importazzjoni ma kinux sinifikanti u saru bi prezzijiet simili għall-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi oħrajn ta’ oriġini u, b’hekk, ma kien hemm l-ebda distorsjoni.

(212)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet domestiċi f’pajjiż rappreżentattiv kienu influwenzati bl-istess mod mill-kwantità kkonsenjata u mid-distanza bejn il-fornitur u l-utent. Barra minn hekk, il-kwantità kkonsenjata ġiet riflessa fil-kalkolu tal-prezz mingħajr distorsjoni, hekk kif il-Kummissjoni kkalkolat medja ponderata. Dan kien ifisser ukoll li kwantitajiet żgħar importati bi prezzijiet għoljin ma kellhomx bżonn jiġu esklużi minħabba li ma influwenzawx il-prezz medju finali mingħajr distorsjoni. Id-distanza tqieset ukoll hekk kif il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-fruntiera tal-pajjiż rappreżentattiv (il-valur CIF) bħala punt tat-tluq. Il-prezzijiet CIF ġew aġġustati aktar għad-dazji tal-importazzjoni u għall-ispiża tat-trasport domestiku biex jiġi stabbilit prezz mingħajr distorsjoni ta’ fattur tal-produzzjoni fil-bieb tal-fabbrika. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li l-konklużjonijiet dwar id-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ ma kinux ibbażati fuq il-livell tal-prezz tal-importazzjoni tal-materjali li joriġinaw mir-RPĊ, iżda fuq l-eżistenza ta’ politiki governattivi li jfixklu s-suq. Konsegwentement, l-affermazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq mill-partijiet dwar il-kalkolu tal-prezzijiet mingħajr distorsjoni ġew irrifjutati.

(213)

Fl-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel Nota, is-CCCME u Suzhou Titan affermaw wkoll li fejn l-istatistika dwar l-importazzjoni kienet tinkludi trasport tal-merkanzija bil-baħar u assikurazzjoni, jenħtieġ li dawk l-ispejjeż jitnaqqsu, billi l-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun kisbu l-inputs tagħhom fis-suq domestiku u ma ġarrbux tali spejjeż. Is-CCCME tenniet din l-affermazzjoni fis-smigħ u fil-kummenti tagħha wara l-istadju proviżorju.

(214)

F’dan ir-rigward, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ċċarat li skont il-metodoloġija bbażata fuq l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, hija tissostitwixxi l-prezzijiet tal-inputs imħallsa mill-produtturi esportaturi bi prezzijiet rappreżentattivi disponibbli għall-pubbliku fil-pajjiż rappreżentattiv magħżul. Fil-każ ta’ fatturi ta’ produzzjoni li għalihom jintuża l-prezz tal-importazzjoni bħala indikatur, l-ispejjeż kollha sabiex il-materjal jinġieb mill-pajjiż tal-oriġini sal-bieb ta’ fabbrika fil-pajjiż rappreżentattiv kellhom jitqiesu li huma fl-istess livell ta’ kompetizzjoni bħal produtturi domestiċi oħrajn. B’hekk, l-inklużjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assikurazzjoni, u d-dazji tal-importazzjoni għal dik il-kwistjoni, kienet kruċjali għad-determinazzjoni ta’ prezz mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

(215)

Barra minn hekk, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA (88) biex tistabbilixxi l-ispiża mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, notevolment tal-materja prima u tal-prodotti sekondarji. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li hija se tuża l-informazzjoni ppubblikata mid-Dipartiment tal-Istatistika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILOSTAT”) u mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (Organisation for Economic Co-operation and Development, “OECD”) għall-ispejjeż mingħajr distorsjoni tax-xogħol (89), mis-CFE jew l-informazzjoni mill-intelliġenza tas-suq għall-ispiża mingħajr distorsjoni tal-elettriku (90), u mill-Comisión Reguladora de Energía (Comisión Reguladora de Energía, “CRE”) għall-ispiża mingħajr distorsjoni tal-gass naturali (91).

(216)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li billi l-ilma, il-fwar u l-arja kkompressata kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli fuq l-ispiża totali tal-produzzjoni (92), il-Kummissjoni ma kinitx se tfittex li tiddetermina l-prezzijiet mingħajr distorsjoni ta’ dawk is-sorsi tal-enerġija. Il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tiġbor flimkien dawk l-oġġetti negliġibbli taħt “oġġetti konsumabbli”.

(217)

Fil-kummenti dwar it-Tieni Nota, is-CCCME u Suzhou Titan sostnew li d-data dwar l-importazzjoni tal-Messiku kienet defiċjenti ħafna minħabba li kienet irrapportata fil-GTA f’valur frank abbord (“FOB”). Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tibni l-valur CIF bl-użu tal-koeffiċjent CIF għal FOB disponibbli fil-bażi tad-data tal-OECD dwar l-Ispejjeż Internazzjonali tat-Trasport u l-Assikurazzjoni tal-Kummerċ tal-Merkanzija (93) (“ITIC”). F’dan ir-rigward, is-CCCME, Chengxi Shipyard u Suzhou Titan ikkritikaw li l-Kummissjoni użat koeffiċjent medju uniku minn CIF għal FOB għall-fatturi kollha tal-produzzjoni u għall-pajjiżi tal-oriġini rilevanti kollha. Is-CCCME tenniet din l-affermazzjoni fis-smigħ u fil-kummenti tagħha wara l-istadju proviżorju.

(218)

Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-fatt li l-Messiku rreġistra u rrapporta l-istatistika tal-importazzjoni tiegħu fil-valur FOB ma għamilx id-data inqas affidabbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat sors indipendenti ta’ informazzjoni għall-konverżjoni tal-valuri tal-importazzjoni FOB f’valuri tal-importazzjoni CIF. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni mit-tliet partijiet interessati dwar l-użu ta’ koeffiċjent uniku minn CIF għal FOB u kkonkludiet li, tabilħaqq, kien aktar xieraq li ssir distinzjoni bejn il-koeffiċjent skont il-fattur tal-produzzjoni u l-pajjiż tal-oriġini. Fejn l-informazzjoni għal ċerti pajjiżi tal-oriġini ma kinitx disponibbli, il-Kummissjoni użat koeffiċjent medju rrapportat fil-bażi tad-data tal-OECD dwar l-ITIC għal dak il-fattur ta’ produzzjoni partikolari.

(219)

Fil-kummenti tagħhom dwar it-Tieni Nota, is-CCCME, Chengxi Shipyard u Suzhou Titan sostnew li l-Kummissjoni applikat b’mod skorrett dazju fuq l-importazzjoni ta’ 25 % għall-importazzjonijiet ta’ pjanċi tal-azzar li joriġinaw mill-Istati Uniti, hekk kif dan id-dazju ta’ ritaljazzjoni ma tkompliex qabel il-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-CCCME tenniet din l-affermazzjoni fis-smigħ u fil-kummenti tagħha wara l-istadju proviżorju.

(220)

Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni. Hija sabet li f’Ġunju 2018, il-Messiku impona dazju ta’ 25 % fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar, inklużi l-pjanċi tal-azzar, b’reazzjoni għat-tariffa tal-azzar u tal-aluminju skont it-Taqsima 232 tal-Istati Uniti (94). F’Mejju 2019, il-Messiku temm il-miżuri ta’ ritaljazzjoni (95) wara ftehim (96) milħuq mal-Istati Uniti dwar it-tariffi tal-azzar u tal-aluminju skont it-Taqsima 232. Sussegwentement, il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni u adattat id-dazju fuq l-importazzjoni użat fil-kalkolu tal-ispiża mingħajr distorsjoni tal-pjanċi tal-azzar kif xieraq.

(221)

Fis-sottomissjoni dwar it-Tieni Nota, Suzhou Titan u Chengxi Shipyard għamlu kummenti dwar il-kodiċi tal-komoditajiet li kellha l-ħsieb li tuża l-Kummissjoni biex tiddetermina l-ispejjeż mingħajr distorsjoni ta’ ċerti fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-pjanċi tal-azzar, iż-żebgħa, il-wajer tal-iwweldjar u l-boltijiet. Chengxi Shipyard sostniet li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża biss il-kodiċi tal-komoditajiet 8311 30 01 biex tistabbilixxi l-ispiża mingħajr distorsjoni tal-wajer tal-iwweldjar għall-iwweldjar bil-fjamma, billi dak il-kodiċi tal-komoditajiet biss kopra l-wajer tal-iwweldjar tal-ħadid u tal-azzar. Il-kumpanija sostniet ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni teskludi l-kodiċijiet tal-komoditajiet għall-boltijiet użati fl-inġenji tal-ajru u fil-vetturi bil-mutur, u l-boltijiet tal-azzar inossidabbli meta tiddetermina l-ispiża mingħajr distorsjoni tagħhom. Suzhou Titan talbet li l-Kummissjoni tapplika l-kodiċijiet tal-komoditajiet li jikkonċernaw pjanċi tal-azzar bi ħxuna ta’ aktar minn 10 mm (HS 7208 51) individwalment fuq il-bażi tal-grad tal-azzar tal-pjanċi li jintużaw mill-kumpanija. Bl-istess mod, il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tapplika ż-żewġ kodiċijiet tal-komoditajiet dwar iż-żebgħa b’ħafna żingu epossidiku (HS 3208 90 u 3209 90) individwalment skont it-tip attwali ta’ żebgħa użata mill-kumpanija.

(222)

Il-Kummissjoni sabet li kien tabilħaqq aktar xieraq li jiġi eskluż il-wajer tal-iwweldjar magħmul minn metalli għajr ħadid jew azzar mill-kodiċijiet tal-komoditajiet użati għad-determinazzjoni tal-ispiża mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat dan il-prinċipju mhux biss għall-wajer tal-iwweldjar għall-iwweldjar bil-fjamma (HS 8311 30) iżda wkoll għall-wajer tal-iwweldjar għall-iwweldjar bl-ark elettriku (HS 8311 20). Bl-istess mod, il-Kummissjoni eskludiet il-boltijiet użati fl-inġenji tal-ajru u fil-vetturi bil-mutur, kif ukoll il-boltijiet tal-azzar inossidabbli mill-kodiċijiet tal-komoditajiet użati biex jiġi stabbilit l-ispiża mingħajr distorsjoni tal-boltijiet.

(223)

Fir-rigward tal-kodiċijiet tal-komoditajiet ikkunsidrati għall-kalkolu tal-ispiża mingħajr distorsjoni tal-pjanċi tal-azzar bi ħxuna ta’ aktar minn 10 mm, il-Kummissjoni nnotat li ż-żewġ kodiċijiet tal-komoditajiet komplew jiddistingwu tali pjanċi mill-grad tal-azzar użat. Madankollu, il-gradi tal-azzar imsemmija fil-kodiċijiet tal-komoditajiet segwew standards mhux użati fl-Unjoni. Madankollu, il-kumpanija rrapportat il-grad tal-azzar tal-pjanċi tal-azzar skont l-istandards applikabbli fl-Unjoni. Il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar liema gradi tal-azzar elenkati fil-kodiċijiet tal-komoditajiet kienu jikkorrispondu għall-gradi tal-azzar użati mill-kumpanija.

(224)

Fir-rigward taż-żebgħa b’ħafna żingu epossidiku, il-Kummissjoni sabet li l-kumpanija pprovdiet biżżejjed evidenza li tappoġġa t-talba tagħha biex tapplika biss wieħed mill-kodiċijiet tal-komoditajiet għal tali żebgħa fil-kostruzzjoni tal-valur normali tal-kumpanija.

(225)

Konsegwentement, il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjonijiet dwar il-kodiċijiet tal-komoditajiet għall-wajers tal-iwweldjar, il-boltijiet, u ż-żebgħa b’ħafna żingu epossidiku, iżda rrifjutat l-affermazzjoni dwar il-kodiċijiet tal-komoditajiet għall-pjanċa tal-azzar bi ħxuna ta’ aktar minn 10 mm. Fejn xieraq, il-Kummissjoni llimitat il-kodiċijiet tal-komoditajiet użati fil-kalkolu tal-ispiża mingħajr distorsjoni ta’ ċerti fatturi ta’ produzzjoni għal dawk identifikati mill-partijiet.

(226)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard sostniet li l-Kummissjoni użat kodiċijiet ta’ komoditajiet skorretti fir-rigward ta’ żewġ fatturi tal-produzzjoni. Il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni biddlet il-kodiċi HS użat biex tistabbilixxi l-ispiża mingħajr distorsjoni ta’ dawk iż-żewġ fatturi ta’ produzzjoni mingħajr ma informat lill-kumpanija: il-Kummissjoni użat il-kodiċi HS 7308 90 (97) minflok il-kodiċi HS 7326 90 (98) irrapportat mill-kumpanija.

(227)

Matul il-kontroverifika mill-bogħod, il-Kummissjoni ddiskutiet mal-kumpanija l-kodiċi HS propost mill-kumpanija għal fattur ta’ produzzjoni simili għaż-żewġ fatturi ta’ produzzjoni inkwistjoni. Il-kumpanija qablet li jkun aktar xieraq li jintuża l-kodiċi HS 7308 90, minħabba li dak il-fattur ta’ produzzjoni kien jikkonċerna l-istrutturi tal-azzar (99). Fuq il-bażi ta’ din id-diskussjoni mal-kumpanija u d-dettalji tad-deskrizzjoni tal-materjal ipprovduta mill-kumpanija matul il-kontroverifika mill-bogħod, il-Kummissjoni qieset li huwa aktar xieraq li jintuża kodiċi tal-komoditajiet li jkopri l-istrutturi tal-azzar u partijiet mill-istrutturi tal-azzar biex jiġi stabbilit l-ispiża mingħajr distorsjoni taż-żewġ fatturi ta’ produzzjoni inkwistjoni milli biex jintuża l-kodiċi HS irrapportat mill-kumpanija. Il-kumpanija ġiet informata dwar din id-deċiżjoni fid-dikjarazzjoni finali. Barra minn hekk, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda raġunament għaliex il-kodiċi HS irrapportat ikun aktar preċiż mill-kodiċi HS ikkoreġut. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

(228)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Suzhou Titan fakkret li l-Kummissjoni rrifjutat l-ispiża rrapportata ta’ għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni fid-dikjarazzjoni speċifika għall-kumpanija, li l-kumpanija affermat li ma kinux soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti minħabba li kienu importati. Ir-raġunijiet għar-rifjut tal-Kummissjoni kienu tnejn: (1) il-kumpanija pprovdiet evidenza ta’ sostenn għal għadd limitat biss tat-tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni rispettivi u (2) il-materja prima importata ma ntużatx fil-proġetti esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni ma talbitx evidenza għat-tranżazzjonijiet kollha tal-importazzjoni. Barra minn hekk, hija tenniet il-metodoloġija tagħha użata biex talloka l-ispiża tal-produzzjoni għal kull tip ta’ prodott, li ġiet aċċettata mill-Kummissjoni matul l-RCC, kif ukoll li l-Kummissjoni setgħet tirrikonċilja l-ispiża tal-produzzjoni mal-kontabilità tal-kumpanija (bilanċ ta’ tqabbil preliminari). Għalhekk, skont il-kumpanija, il-Kummissjoni kellha taċċetta l-allokazzjoni tal-ispejjeż attwali tal-fatturi ta’ produzzjoni importati għal proġetti kkonsenjati lejn l-Unjoni.

(229)

Il-Kummissjoni ma talbitx dokumenti ta’ sostenn għal aktar tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni, minħabba li kien ċar mill-informazzjoni sottomessa mill-kumpanija dwar ix-xiri ta’ materja prima (100) li l-materjali importati ma ntużawx fil-proġetti kkonsenjati lejn l-Unjoni matul il-PI. Dan kien partikolarment rilevanti għal din l-investigazzjoni fejn il-produtturi esportaturi xtraw id-diversi inputs għal kull proġett individwalment f’konformità mat-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-klijent. Il-Kummissjoni aċċettat il-metodu ta’ allokazzjoni tal-kumpanija, billi hija pprovdiet stampa preċiża biżżejjed tat-tipi ta’ materja prima u l-kwantitajiet tagħhom użati għal kull tip ta’ prodott. Madankollu, hija ma setgħetx tinjora li l-materjali allegatament mhux distorti ma ntużawx fit-tipi ta’ prodotti esportati lejn l-Unjoni. Il-fatt li l-Kummissjoni rrikonċiljat l-ispiża totali tal-produzzjoni mal-kontabilità finanzjarja tal-kumpanija huwa, f’dan il-każ, irrilevanti, billi l-kontabilità finanzjarja, speċjalment il-bilanċ ta’ tqabbil preliminari, ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar l-ispiża tal-produzzjoni għal kull tip ta’ prodott. Sussegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

3.2.3.   Spejjeż u parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.2.3.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(230)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul l-RCCs, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Il-fatturi ta’ produzzjoni tat-torrijiet tar-riħ tal-azzar

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Komoditajiet fil-Messiku

Valur mingħajr distorsjoni (CNY)

Unità ta’ kejl

Materja prima

Pjanċi tal-azzar bi ħxuna ta’ aktar minn 10 mm

Prodotti rromblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, illaminati bis-sħana, mhux miksija, indurati jew mgħottija; oħrajn, mhux f’koljaturi, mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana; Bi ħxuna ta’ aktar minn 10 mm;

Bi ħxuna ta’ aktar minn 10 mm, għajr dawk tas-subintestaturi 7208 51 02 u 7208 51 03 ;

Folji u pjanċi tal-azzar bi ħxuna ta’ aktar minn 10 mm, tal-grad SHT-80, SHT-110, AR-400, SMM-400 jew A-516

7208 51 01

7208 51 02

6,54

KG

Pjanċi tal-azzar bi ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 10 mm

Prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, illaminati bis-sħana, mhux miksija, indurati jew mgħottija; Oħrajn, mhux f’koljaturi, mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana; Bi ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 10 mm

7208 52 01

6,44

KG

Pjanċi tal-azzar bi ħxuna ta’ inqas minn 3 mm

Prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, illaminati bis-sħana, mhux miksija, indurati jew mgħottija; Oħrajn, f’koljaturi, mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana, imnaddfin; Bi ħxuna ta’ inqas minn 3 mm

7208 27 01

6,36

KG

Flanġijiet

Oġġetti tal-ħadid jew tal-azzar; Tagħmir ta’ tubi jew pajpijiet (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves), tal-ħadid jew tal-azzar; Oħrajn; Flanġijiet

7307 91 01

52,93

KG

Żebgħa b’ħafna żingu epossidiku, imxerrda jew maħlula f’mezz mhux milwiem

3208 90 99

50,49

KG

Żebgħa b’ħafna żingu epossidiku, imxerrda jew maħlula f’mezz milwiem

3209 90 99

22,53

KG

Żebgħa tal-poliuretan

Żebgħa u verniċ (inklużi enamel u laker) ibbażati fuq polimeri sintetiċi jew polimeri naturali modifikati kimikament, imxerrdin jew maħlula f’mezz mhux milwiem; Ibbażati fuq polimeri akriliċi jew tal-vinil

3208 20 01

71,77

KG

Żebgħa tal-poliuretan

Żebgħa u verniċ (inklużi enamel u laker) ibbażati fuq polimeri sintetiċi jew polimeri naturali modifikati kimikament, imxerrdin jew maħlula f’mezz mhux milwiem; Ibbażati fuq poliesteri

3208 10 01

39,70

KG

Thinner taż-żebgħa

Solventi u thinners organiċi komposti, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor; sustanzi li jneħħu ż-żebgħa jew il-verniċ ippreparati (thinner taż-żebgħa)

3814 00 01

17,55

KG

Wajer tal-iwweldjar għall-iwweldjar bil-fjamma

Wajer, vireg, tubi, pjanċi, elettrodi u prodotti simili, ta’ metall komuni jew ta’ karburi ta’ metall, miksijin jew bil-qalba b’materjal li jgħin fit-tidwib (flux), ta’ tip użat għall-istannjar, l-ibbrejżjar, l-iwweldjar jew id-depożizzjoni ta’ metall jew ta’ karburi ta’ metall; wajer u vireg, ta’ trab agglomerat ta’ metall komuni, użat għal sprejjar ta’ metall; Vireg miksijin u wajer bil-qalba, ta’ metall komuni, għall-istannjar, l-ibbrejżjar jew l-iwweldjar bi fjamma; Tal-ħadid, minbarra tal-ħadid fondut, jew tal-azzar

8311 30 01

131,54

KG

Wajer tal-iwweldjar għall-iwweldjar bl-ark elettriku

Wajer, vireg, tubi, pjanċi, elettrodi u prodotti simili, ta’ metall komuni jew ta’ karburi ta’ metall, miksijin jew bil-qalba b’materjal li jgħin fit-tidwib (flux), ta’ tip użat għall-istannjar, l-ibbrejżjar, l-iwweldjar jew id-depożizzjoni ta’ metall jew ta’ karburi ta’ metall; wajer u vireg, ta’ trab agglomerat ta’ metall komuni, użat għal sprejjar ta’ metall; Wajer bil-qalba ta’ metall komuni, għal iwweldjar bl-ark elettriku; Tal-azzar

8311 20 04

25,45

KG

Il-fluss tal-Iwweldjar/tal-Istannjar

Flussi u Preparazzjonijiet Awżiljarji Oħrajn għall-Istannjar, l-Issaldjar jew l-Iwweldjar, il-Qalba jew il-Kisjiet Ippreparati bin-Nesoi għall-Iwweldjar tal-Elettrodi jew tal-Vireg

Flussi tal-iwweldjar, użati fil-proċess tal-ark mgħaddas, fil-forma ta’ granuli jew gerbub, fuq il-bażi tas-silikat u tal-ossidi metalliċi;

Oħrajn

3810 90 01

3810 90 99

25,45

KG

Sellum tal-aluminju

Strutturi tal-aluminju (minbarra bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u partijiet ta’ strutturi (pereżempju, pontijiet u sezzjonijiet ta’ pontijiet, torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għat-tisqif, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u l-għetiebi għal bibien, balavostri, pilastri u kolonni); pjanċi, vireg, profili, tubi u oġġetti simili tal-aluminju, ippreparati għall-użu fi strutturi; Oħrajn

7610 90 99

81,50

KG

Gwarniċi tal-bibien

Bibien, Twieqi u Gwarniċi u Għetiebi għall-Bibien, tal-Ħadid jew tal-Azzar

Bibien, Twieqi u l-Gwarniċi tagħhom;

Oħrajn

7308 30 01

7308 30 99

30,09

KG

Gradilja tal-azzar

Gradilji, Xbieki u Ċnut Oħrajn Iwweldjati fl-Intersezzjoni ta’ Azzar Galvanizzat

7314 31 01

19,42

KG

Apparat kontra l-waqgħat

Muntaturi, Fittings u Oġġetti Simili, u Partijiet Tagħhom, ta’ Metall Komuni; Oħrajn

8302 49 99

82,56

KG

Diversi partijiet tal-azzar

Strutturi (minbarra bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u partijiet ta’ strutturi (pereżempju, pontijiet u sezzjonijiet ta’ pontijiet, xtiebi li jissakkru (‘lock-gates’), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għat-tisqif, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u l-għetiebi għal bibien, xaters, balavostri, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, sezzjonijiet, tubi u l-bqija, ippreparati għall-użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar; Oħrajn; Oħrajn

7308 90 99

22,19

KG

Cables elettriċi għal vultaġġ ta’ aktar minn 1 000  V

Wajer iżolat (inkluż dak enamelizzat jew anodizzat), cable (inkluż cable koassjali) u kondutturi elettriċi iżolati oħrajn, kemm jekk mgħammra b’konnetturi kif ukoll jekk le; cables tal-fibra ottika, magħmula minn fibri inforrati individwalment, kemm jekk immuntati b’kondutturi elettriċi jew mgħammra b’konnetturi kif ukoll jekk le; Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ ta’ aktar minn 1 000  V

Tar-ram, tal-aluminju jew il-ligi tagħhom;

Oħrajn

8544 60 01

8544 60 99

57,80

KG

Cables elettriċi għal vultaġġ ta’ mhux aktar minn 1 000  V

Wajer iżolat (inkluż dak enamelizzat jew anodizzat), cable (inkluż cable koassjali) u kondutturi elettriċi iżolati oħrajn, kemm jekk mgħammra b’konnetturi kif ukoll jekk le; cables tal-fibra ottika, magħmula minn fibri inforrati individwalment, kemm jekk immuntati b’kondutturi elettriċi jew mgħammra b’konnetturi kif ukoll jekk le; Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ ta’ mhux aktar minn 1 000  V; Oħrajn

8544 49 01

8544 49 02

8544 49 03

8544 49 04

8544 49 05

8544 49 06

8544 49 99

47,29

KG

Viti u boltijiet

Viti, boltijiet, skorfini, coach screws (viti b’ras eżagonali biex jiddawru bi spanner), ganċijiet bil-kamin, rivits, kavilji, ċavi, woxers (inklużi woxers molla) u oġġetti simili, tal-ħadid jew tal-azzar; Viti u boltijiet oħrajn, kemm jekk bl-iskorfini jew bil-woxers tagħhom (ħlief dawk użati fl-inġenji tal-ajru u fil-karozzi, u dawk magħmula minn azzar inossidabbli) kif ukoll jekk le

7318 15 02

7318 15 04

7318 15 05

7318 15 06

7318 15 07

7318 15 08

7318 15 09

28,84

KG

Diversi strutturi tal-azzar

Strutturi (minbarra bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u partijiet ta’ strutturi (pereżempju, pontijiet u sezzjonijiet ta’ pontijiet, xtiebi li jissakkru (‘lock-gates’), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għat-tisqif, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u l-għetiebi għal bibien, xaters, balavostri, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, sezzjonijiet, tubi u l-bqija, ippreparati għall-użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar; Oħrajn;

Poġġamani; gallariji; taraġ;

Strutturi mhux immuntati jew żarmati li jikkonsistu f’oqfsa, arbli u l-pjanċi tal-bażi tagħhom, brackets, bordijiet ta’ konnessjoni, vireg taċ-ċineg u struts għall-immuntar tagħhom, kemm jekk bl-iskorfini u b’partijiet oħrajn, kif ukoll jekk le;

Oħrajn

7308 90 01

7308 90 02

7308 90 99

20,91

KG

Prodott sekondarju

Ruttam tal-azzar fil-forma ta’ turnjatura u ċana

Skart u ruttam tal-ħadid; tidwib mill-ġdid ta’ ingotti tal-ħadid jew tal-azzar; Skart u ruttam oħrajn; Turnjatura, ċana, laqx, skart tat-tħin, serratura, trab tal-illimar u skart tal-pressa, kemm jekk f’qatet kif ukoll jekk le

7204 41 01

2,02

KG

Enerġija

Elettriku

m/a

0,98

kWh

Gass naturali

m/a

0,71

M3

Diossidu tal-karbonju

2811 21 01

2811 21 02

1,35

KG

Ossiġenu

2804 40 01

1,29

1,70

KG

M3

Manodopera

Manodopera

m/a

16,25

Sigħat

(231)

Fid-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni inkludiet valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex jiġu koperti l-ispejjeż mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-Taqsima 3.2.3.2.

Materja prima, prodotti sekondarji u ċerti tipi ta’ enerġija

(232)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, tal-prodotti sekondarji, u ta’ ċerti tipi ta’ enerġija (id-diossidu tal-karbonju u l-ossiġenu) kif ikkonsenjati fil-bieb ta’ produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezzijiet tal-importazzjoni lejn il-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportati fil-GTA, li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni. Sabiex wieħed jasal għal valur fil-bieb tal-fabbrika fil-pajjiż rappreżentattiv, il-medja ponderata ta’ tali valur tal-importazzjoni bid-dazju mħallas għal kull fattur tal-produzzjoni żdiedet bl-ispejjeż tat-trasport domestiku. Kif imsemmi fil-Premessi (217) u (218), il-Messiku jirreġistra l-istatistika tal-importazzjoni tiegħu fil-valur FOB. Għalhekk, f’dan il-każ, żdiedu wkoll it-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assikurazzjoni mal-prezz tal-importazzjoni ddeterminat mill-GTA qabel ma d-dazji tal-importazzjoni setgħu jiġu riflessi fil-parametri referenzjarji.

(233)

Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, minbarra r-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO u li huma elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (101) Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, minħabba li hija kkonkludiet fil-Premessa (135) li ma kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u spejjeż domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Bl-eċċezzjoni tal-inputs imsemmija fil-Premessa (234), l-esklużjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u ta’ xi Membri mhux tad-WTO ma kellhiex impatt sinifikanti, minħabba li l-importazzjonijiet li jifdal xorta kienu jirrappreżentaw bejn 60 % u 100 % tal-volumi totali tal-importazzjonijiet lejn il-pajjiż rappreżentattiv.

(234)

Matul il-PI, il-Messiku importa kwantitajiet kbar ta’ ċerti materja prima (sellum tal-aluminju, flanġijiet, wajer tal-iwweldjar u boltijiet) mir-RPĊ u / jew minn pajjiżi mhux membri tad-WTO. Dawn l-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw bejn 45 % u 90 % tal-importazzjonijiet totali tal-erba’ fatturi ta’ produzzjoni. Billi ma kien hemm l-ebda indikazzjoni fil-fajl li l-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi għajr ir-RPĊ ma kinux jikkostitwixxu parametru referenzjarju xieraq, u fin-nuqqas ta’ kummenti mill-partijiet interessati dwar dan il-punt, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn jistgħu jintużaw bħala parametru referenzjarju għall-ispiża mingħajr distorsjoni ta’ dik il-materja prima.

(235)

Għal għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni, l-ispejjeż effettivi mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-ispiża totali tal-produzzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi l-valur użat għal dik il-materja prima ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġini tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawn l-ispejjeż f’oġġetti konsumabbli kif spjegat fil-Premessa (239).

(236)

Fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assikurazzjoni, il-Kummissjoni użat il-bażi tad-data tal-ITIC tal-OECD biex tiddetermina l-valur tagħhom. Il-Kummissjoni użat il-koeffiċjent CIF għal FOB applikabbli għal kull kombinazzjoni individwali ta’ fattur ta’ produzzjoni kif definit mill-kodiċi HS tagħhom f’livell ta’ erba' ċifri, l-ogħla livell ta’ dettall disponibbli, u pajjiż ta’ oriġini. Ġew ikkunsidrati l-valuri rrapportati fil-bażi tad-data għall-2016, l-aktar sena reċenti disponibbli. Meta ma kien disponibbli l-ebda koeffiċjent għal ċertu pajjiż ta’ oriġini, il-Kummissjoni użat koeffiċjent medju ddeterminat għall-fattur ta’ produzzjoni partikolari.

(237)

Fir-rigward tad-dazji fuq l-importazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-Messiku importa materja prima rilevanti minn aktar minn 50 pajjiż b’livell differenti ta’ rati tad-dazju fuq l-importazzjoni. Il-Kummissjoni żiedet mal-valur CIF id-dazji fuq l-importazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet tal-materja prima kollha ttrattati bħala fatturi ta’ produzzjoni individwali, filwaqt li qieset il-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

(238)

Il-Kummissjoni esprimiet l-ispiża tat-trasport domestiku mġarrab minn kull produttur esportatur li kkoopera inkluż fil-kampjun għax-xiri tal-materja prima bħala perċentwali tal-ispiża attwali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwali għall-ispiża mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima biex tinkiseb l-ispiża mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-ispejjeż tat-trasport domestiku rrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-ispejjeż mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta din tiġi kkonsenjata lejn il-fabbrika fil-pajjiż rappreżentattiv.

Oġġetti konsumabbli

(239)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun irrapportaw l-użu ta’ madwar 120 tip differenti ta’ materja prima u ta’ enerġija fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. L-investigazzjoni wriet li l-maġġoranza ta’ dawn il-fatturi ta’ produzzjoni kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli fuq l-ispiża totali tal-produzzjoni, kif ukoll għal kull tip ta’ prodott. Il-Kummissjoni ġabret flimkien dawk il-fatturi ta’ produzzjoni taħt oġġetti konsumabbli. L-ispiża effettivament imġarraba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun ġiet espressa bħala perċentwali tal-ispiża attwali tal-materjali diretti u l-perċentwali ġie applikat għall-ispiża mingħajr distorsjoni tal-materjali diretti.

Manodopera

(240)

L-ILOSTAT (102) jippubblika informazzjoni dwar il-pagi ta’ kull xahar u l-medja tal-ħinijiet tax-xogħol ta’ kull ġimgħa f’setturi ta’ attività ekonomika, inter alia, fil-Messiku. Il-Kummissjoni użat dik l-informazzjoni tal-2019 biex tiddetermina l-paga medja fis-siegħa fis-settur tal-manifattura. Biex waslet għall-ispiża totali tal-manodopera, il-Kummissjoni straħet fuq id-data ppubblikata mill-OECD f’‘Taxing Wages 2020’ (103), li kopriet il-perjodu tal-2019. Mal-paga fis-siegħa fil-manifattura, il-Kummissjoni żiedet il-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-assikurazzjoni tal-mard u tal-maternità, għas-servizzi soċjali, għall-assikurazzjoni għall-korrimenti, għall-assikurazzjoni tal-irtirar, għall-assikurazzjoni tar-rilaxx u tal-irtirar, u għall-fond tal-akkomodazzjoni.

Elettriku

(241)

Kif spjegat fil-Premessa (182), il-Kummissjoni sabet li ma kien hemm l-ebda evidenza li l-prezz tal-elettriku fil-Messiku kien distort minn intervent tal-gvern. Għalhekk, l-ispiża mingħajr distorsjoni tal-elettriku kienet ibbażata fuq l-informazzjoni mill-Messiku.

(242)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet li hija kellha l-ħsieb li tuża t-tariffi tal-elettriku applikabbli għall-utenti industrijali kif ippubblikati mis-CFE (104). Is-CFE ppubblikat it-tariffi tal-elettriku applikabbli għal diversi tipi ta’ negozji u ta’ utenti industrijali skont ix-xahar u skont il-muniċipalità. Fid-dawl tal-ammont kbir ta’ data li jkun meħtieġ li tiġi pproċessata, kif ukoll is-sehem insinifikanti ta’ elettriku fuq l-ispiża tal-produzzjoni (madwar 1 %), il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża fuq il-prezz medju tal-elettriku fil-Messiku stabbilit fl-istħarriġ Doing Business mill-Bank Dinji għall-2019 u l-2020 (105).

(243)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard u Suzhou Titan sostnew li l-istħarriġ Doing Business ma kienx sors xieraq għall-ispiża mingħajr distorsjoni tal-elettriku u li l-Kummissjoni kellha tuża t-tariffi mitluba mis-CFE għad-Domanda Industrijali fit-Trażmissjoni u għad-Domanda Industrijali fis-Sottotrażmissjoni minflok. B’mod partikolari, il-kumpaniji rrimarkaw li l-metodoloġija użata mill-istħarriġ Doing Business ma kinitx tirrifletti l-kundizzjonijiet li taħthom il-produtturi tal-SWT jużaw l-elettriku. It-tariffa kkalkolata mill-istħarriġ Doing Business kienet applikabbli għal maħżen li jinsab fl-akbar belt kummerċjali tal-pajjiż, li tqabbad mal-grilja għall-ewwel darba u li jopera tmien sigħat kuljum f’erja tas-superfiċje ta’ madwar 2 200 m2 (bini u art) b’konsum ta’ kull xahar ferm iżgħar minn dak tal-produtturi Ċiniżi tal-SWT. Min-naħa l-oħra, skont Chengxi Shipyard, il-produtturi tal-SWT spiss kienu jinsabu f’żoni industrijali suburbani, kellhom faċilitajiet ta’ produzzjoni fuq skala kbira, u komplew joperaw kontinwament. Barra minn hekk, Suzhou Titan ipprovdiet kalkolu tal-ispiża mingħajr distorsjoni tal-elettriku bbażat fuq żewġ tariffi (id-Domanda Industrijali fit-Trażmissjoni u d-Domanda Industrijali fis-Sottotrażmissjoni) mitluba mis-CFE fil-muniċipalitajiet fejn kienu jinsabu l-produtturi Messikani tal-SWT.

(244)

Il-Kummissjoni nnotat li s-CFE użat 13-il tariffa differenti għall-klijenti industrijali tagħha. Għalkemm xi wħud minn dawk it-tariffi jistgħu jiġu skartati faċilment, bħat-tariffi għall-kumpaniji attivi fl-agrikoltura jew fl-akkwakultura, għad fadal ħafna aktar x’jiġi kkunsidrat. Il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma pprovdew l-ebda evidenza li tagħmilha possibbli li jiġi ddeterminat liema tariffa kellha tintuża. Il-parametru referenzjarju ppubblikat mill-istħarriġ Doing Business kien applikabbli għal mudell ta’ klijent industrijali. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-parametru referenzjarju kien raġonevoli, għalkemm il-mudell tan-negozju użat mill-istħarriġ Doing Business ma kienx jopera taħt l-istess kundizzjonijiet eżatti bħal dawk tal-produtturi Ċiniżi tal-SWT. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

Gass naturali

(245)

Il-prezz tal-gass naturali fil-Messiku fil-perjodu ta’ investigazzjoni kien disponibbli fil-bażi tad-data statistika online miżmuma mir-regolatur tal-enerġija CRE (106). Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet irrapportati għax-xhur kollha li jkopru l-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet ġew irrapportati għal kull gigajoule. Għalhekk, kienet meħtieġa konverżjoni għal metri kubiċi. Sabiex tiddetermina l-proporzjon ta’ konverżjoni, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni ppubblikata online mid-distributur Kanadiż tal-gass naturali Forbis BC (107).

3.2.3.2.   Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(246)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali kostruwit għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-ispejjeż amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-ispejjeż mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq.

(247)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew stabbiliti individwalment għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura rrapportati mill-kumpaniji ġew espressi bħala sehem mill-ispejjeż tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwali ġie applikat għall-ispejjeż mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(248)

Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għal SG&A u profitt, il-Kummissjoni straħet fuq l-informazzjoni finanzjarja ta’ żewġ produtturi tal-SWT fil-Messiku. Fir-rigward ta’ Arcosa Industries de México, S. de R.L. de C.V., il-Kummissjoni użat ir-rapporti finanzjarji inklużi fir-rapport annwali kkonsolidat tal-2019, b’mod partikolari d-data rrapportata għas-segment tal-EEG (108). Fir-rigward ta’ Speco Wind Power, S.A. de C.V., il-Kummissjoni użat l-informazzjoni finanzjarja individwali għall-2019 kif tinsab f’D&B Global Financials (109).

(249)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard affermat li l-Kummissjoni ma kellhiex tinjora l-SG&A tagħha, minħabba li ma kienx ipprovat li dawn kienu distorti. Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li jekk ir-rapporti finanzjarji ta’ Arcosa jibqgħu jintużaw, il-valuri tal-entrati tal-ispejjeż rispettivi u tal-profitt jenħtieġ li jitnaqqsu għal 75 %, minħabba li dak kien is-sehem ta’ SWT u s-subsegment tal-istrutturi ta’ utilità fid-dħul tal-grupp tal-EEG.

(250)

Fil-Premessa (88), il-Kummissjoni għamlet konklużjonijiet dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li għamlu l-użu tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku xieraq. Is-sejbiet saru mhux biss fir-rigward tal-materja prima użata fil-produzzjoni tal-SWT, iżda wkoll fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat u ta’ kwistjonijiet orizzontali komuni għas-setturi kollha tal-ekonomija Ċiniża. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li l-SG&A u l-profitt tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jiġu sostitwiti b’parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-aġġustament tal-informazzjoni finanzjarja ta’ Arcosa għal-livell iġġenerat mis-subsegment, li kien l-eqreb tal-prodott li qed jiġi investigat, kien impossibbli li jitwettaq minħabba li l-informazzjoni finanzjarja ta’ Arcosa pprovdiet biss informazzjoni dwar is-sehem tas-subsegment tal-SWT u tal-istrutturi ta’ utilità fid-dħul tal-grupp tal-EEG, iżda mhux fi-ispejjeż tal-oġġetti mibjugħa u spejjeż indiretti oħrajn, li ddaħħlu fl-SG&A. Konsegwentement, l-affermazzjonijiet ta’ Chengxi Shipyard ġew irrifjutati.

(251)

Chengxi Shipyard sostniet ukoll li skont il-prattiki kontabilistiċi tagħha, hija inkludiet fl-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ċerti entrati ta’ spejjeż, li jenħtieġ li jaqgħu taħt l-SG&A. Il-kumpanija pprovdiet lista ta’ dawk l-entrati ta’ spejjeż u talbet lill-Kummissjoni teskludihom mill-ispejjeż ġenerali tal-manifattura rrapportati biex tipprevjeni għadd doppju ta’ dawk l-entrati ta’ spejjeż, billi dawn kienu allegatament inklużi fil-parametru referenzjarju tal-SG&A.

(252)

Il-Kummissjoni nnotat li l-kumpanija nnifisha rrapportat l-entrati tal-ispejjeż inkwistjoni taħt l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura matul l-investigazzjoni kollha (fit-tweġiba inizjali tagħha għall-kwestjonarju, fit-tweġiba għan-nuqqas u f’verżjoni riveduta tad-data sottomessa matul il-kontroverifika mill-bogħod). Hija talbet biss li ċerti entrati tal-ispejjeż jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u jiġu mċaqilqa għall-SG&A fil-kummenti tagħha dwar id-dikjarazzjoni finali. Barra minn hekk, fl-informazzjoni ppreżentata dwar il-profitt u t-telf (110), li kienet parti mit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-kumpanija rrapportat separatament l-SG&A magħmula minn entrati ta’ spejjeż minbarra dawk inklużi fl-ispejjeż ġenerali tal-manifattura tagħha. Aktar importanti minn hekk, id-diviżjoni tal-ispejjeż bejn l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u l-SG&A rrapportati mill-kumpanija matul l-investigazzjoni kollha kienet konformi mal-kontabilità finanzjarja tagħha, fejn l-entrati tal-ispejjeż inkwistjoni ġew irreġistrati fil-kontijiet tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

(253)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Suzhou Titan affermat li l-Kummissjoni interpretat ħażin jekk l-entrati individwali tal-SG&A fl-informazzjoni finanzjarja ta’ Speco kinux jikkonċernaw l-introjtu jew l-ispiża, li rriżultaw f’SG&A minfuħa. Skont il-kumpanija, l-SG&A kellhom jammontaw għal madwar 15-il miljun MXN minflok it-42 miljun MXN ikkalkolati mill-Kummissjoni.

(254)

Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni u kkonfermat li l-valur tal-SG&A ġie kkalkolat b’mod korrett. Il-valur tal-SG&A jista’ jiġi kontrovverifikat faċilment billi jitqabbel il-profitt gross (madwar 105 miljuni MXN) mal-profitt qabel it-taxxi (madwar 63 miljun MXN). Id-differenza bejniethom (42 miljun MXN, mhux 15-il miljun MXN) kienet tirrappreżenta l-valur tal-SG&A. B’hekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

3.2.4.   Il-kalkolu

(255)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(256)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet l-ispejjeż mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum attwali tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni ta’ kull produttur esportatur li kkoopera inkluż fil-kampjun. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-kwantitajiet tal-konsum unitarju bl-ispejjeż mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.2.3 hawn fuq.

(257)

Ladarba ġiet stabbilita l-ispiża mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt kif innotat fil-Premessi minn (246) sa (248).

(258)

Il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun, kif spjegat fil-Premessa (247), fil-medda ta’ bejn 3 % u 10 % tal-ispejjeż tal-manifattura għall-ispiża mingħajr distorsjoni tal-manifattura biex jintlaħqu l-ispejjeż mingħajr distorsjoni tal-produzzjoni.

(259)

Għall-ispejjeż tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt iddeterminati fuq il-bażi tal-informazzjoni finanzjarja taż-żewġ produtturi tal-SWT fil-Messiku. L-SG&A medji ponderati espressi bħala perċentwali tal-ispejjeż tal-prodotti mibjugħa (‘costs of goods sold’ - COGS) u applikati għall-ispejjeż mingħajr distorsjoni tal-produzzjoni kienu jammontaw għal 13,6 %. Il-profitt medju ponderat espress bħala perċentwali tal-COGS u applikat għall-ispejjeż mingħajr distorsjoni tal-produzzjoni kien jammonta għal 10,8 %.

(260)

Fl-aħħar nett, fejn applikabbli, il-Kummissjoni naqqset il-valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-kwantitajiet ta’ prodott sekondarju ġġenerat għal kull unità tal-prodott li qed jiġi investigat bil-prezz unitarju mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju osservat fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.2.3 hawn fuq.

(261)

Fuq il-bażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(262)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard u Suzhou Titan sostnew li l-Kummissjoni kellha tnaqqas il-valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju mibjugħ (ruttam tal-azzar) mill-ispiża tal-manifattura u mhux mill-valur normali. Chengxi Shipyard sostniet li kienet konformi mal-prattiki kontabilistiċi tagħha biex tikkumpensa d-dħul mill-bejgħ tar-ruttam mal-spiża tal-manifattura. Suzhou Titan fakkret li fl-investigazzjonijiet preċedenti (111), il-Kummissjoni naqqset il-valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju mill-ispiża tal-manifattura.

(263)

Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Chengxi Shipyard, il-Kummissjoni nnotat li tabilħaqq il-kumpanija allokat id-dħul iġġenerat mill-bejgħ tar-ruttam tal-azzar għal kull proġett fil-kontabilità tal-ispejjeż tagħha. Madankollu, fil-kontabilità finanzjarja tagħha, id-dħul mill-bejgħ tar-ruttam tal-azzar ma kienx irreġistrat bħala dħul operatorju ewlieni u ċertament ma naqqasx il-valur tal-ispiża tal-manifattura. Għall-kuntrarju, id-dħul ġie rreġistrat taħt “Dħul operatorju ieħor”.

(264)

Fir-rigward tal-argument ta’ Suzhou Titan, il-Kummissjoni nnotat li fl-investigazzjoni preċedenti kkwotata, il-prodott sekondarju ntuża mill-ġdid fil-produzzjoni proprja tal-produtturi, filwaqt li f’dan il-każ, ir-ruttam tal-azzar inbiegħ. Għalhekk, f’din l-investigazzjoni, il-parametru referenzjarju għar-ruttam tal-azzar kien għall-prezz tal-bejgħ mingħajr distorsjoni, li naturalment ikopri mhux biss l-ispiża tal-manifattura, iżda wkoll l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt.

(265)

Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjonijiet ta’ Chengxi Shipyard u ta’ Suzhou Titan deskritti fil-Premessa (262).

(266)

Minbarra l-kummenti tagħha dwar il-metodoloġija użata biex tirrifletti l-effett ta’ prodott sekondarju fuq il-valur normali, Chengxi Shipyard irrimarkat li l-Kummissjoni ħalliet barra t-tnaqqis tal-prodott sekondarju fil-kalkolu tal-valur normali tal-kumpanija.

(267)

Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni u kkonfermat li tabilħaqq, minħabba żball klerikali, il-valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju ma tnaqqasx mill-valur normali. Il-Kummissjoni kkoreġiet l-iżball u rriflettiet il-bidliet ukoll fil-kalkolu tal-marġini tad-dumping għal kumpaniji oħrajn li kkooperaw u l-marġini tad-dumping residwu. Il-Kummissjoni bagħtet dikjarazzjoni finali addizzjonali lill-kumpanija u tatha l-opportunità li tikkummenta. Il-kumpanija ma kellha l-ebda kumment ieħor rigward din il-kwistjoni.

(268)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard sostniet li l-Kummissjoni ma kellhiex tittrasferixxi għall-valur normali kostruwit l-ispiża tal-oġġetti konsumabbli u l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura bħala perċentwali tal-ispiża tal-manifattura. Skont il-kumpanija, dawk iż-żewġ kategoriji ta’ spejjeż ma kinux konnessi mal-valur ta’ materjali ta’ input oħrajn. Minflok, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun identifikat parametru referenzjarju adatt fil-pajjiż rappreżentattiv.

(269)

Il-Kummissjoni ċċarat li l-metodoloġija deskritta ġiet applikata minħabba li d-data finanzjarja disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv ma kienx fiha informazzjoni dwar l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. Il-partijiet interessati ġew informati b’dan il-fatt permezz ta’ żewġ Noti dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. B’hekk, il-kumpanija kellha biżżejjed opportunitajiet biex tipproponi parametru referenzjarju adatt biex jiġu sostitwiti l-ispejjeż ġenerali distorti tal-manifattura.

(270)

Fir-rigward tal-oġġetti konsumabbli, il-Kummissjoni nnotat li l-ispiża tal-oġġetti konsumabbli ġie espress bħala perċentwali tal-ispiża tal-materjali diretti, mhux bħala perċentwali tal-ispiża tal-manifattura. F’dan ir-rigward, hija ddeċidiet li tapplika din il-metodoloġija wara li kkunsidrat l-impatt limitat tal-oġġetti konsumabbli fil-ispiża tal-produzzjoni fit-totalità tagħhom u għal kull tip ta’ prodott, u minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ wħud mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li jirrapportaw il-konsum ta’ ċerti fatturi ta’ produzzjoni f’unitajiet standard ta’ kejl. Minflok, ġew irrapportati unitajiet bħal settijiet jew fliexken, li kienu inkompatibbli mal-unitajiet użati fl-istatistika dwar l-importazzjoni. Għalkemm, b’mod ġenerali, dawk il-kumpaniji għamlu sforz u kkonvertew il-konsum tal-fatturi tal-produzzjoni aktar importanti għal unitajiet standard (l-aktar għal kilogrammi), dan in-nuqqas ma setax jiġi eliminat għall-fatturi tal-produzzjoni affettwati kollha. Dan impedixxa lill-Kummissjoni milli ssib parametru referenzjarju adatt fil-pajjiż rappreżentattiv u, b’hekk, ikkontribwixxa għall-ħtieġa li l-ispiża tal-oġġetti konsumabbli jiġi rifless fil-valur normali bħala perċentwali tal-ispiża mingħajr distorsjoni tal-materjali diretti.

(271)

Fuq il-bażi tar-raġunijiet elaborati fil-Premessi (269) u (270), il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjonijiet ta’ Chengxi Shipyard deskritti fil-Premessa (268).

(272)

Chengxi Shipyard sostniet bl-istess mod li l-metodu użat mill-Kummissjoni biex iżżid l-ispiża tat-trasport domestiku mal-ispiża mingħajr distorsjoni tal-fatturi tal-produzzjoni ma kienx korrett. Minflok ma żżid l-ispejjeż mingħajr distorsjoni b’perċentwali wieħed iddeterminat fuq il-bażi tad-data tal-kumpanija, il-Kummissjoni kellha tikkalkula l-ispiża tat-trasport individwali għal kull fattur ta’ produzzjoni. B’mod partikolari, il-kumpanija affermat li l-ispiża unitarju tat-trasport kien aktar marbut mal-piż milli mal-valur ta’ materjal. B’hekk, l-użu ta’ perċentwali wieħed żied l-ispiża tat-trasport għal fatturi ta’ produzzjoni aktar siewja.

(273)

Il-Kummissjoni fakkret li l-produtturi esportaturi kienu meħtieġa jirrapportaw l-ispiża tat-trasport attwali jew stmat relatat ma’ kull fattur tal-produzzjoni. Madankollu, il-kumpanija ma pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

3.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(274)

Fil-kummenti tagħha dwar il-bidu, is-CCCME affermat li s-sorsi ta’ informazzjoni dwar il-prezz tal-esportazzjoni kienu dubjużi minħabba li, b’mod partikolari, il-prezz ta’ SWT bi 3 sezzjonijiet użat fl-ilment kien ogħla mill-prezz ta’ torri b’4 sezzjonijiet.

(275)

Il-Kummissjoni nnotat li f’dan il-każ, l-ilmentatur ma setax jagħmel użu mill-istatistika uffiċjali dwar l-importazzjoni sabiex jiddetermina l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ. L-ewwel nett, il-prodott li qed jiġi investigat jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM li jkopru firxa usa’ ta’ prodotti. It-tieni, l-istatistika dwar l-importazzjoni tirreġistra l-kwantitajiet f’kilogrammi. Għalhekk, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat il-prezz tal-importazzjoni tad-diversi tipi ta’ torrijiet (skont in-numru ta’ sezzjonijiet). Kif spjegat fl-ilment (112), l-ilmentatur ipprovda dikjarazzjonijiet ġuramentati maħruġa mill-produtturi tal-Unjoni bħala evidenza suffiċjenti tal-prezz rebbieħ offrut mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-sejħiet għall-offerti, li fihom ħadu sehem il-produtturi tal-Unjoni iżda tilfu. Fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ u filwaqt li qieset in-natura speċifika tal-prodott li qed jiġi investigat, il-Kummissjoni qieset id-dikjarazzjonijiet ġuramentati bħala sors affidabbli biżżejjed. Il-fatt li l-prezz ta’ SWT bi tliet sezzjonijiet kien ogħla mill-prezz ta’ SWT b’erba' sezzjonijiet seta’ rriżulta mis-sors ta’ informazzjoni li uża l-ilmentatur. Barra minn hekk, is-CCCME ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li tali sitwazzjoni kienet impossibbli li sseħħ, b’mod partikolari minħabba li mhux biss l-għadd ta’ sezzjonijiet iżda wkoll il-qisien tagħhom (dijametru, tul u ħxuna) influwenzaw l-ispiża tal-produzzjoni u, b’hekk, il-prezz tal-bejgħ. Sussegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

(276)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti.

(277)

Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li effettivament tħallas jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.4.   Tqabbil

(278)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi ex-works.

(279)

Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-immaniġġjar u t-tagħbija, għat-trasport fil-pajjiż ikkonċernat, għall-ispiża tal-kreditu, u, fejn applikabbli, il-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat għall-valur tal-provvisti pprovduti mill-klijent skont ftehim ta’ tolling skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku.

(280)

Fil-kummenti tagħha dwar id-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard sostniet li d-data tal-SG&A tal-produtturi Messikani tal-SWT ma pprovdietx informazzjoni dettaljata biżżejjed. Għalhekk, skont il-kumpanija, l-SG&A użati fil-kalkolu tal-valur normali x’aktarx li jinkludu spejjeż, li jenħtieġ li jitnaqqsu mill-prezz tal-esportazzjoni għall-fini ta’ tqabbil. Sussegwentement, il-kumpanija talbet li l-parametru referenzjarju tal-SG&A jiġi aġġustat biex ikun jirrifletti l-allowances imnaqqsa mill-prezz tal-esportazzjoni.

(281)

Il-Kummissjoni qieset li l-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-ispejjeż imnaqqsa mill-prezz tal-esportazzjoni għall-fini ta’ tqabbil ġew inklużi fl-SG&A taż-żewġ produtturi tal-SWT fil-Messiku. Sussegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

(282)

Chengxi Shipyard sostniet ukoll li t-tqabbil tal-valur normali u tal-prezz tal-esportazzjoni kellu jsir għal kull biċċa, jiġifieri għal kull sezzjoni tal-SWT, aktar milli għal kull kilogramma kif sar mill-Kummissjoni. Il-kumpanija rrimarkat li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu ġew espressi wkoll f’biċċiet minflok f’piż. Barra minn hekk, hija sostniet li l-prezz tal-SWT għal kull kilogramma pprovda stampa distorta, minħabba li kull sezzjoni jista’ jkun fiha diversi komponenti interni, li influwenzaw il-piż tagħha, iżda ma kinux assoċjati mal-ipprezzar tal-SWT. Fl-aħħar nett, Chengxi Shipyard innotat id-diskrepanzi bejn il-piż ta’ sezzjonijiet individwali rrapportati fl-EUSALUR tagħha (bejgħ tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati) u t-tabelli tal-COM PCN (l-ispiża tal-produzzjoni għal kull tip ta’ prodott). Il-kumpanija affermat li dawn id-diskrepanzi rriżultaw minn korrezzjoni mitluba mill-Kummissjoni matul il-kontroverifika mill-bogħod.

(283)

Il-Kummissjoni qieset li l-indikaturi tad-dannu ġew skonnettjati mill-kalkolu tal-marġini tad-dumping. Barra minn hekk, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar l-affermazzjoni li l-inklużjoni tal-komponenti interni ma influwenzatx il-prezz tal-SWT. Fir-rigward tad-diskrepanzi fil-piż tat-tipi ta’ prodotti individwali (sezzjonijiet) fit-tabelli tal-bejgħ u tal-ispiża tal-produzzjoni, il-Kummissjoni tabilħaqq osservat matul il-kontroverifika mill-bogħod li ċerti partijiet elenkati fil-fatturi tal-bejgħ ma kinux irrapportati fil-valur u fil-kwantità (il-piż) tat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ rispettivi. Billi l-kumpanija kkonfermat li dawn il-partijiet ġew fornuti bħala aċċessorji għas-sezzjoni partikolari tal-SWT u inklużi fl-ispiża tal-produzzjoni rrapportata, il-Kummissjoni talbet lill-kumpanija biex tinkludihom fil-kwantità u l-valur tat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ affettwati, li l-kumpanija qablet magħhom. Il-kumpanija affermat li fid-data tal-ispiża tal-produzzjoni, dawn allinjaw il-piż mal-piż irrapportat oriġinarjament fit-tabella tal-bejgħ. F’dan il-punt tal-investigazzjoni, ma kienx possibbli li jiġi vverifikat liema piż għal kull tip ta’ prodott (sezzjoni tal-SWT) kien korrett u, għalhekk, jenħtieġ li jintuża fil-kalkolu. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjonijiet.

(284)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Suzhou Titan sostniet li l-Kummissjoni injorat id-differenzi bejn l-SWT fuq l-art u dawk lil hinn mill-kosta. Għalkemm il-Kummissjoni ddeċidiet li ma testendix il-miżuri anti-dumping għall-importazzjonijiet lejn il-blata kontinentali u ż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-Istati Membri, il-kumpanija affermat li t-torrijiet lil hinn mill-kosta jintużaw ukoll f’parks eoliċi li jinsabu fl-ibħra territorjali ta’ pajjiż. Għalhekk, il-kumpanija affermat li f’każ li ġew inklużi SWT lil hinn mill-kosta fil-kalkoli, id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi bejn l-SWT fuq l-art u l-SWT lil hinn mill-kosta jenħtieġ li jkunu riflessi fit-tqabbil.

(285)

Sa fejn hija kkonċernata Suzhou Titan, il-Kummissjoni nnotat li l-kumpanija la esportat u lanqas immanifatturat SWT lil hinn mill-kosta. B’mod ġenerali, wieħed biss mit-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun immanifattura u esporta lejn l-Unjoni għadd limitat ta’ sezzjonijiet għal installazzjonijiet lil hinn mill-kosta. Dawn ġew inklużi fil-kalkoli tal-marġini tad-dumping. Billi d-definizzjoni tat-tipi ta’ prodotti kienet dettaljata ħafna, ma kien hemm l-ebda sovrappożizzjoni mas-sezzjonijiet ta’ SWT fuq l-art meta l-valur normali tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott. B’hekk, il-Kummissjoni qieset li d-differenzi bejn it-torrijiet fuq l-art u dawk lil hinn mill-kosta ma ġewx injorati fid-determinazzjoni tad-dumping u, sussegwentement, irrifjutat l-affermazzjoni.

3.5.   Marġini tad-dumping

(286)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(287)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dak il-marġini ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, mingħajr ma jitqiesu l-marġnijiet stabbiliti fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(288)

Fuq il-bażi ta’ dan, il-marġini tad-dumping definittiv tal-produtturi esportaturi li kkooperaw illi ma humiex fil-kampjun huwa ta’ 81,9 %.

(289)

Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni fil-PI li ġew imkejla fl-għadd ta’ torrijiet u stabbiliti fuq il-bażi tal-istima pprovduta mill-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-Premessi minn (308) sa (313).

(290)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa baxx minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 30 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li jiġi stabbilit il-marġini tad-dumping residwu fil-livell tal-marġini tad-dumping medju ponderat iddeterminat għat-tipi ta’ prodotti l-aktar esportati minn Chengxi Shipyard, il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun bl-ogħla marġini ta’ dumping individwali. Dawn it-tipi ta’ prodotti kienu jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-esportazzjonijiet tal-PUI ta’ din il-kumpanija lejn l-Unjoni matul il-PI.

(291)

Il-marġnijiet tad-dumping definittivi proviżorji, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini tad-dumping definittiv

Chengxi Shipyard

126,8 %

Penglai Dajin

49,7 %

Suzhou Titan

60,7 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

81,9 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

143,2 %

(292)

Wara d-dikjarazzjoni finali, is-CCCME sostniet li l-marġnijiet tad-dumping stabbiliti mill-Kummissjoni ma kinux kredibbli. B’mod partikolari, l-organizzazzjoni tal-industrija rrimarkat li, fuq l-eżempju tal-marġini tad-dumping iddeterminat għal kumpaniji oħrajn li kkooperaw, fuq il-bażi tal-kalkolu tal-Kummissjoni, il-valur normali tal-esportaturi Ċiniżi jenħtieġ li jkun madwar 80 % ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni tagħhom f’sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi kienu bejn wieħed u ieħor fl-istess livell bħall-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Biex tasal għal din il-konklużjoni, is-CCCME naqqset il-profitt fil-mira (9,1 %) mill-marġini tad-dannu (11,2 %) u b’hekk affermat li l-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż kien ogħla bi 2 % biss mill-ispiża tal-produzzjoni tal-produttur tal-Unjoni.

(293)

Il-Kummissjoni nnotat li d-differenza bejn il-marġini tad-dumping u l-marġini tad-dannu hija irrilevanti meta tiġi vvalutata l-kredibbiltà tal-kalkolu tal-marġini tad-dumping. Il-marġnijiet tad-dumping kienu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji (il-konsum tal-fatturi tal-produzzjoni, ċerti spejjeż, il-prezzijiet tal-esportazzjoni) u l-ispejjeż u l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-produtturi esportaturi kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-kalkolu tal-marġini tad-dumping individwali tagħhom. Kieku ġew identifikati żbalji fattwali, il-Kummissjoni kienet tikkoreġihom. Barra minn hekk, il-partijiet kollha ġew informati dwar is-sorsi u l-valuri tal-ispejjeż u l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar is-sorsi nfushom, kif ukoll dwar l-iżbalji potenzjali fil-kalkolu. Fuq il-bażi tal-kummenti tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni għamlet bidliet jew korrezzjonijiet, fejn xieraq.

(294)

Barra minn hekk, is-CCCME qabblet kategoriji li ma jistgħux jitqabblu b’mod prattiku. Pereżempju, is-CCCME injorat il-fatt li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet żbarkati Ċiniżi kienu jinkludu l-SG&A, il-profitt, l-immaniġġar u t-tagħbija, it-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assikurazzjoni, id-dazji fuq l-importazzjoni, u l-ispiża ta’ wara l-importazzjoni u, għalhekk, ma setgħux jitqabblu mal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCME naqset milli tqis il-fatt li l-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż meta mqabbel mal-prezz fil-mira tal-Unjoni għall-fini tal-kalkolu tal-marġini tad-dannu kien prezz żbarkat, filwaqt li l-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż użat għall-kalkolu tal-marġini tad-dumping kien prezz mill-fabbrika.

(295)

Fl-aħħar nett, fuq il-bażi tar-raġunijiet ippreżentati fil-Premessi (293) u (294), il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni mis-CCCME.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(296)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prodott simili kien manifatturat minn 19-il produttur magħrufa fl-Unjoni (113). Dawn il-produtturi jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(297)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal 2 443 torri.

(298)

Kif indikat fil-Premessa (8), kien stmat li t-tliet produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 38 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Dawn kienu jammontaw għal 38 % tal-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni stabbiliti fl-istadju tal-bidu.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(299)

It-tliet kodiċijiet NM li taħthom jistgħu jiġu importati l-SWT jew is-sezzjonijiet tagħhom jinkludu wkoll volumi sinifikanti ta’ prodotti oħrajn. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ data aktar preċiża dwar l-importazzjonijiet ta’ SWT għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi ta’ data tal-EWTA (114).

(300)

L-EWTA kkalkolat il-konsum li jibda mill-installazzjonijiet eoliċi f’MW kif ippubblikat minn WindEurope (115). L-EWTA kkalkolat l-għadd ta’ torrijiet billi ddividiet l-MW installati kull sena bid-daqs(ijiet) medju/i tal-ġeneraturi tat-turbini eoliċi installati skont ir-rapporti ta’ WindEurope. Il-konsum tal-Unjoni fl-2017 huwa bbażat fuq l-installazzjonijiet tal-2018 kif irrapportat minn WindEurope, il-konsum tal-Unjoni fl-2018 huwa bbażat fuq l-installazzjonijiet tal-2019 kif irrapportat minn WindEurope u l-konsum tal-Unjoni fl-2019 huwa bbażat fuq l-installazzjonijiet tal-2020 kif irrapportat minn WindEurope. Il-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni huwa bbażat fuq l-installazzjonijiet tal-2020 kif irrapportat minn WindEurope (għall-ewwel nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni) u l-estrapolazzjonijiet ibbażati fuq l-intelliġenza tas-suq tal-EWTA (għat-tieni nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni). L-aġġustament taż-żmien b’sena huwa meħtieġ minħabba ż-żmien ta’ tħejjija bejn iż-żmien meta l-produtturi jbiegħu l-SWT lill-klijenti tagħhom u ż-żmien li fih jiġu installati t-turbini eoliċi, li, skont l-informazzjoni fil-fajl (116), huwa ta’ 12-il xahar bħala medja, għalkemm jista’ jkun itwal (117).

(301)

Fuq dik il-bażi, il-konsum tal-SWT żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 2

Il-konsum fis-suq tal-Unjoni (torrijiet)

 

2017

2018

2019

PI

Konsum tal-Unjoni

2 707

3 200

2 851

3 087

Indiċi

100

118

105

114

Sors: EWTA

(302)

Il-konsum globali żdied minn 2 707 torrijiet fl-2017 għal 3 087 fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Id-domanda kienet partikolarment b’saħħitha fl-2018, xprunata miż-żieda fl-installazzjonijiet fl-2019 fi Spanja, fl-Iżvezja u lil hinn mill-kosta (118).

(303)

Wara d-dikjarazzjoni finali, GE affermat li l-ibbażar taċ-ċifri tal-konsum tal-Unjoni fuq l-għadd ta’ installazzjonijiet fl-Unjoni matul is-sena sussegwenti ftit li xejn kien jagħmel sens, minħabba li kien ikun impossibbli li tiġi kkalkolata mill-ġdid b’mod preċiż data tax-xiri mis-sena tal-installazzjoni. B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, GE rreferiet għall-fatt li ż-żmien ta’ tħejjija jista’ jkun itwal minn sena, kif kienet sabet il-Kummissjoni, iżda ma kkummentatx dwar il-adegwatezza tal-użu ta’ żmien ta’ tħejjija medju ta’ 12-il xahar kif kien propost mill-EWTA u kif instab raġonevoli mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.

(304)

Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li GE la pproponiet żmien ta’ tħejjija alternattiv biex jiġi stabbilit il-konsum fuq il-bażi tad-data tal-installazzjoni ta’ WindEurope, u lanqas bażi differenti biex jiġi kkalkolat il-konsum. GE nnifisha rrikonoxxiet li l-iskedi ta’ żmien bejn ix-xiri u l-installazzjoni ta’ torrijiet tar-riħ tal-azzar ivarjaw b’mod sinifikanti skont il-proġett tal-park eoliku, id-daqs u l-post tiegħu, filwaqt li l-iskedi ta’ żmien bejn l-iżdoganar tat-torrijiet tar-riħ tal-azzar (jew it-tluq tagħhom mill-fabbriki tal-produtturi tal-Unjoni) u l-installazzjoni tagħhom ivarjaw ukoll. Fir-rigward tar-raġonevolezza ta’ żmien ta’ tħejjija medju ta’ sena waħda bejn il-bejgħ (il-konsum) u l-installazzjoni, ir-raġunament tal-EWTA ġie appoġġat mid-dikjarazzjonijiet ipprovduti minn partijiet interessati oħrajn matul l-investigazzjoni (119). Fl-aħħar nett, ix-xejra tal-konsum stabbilita meta jiġi applikat l-aġġustament ta’ sena ma hijiex kontradetta minn informazzjoni oħra fil-fajl. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

(305)

Wara d-dikjarazzjoni finali, is-CCCME talbet għal rikonċiljazzjoni tas-sett ta’ data rilevanti użat mas-sorsi disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. In-nuqqas ta’ data statistika preċiża disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tat-torrijiet tar-riħ tal-azzar huwa r-raġuni eżatta għaliex wieħed jirrikorri għall-metodoloġija deskritta fil-Premessa (300) hawn fuq. Fir-rigward tal-importazzjonijiet, l-Eurostat ma jużax l-istess unitajiet ta’ kejl bħas-sett ta’ data ta’ WindEurope. Barra minn hekk, il-kodiċijiet NM li taħthom jiġu kklassifikati t-torrijiet tar-riħ tal-azzar jinkludu wkoll volumi sinifikanti ta’ prodotti oħrajn. Il-verżjonijiet miftuħa sottomessi tas-settijiet ta’ data tal-EWTA saru disponibbli għall-partijiet interessati f’t21.003247, issejvjati fit-12/04/2021 (is-settijiet ta’ data ta’ WindEurope u tal-Eurostat) u f’t21.004376, bid-data 07/06/2021 (is-sett ta’ data ta’ WindEurope).

(306)

Wara d-dikjarazzjoni finali, is-CCCME staqsiet ukoll dwar id-differenzi sinifikanti fiċ-ċifri tal-konsum, (120) kif irrapportati fl-ilment (121), fit-tweġiba tal-EWTA għall-kwestjonarju dwar id-data makro tad-9 ta’ April 2021 (122) u s-sottomissjoni riveduta tal-EWTA tas-7 ta’ Ġunju 2021 (123). Il-Kummissjoni ċċarat li r-raġunijiet għall-bidliet kienu ġew spjegati kif xieraq mill-EWTA fl-aħħar tnejn mill-imsemmija sottomissjonijiet u tenniet li s-settijiet ta’ data sottostanti kienu saru disponibbli għall-partijiet interessati. Sa ċertu punt, id-differenza bejn it-tweġiba inizjali tal-EWTA għall-kwestjonarju dwar id-data makro u d-data tal-ilment hija spjegata mill-fatt li r-Renju Unit, li huwa suq importanti tal-SWT, ma kienx ikkunsidrat aktar fit-tweġiba għall-kwestjonarju dwar id-data makro minħabba t-tluq formali tiegħu mill-Unjoni fl-1 ta’ Jannar 2021. Barra minn hekk, fis-sottomissjoni tagħha tas-7 ta’ Ġunju 2021, l-EWTA spjegat iċ-ċifri mibdula fir-rigward ta’ xi wħud mill-indikaturi meta mqabbla mas-sottomissjoni tad-9 ta’ April 2021 b’għarfien ġdid, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsum annwali totali (l-aġġustament ta’ sena msemmi hawn fuq) u s-sehem tal-esportazzjonijiet fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(307)

Il-Kummissjoni kienet wettqet kontroverifika mill-bogħod tat-tweġiba għall-kwestjonarju dwar id-data makro fis-26 ta’ Marzu 2021. Wara d-dikjarazzjoni finali, is-CCCME ssuġġeriet li l-Kummissjoni kellha twettaq RCC oħra, minħabba li t-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju tal-EWTA sadanittant kienet ġiet sostitwita bit-tweġiba aġġornata tas-7 ta’ Ġunju 2021. Il-Kummissjoni ċċarat li s-sett tad-data li fuqu kienet ibbażata s-sottomissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2021 kien ġeneralment identiku għas-sett tad-data li fuqu kienet ibbażata s-sottomissjoni tad-9 ta’ April 2021. Għat-tieni nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni biss, ġew stabbiliti ċifri ġodda tal-konsum ġenerali mill-EWTA, f’konformità mal-approċċ rivedut biex jitqies dewmien ta’ sena bejn il-konsum u l-installazzjoni. Id-data dwar il-konsum għall-ewwel nofs tal-2020 kellha tkun ibbażata fuq il-produzzjoni tal-enerġija installata (MW) matul l-ewwel nofs tal-2021. Wara li rċeviet is-sottomissjoni aġġornata tal-EWTA, il-Kummissjoni vverifikat kif xieraq kif l-EWTA kienet stmat iċ-ċifra tal-MW għall-ewwel nofs tal-2021 u kkonkludiet li l-metodoloġija ta’ estrapolazzjoni biex tasal għal dik iċ-ċifra, li kienet il-bażi għaċ-ċifra tal-konsum tal-SWT fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni, kienet raġonevoli. Għalhekk, hija kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn li ssir it-tieni RCC relatata mad-data makro pprovduta mill-EWTA. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li qabel id-dikjarazzjoni finali, l-ebda parti ma kienet ipprovdiet kummenti dwar is-sottomissjoni aġġornata tal-EWTA tas-7 ta’ Ġunju 2021, lanqas wara li l-partijiet kienu ġew informati fit-18 ta’ Ġunju 2021 dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji u espliċitament mistiedna jikkummentaw dwar is-sottomissjonijiet magħmula minn partijiet interessati oħrajn (124). La s-CCCME u l-ebda parti oħra ma kkummentaw dwar is-sottomissjoni tal-EWTA tas-7 ta’ Ġunju 2021 sa dik id-data ta’ skadenza u, għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-allegazzjoni li din is-sottomissjoni l-ġdida setgħet affettwat id-drittijiet ta’ difiża tas-CCCME.

4.3.   Importazzjonijiet miċ-Ċina

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

(308)

Il-prodott li qed jiġi investigat jirrappreżenta parti limitata mill-volumi tal-importazzjoni taħt il-kodiċijiet NM koperti mill-investigazzjoni. Fin-nuqqas ta’ data aktar preċiża dwar l-importazzjoni għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni jew data sinifikanti oħra, it-Tabella 3 tirrifletti l-aħjar estimi tal-EWTA ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Il-metodoloġija tal-EWTA kienet tikkonsisti fit-tnaqqis tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni mill-konsum tal-Unjoni biex jiġu stabbiliti l-importazzjonijiet f’sena. Imbagħad, l-EWTA rrikorriet għall-Eurostat biex tikkalkula r-rappreżentattività medja ta’ kull sors ta’ importazzjoni rilevanti, inkluża ċ-Ċina, kif ġej:

Tabella 3

Ir-rappreżentattività medja tas-sorsi tal-importazzjoni

 

2017

2018

2019

PI

Iċ-Ċina

81 %

77 %

85 %

79 %

Il-Vjetnam

4 %

8 %

5 %

7 %

Ir-Repubblika tal-Korea

10 %

5 %

4 %

3 %

It-Turkija

4 %

9 %

5 %

10 %

Oħrajn, jiġifieri l-Malasja u l-Indoneżja

1 %

1 %

1 %

1 %

Sors: EWTA

(309)

L-EWTA kkalkolat il-perċentwali ta’ hawn fuq billi bdiet mill-valuri tal-importazzjonijiet tal-Eurostat għaċ-Ċina, għat-Turkija, għall-Vjetnam u għar-Repubblika tal-Korea għall-kodiċijiet NM 7308 20 00 u 8502 31 00. L-EWTA kkomputat medja sempliċi tar-rappreżentattività ta’ kull sors fil-kodiċi NM 7308 20 00 u r-rappreżentattività ta’ kull sors fil-kodiċi NM 8502 31 00 biex tasal għar-rappreżentattività medja globali murija fit-Tabella 3.

(310)

Għal kull wieħed mill-perjodi, l-importazzjonijiet tal-SWT minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina, it-Turkija, il-Vjetnam u r-Repubblika tal-Korea huma stmati għal 1 % tal-importazzjonijiet totali. Tali “pajjiżi oħrajn” huma, skont l-EWTA, il-Malasja u l-Indoneżja.

(311)

Fejn id-data tal-Eurostat uriet importazzjonijiet taħt il-kodiċijiet NM 7308 20 00 u 8502 31 00 minn pajjiżi minbarra dawk imsemmija fit-tabella ta’ hawn fuq, l-EWTA injorathom, fuq il-bażi tal-għarfien tagħhom dwar is-suq, li skonthom, madwar id-dinja, hemm produzzjoni tal-SWT biss f’għadd magħżul ta’ pajjiżi. Minnhom, huma biss il-pajjiżi msemmija fit-tabella ta’ hawn fuq li kienu jesportaw l-SWT lejn l-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(312)

Wara d-dikjarazzjoni finali, is-CCCME allegat li l-metodoloġija msemmija hawn fuq kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni suġġettiva u l-għarfien tas-suq tal-EWTA, iżda naqset milli tissostanzja dan. Il-Kummissjoni qieset li l-kalkolu tal-volumi tal-importazzjoni kif spjegat hawn fuq huwa raġonevoli fid-dawl tad-data disponibbli, minħabba li jikkombina l-użu ta’ sors statistiku affidabbli mhux ikkontestat (l-Eurostat) u l-għarfien tas-suq tal-EWTA għas-sehem mill-volum tal-pajjiżi esportaturi mal-volum ġenerali tal-importazzjonijiet stabbiliti bl-użu tad-data ppubblikata dwar il-kapaċità installata ta’ WindEurope u l-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni kif irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-kontribuzzjonijiet li saru matul l-investigazzjoni mill-utenti b’mod ġenerali ma żvelaw l-ebda sors ta’ importazzjonijiet għajr l-għadd magħżul ta’ pajjiżi fit-Tabella 3, filwaqt li kkonfermaw li l-produtturi Ċiniżi kienu, bil-bosta, il-fornituri ewlenin tagħhom minn pajjiżi terzi. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni tas-CCCME.

(313)

Fuq dik il-bażi, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (torrijiet)

690

992

791

1 063

Indiċi

100

144

115

154

Is-sehem mis-suq

25 %

31 %

28 %

34 %

Indiċi

100

122

109

135

Sors: EWTA

(314)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina varjaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huwa nnotat li l-SWT ġeneralment jinbiegħu bħala parti minn proġetti akbar, b’perjodu ta’ żmien li spiss jaqbeż sena, biex b’hekk l-evoluzzjoni tal-bejgħ, inklużi l-importazzjonijiet, spiss tkun tirrifletti bidliet fid-domanda li seħħew sena jew aktar qabel ma seħħ il-bejgħ. B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’54 %. Is-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 25 % fl-2017 għal 34 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jinvolvi żieda ta’ 35 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(315)

Wara d-dikjarazzjoni finali, GE nnotat li l-Kummissjoni kkalkolat b’mod skorrett il-konsum tal-Unjoni ta’ torrijiet tar-riħ tal-azzar u, b’hekk, stabbiliet b’mod skorrett l-ishma mis-suq tal-produtturi Ċiniżi. L-affermazzjoni hija rrifjutata għar-raġunijiet spjegati fil-Premessa (304).

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-twaqqigħ tal-prezz

(316)

Il-prodott li qed jiġi investigat jirrappreżenta parti limitata mill-importazzjonijiet irrapportati taħt il-kodiċijiet NM koperti mill-investigazzjoni. Fin-nuqqas ta’ data statistika affidabbli għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni jew data sinifikanti oħra, għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq il-bażi tad-data kif ippreżentata mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(317)

Wara d-dikjarazzjoni finali, is-CCCME u Suzhou Titan ikkontestaw li kien xieraq li jiġu stabbiliti prezzijiet medji tal-importazzjoni Ċiniżi fuq il-bażi tal-prezzijiet kontrovverifikati mill-bogħod tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. B’mod partikolari, is-CCCME qieset li dawn il-prezzijiet jirrappreżentaw mhux aktar minn 22 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi u li, għalhekk, ma setgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi. Alternattivament, hija qieset li jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrikorri għad-data tal-Eurostat u pprovdiet tabella li tinkludi, għall-erba’ snin tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, volum ta’ importazzjonijiet f’tunnellati u prezz unitarju f’EUR/ tunnellata ta’ dawk l-importazzjonijiet skont il-“kalkoli proprji tas-CCCME, fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat”.

(318)

Is-CCCME ma pprovdietx is-sors eżatt tad-data għaċ-ċifri msemmija u, għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta jekk iċ-ċifri li jirriżultaw kinux aktar rappreżentattivi. Madankollu, il-Kummissjoni fakkret li l-prodott li qed jiġi investigat jirrappreżenta biss parti limitata mill-volumi importati rrapportati fl-Eurostat taħt il-kodiċijiet NM koperti mill-investigazzjoni. Għalhekk, hija kkonkludiet li prezz medju u evoluzzjoni tal-prezz medju fuq il-bażi ta’ taħlita ta’ prodotti li tinkludi volumi sinifikanti ta’ prodotti mhux ikkonċernati hija b’mod ċar inqas rappreżentattiva minn prezz medju u evoluzzjoni tal-prezz medju tal-prodott ikkonċernat biss mit-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, li fl-istess ħin huma l-akbar produtturi esportaturi li ppreżentaw ruħhom fil-proċediment. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tas-CCCME u ta’ Titan ġew irrifjutati.

(319)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-prezz medju tal-importazzjonijiet tal-SWT miċ-Ċina żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (iċ-Ċina)

 

2017

2018

2019

PI

EUR/tunnellata

1 131

1 271

1 130

1 151

Indiċi

100

112

100

102

Sors: Produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun

(320)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina varjaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod ġenerali, dawn żdiedu bi 2 %, għalkemm naqsu b’mod sinifikanti bejn l-2018 u l-2019 u mbagħad irkupraw.

(321)

Il-prezzijiet fit-Tabelli 5 u 9 ta’ dan ir-Regolament huma fil-livell ta’ kamp ta’ applikazzjoni sħiħ, u juru differenzi sinifikanti fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-investigazzjoni wriet li l-utenti jixtru SWT jew taħt ftehimiet ta’ tolling (125) jew inkella taħt ordnijiet ta’ xiri b’kamp ta’ applikazzjoni sħiħ. Għall-kuntrarju tal-ftehimiet ta’ tolling, taħt ordnijiet ta’ xiri b’kamp ta’ applikazzjoni sħiħ, l-utenti jixtru SWT kompluti mingħand il-produtturi tal-SWT, inkluża l-materja prima kollha, bħall-pjanċi tal-azzar u l-hekk imsejħa “komponenti interni” (pereż. lift). Taħt il-ftehimiet ta’ tolling, il-materjali tal-input kollha jew parti minnhom jiġu pprovduti mill-utent lill-produttur. F’dak il-każ, il-produttur jiffattura biss il-manodopera meħtieġa biex jittrasforma l-materjali tal-input f’SWT, flimkien ma’ kwalunkwe materjal ieħor li l-utent ma pprovdiex qabel.

(322)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet it-tranżazzjonijiet tax-xiri b’kamp ta’ applikazzjoni sħiħ:

(a)

il-prezzijiet medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustamenti xierqa għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni; u

(b)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika.

(323)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet, meta applikabbli. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwali tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(324)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun urew marġnijiet medji ponderati ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 2,7 % u 5,1 %. Il-prodott li qed jiġi investigat huwa sensittiv ħafna għall-prezzijiet. L-utenti ġeneralment jixtru l-SWT permezz ta’ proċessi ta’ offerti u / jew talbiet għal kwotazzjonijiet. L-offerti ta’ diversi fornituri mbagħad jiġu kkonfrontati u l-kompetizzjoni tkun ibbażata l-aktar fuq il-prezz. F’kuntest bħal dan, il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz misjuba huma meqjusa bħala sinifikanti.

(325)

Kif indikat hawn fuq, il-Kummissjoni applikat il-prattika standard tagħha billi qabblet il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni tal-produtturi esportaturi mal-prezz mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni minħabba li qieset li t-tqabbil tal-prezzijiet f’dawn il-livelli rispettivi kien jiżgura valutazzjoni oġġettiva għall-fini tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz.

(326)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Suzhou Titan sostniet fir-rigward tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz (u tal-bejgħ taħt il-prezz) li l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni miżjuda mal-prezz CIF tal-importazzjonijiet Ċiniżi jenħtieġ li jiżdiedu bl-ispiża tat-trasport u tal-assikurazzjoni lejn is-sit tal-installazzjoni, filwaqt li l-prezz tal-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li jitqies fil-livell tal-prezz mill-fabbrika. Ir-raġuni li invokat għal tali aġġustament fil-prezz tal-importazzjoni għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz kienet il-livell għoli ta’ spejjeż tat-trasport involuti u li kull sezzjoni ta’ torri tar-riħ tal-azzar, wara l-importazzjoni fl-Unjoni, għandha d-destinazzjoni unika tagħha. Diversi partijiet sostnew li l-punt xieraq ta’ tqabbil għall-kalkolu tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz (u tal-bejgħ taħt il-prezz) jenħtieġ li jkun il-prezz żbarkat tal-UE kkonsenjat lejn is-sit tal-installazzjoni, kemm għall-produtturi Ċiniżi kif ukoll għal dawk tal-Unjoni, billi l-prezz tal-bejgħ finali mill-utenti jammonta għal spejjeż għoljin tat-trasport, li huwa affettwat b’mod qawwi mid-destinazzjoni tal-proġett tal-park eoliku u li l-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi sseħħ f’dak il-livell. L-EWTA sostniet li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz (u tal-bejgħ taħt il-prezz) jenħtieġ li jiżdiedu bL-ispejjeż tat-trasport u tal-assikurazzjoni biex jinġiebu għal-livell CIF fl-istess port tad-dħul bħall-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi.

(327)

Il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq kienu kunċettwalment difettużi. Il-prezzijiet mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni jikkompetu mal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat fil-livell CIF fil-port tad-dħul tal-UE. Iż-żieda tal-ispiża tat-trasport u tal-assikurazzjoni mas-sit tal-installazzjoni min-naħa tal-Unjoni jew min-naħa tal-esportazzjonijiet, iżda mhux it-tnejn, ma tkunx xierqa biex jiġu eżaminati l-effetti tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet.

(328)

Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq sottomessi mill-EWTA, minn GE u minn Suzhou Titan.

(329)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Chengxi Shipyard issottomettiet diversi affermazzjonijiet dwar il-kalkoli tal-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz.

(330)

L-ewwel nett, hija affermat li l-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz jenħtieġ li jiġu kkalkolati fuq bażi ta’ kull biċċa minflok fuq bażi ta’ kull kg, li jindika li l-biċċiet (it-torrijiet) huma l-bażi tal-kalkolu għal (il-biċċa l-kbira ta’) l-indikaturi tad-dannu. Din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata, minħabba li l-Kummissjoni qieset li l-kalkolu tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz (u tal-bejgħ taħt il-prezz) huwa maqtugħ mill-istabbiliment tal-indikaturi tad-dannu (ara wkoll il-Premessi (282) u (283)). Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni użatx torrijiet jew kg huwa irrilevanti sa fejn il-Kummissjoni użat l-istess valuri fuq iż-żewġ naħat tat-tqabbil.

(331)

It-tieni, Chengxi Shipyard affermat li minkejja l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Kummissjoni b’dikjarazzjoni addizzjonali ta’, fost l-oħrajn, il-prezzijiet fil-mira għal kull mudell ta’ prodott tal-industrija tal-Unjoni f’meded, id-dikjarazzjoni finali baqgħet inadegwata. Mingħajr ma ddikjarat il-kwantitajiet tal-bejgħ, il-valuri u l-prezzijiet fil-mira eżatti tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma kinitx ippermettiet lill-kumpanija tivverifika l-akkuratezza tal-kalkoli tad-dannu. Il-kumpanija qieset li jenħtieġ li tiġi pprovduta data speċifika tal-industrija tal-Unjoni minħabba li din hija r-riżultat tal-konsolidazzjoni tad-data ta’ tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(332)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-affermazzjoni magħmula mill-kumpanija, minħabba li l-prezz fil-mira f’meded kien fih l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi kkalkolat il-marġini minimu u massimu tal-bejgħ taħt il-prezz għal kull mudell ta’ prodott u, għalhekk, ippermetta lill-produtturi esportaturi jidentifikaw żbalji potenzjali fil-kalkolu. Barra minn hekk, fir-rigward tat-talba biex jiġu ddikjarati l-kwantitajiet, il-valuri u l-prezzijiet fil-mira eżatti, il-Kummissjoni fakkret li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament bażiku jobbligaw lill-Kummissjoni tqis l-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati li s-sigrieti kummerċjali tagħhom mhux se jiġu dikjarati. F’dan il-każ speċifiku, il-prezz tal-bejgħ jew il-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni mhux dejjem ikun ir-riżultat tad-data konsolidata tat-tliet produtturi inklużi fil-kampjun, pereż. f’diversi każijiet, wieħed mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma kienx biegħ il-mudell tal-prodott użat għat-tqabbil u, għalhekk, il-prezz għal kull mudell ta’ prodott tal-industrija tal-Unjoni ma għadux medja tal-prezzijiet ta’ tliet kumpaniji inklużi fil-kampjun. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(333)

It-tielet, Chengxi Shipyard sostniet li l-SWT ma kinux f’kompetizzjoni diretta mal-prodott tal-industrija tal-Unjoni u ma kienu jikkawżaw l-ebda dannu, l-ewwel nett, minħabba li nofs il-bejgħ tagħha ma ntużax fil-kalkolu tal-marġini tad-dannu tagħha, u t-tieni nett, minħabba li xi wħud minnhom kellhom marġini negattiv.

(334)

Il-fatt li aktar minn 45 % tal-importazzjonijiet minn Chengxi Shipyard ma ġewx ikkunsidrati huwa dovut għall-metodoloġija tat-tqabbil tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mal-bejgħ tal-prodott simili tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni fakkret li t-tipi kollha ta’ prodotti importati jikkompetu mat-tipi kollha ta’ prodotti manifatturati mill-produtturi tal-Unjoni. Il-fatt li, pereżempju, tip ta’ prodott importat miċ-Ċina jiġi kkonsenjat mingħajr komponent intern (ereż. sistema ta’ assistenza b’irfigħ jew tixbit jew is-sistema ta’ kontroll tat-temperatura), jew b’tul differenti għal kull sezzjoni, u li għalhekk ma hemm l-ebda tqabbil għall-fini tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz jew tal-bejgħ taħt il-prezz, ma huwiex indikazzjoni li tali prodotti ma jikkompetux mal-prodotti simili mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni, iżda sempliċiment jikkonferma li kull bejgħ huwa personalizzat skont l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi tal-klijent. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(335)

Ir-raba’, Chengxi Shipyard affermat li l-analiżi tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz (u tal-bejgħ taħt il-prezz) ma kinitx kompluta u kienet asimmetrika fir-rigward tal-kalkolu tad-dumping minħabba li l-bejgħ għall-esportazzjoni kollu ta’ Chengxi Shipyard intuża fid-determinazzjoni tal-marġini tad-dumping, iżda mhux għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz (u tal-bejgħ taħt il-prezz). Il-Kummissjoni fakkret li ma hemm l-ebda rekwiżit fir-Regolament bażiku li jintuża l-istess bejgħ għall-esportazzjoni fil-kalkoli tad-dumping u tad-dannu. Il-kuntest taż-żewġ kalkoli huwa differenti u s-sett ta’ data sottostanti jista’ jvarja wkoll, meta wieħed iżomm f’moħħu li, fil-kalkoli tad-dannu, it-tqabbil isir bejn l-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-esportaturi, minn naħa waħda, u tal-produtturi tal-Unjoni, min-naħa l-oħra. B’hekk, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

(336)

Fl-aħħar nett, Chengxi Shipyard affermat li l-Kummissjoni kellha tikkalkula l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni bħala ċertu ammont għal kull kwantità (għal kull tunnellata ta’ kull biċċa ta’ SWT) minflok perċentwali tal-valur CIF biex ikun konsistenti mal-istess aġġustament tal-ispiża li saret għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni u minħabba li l-kwantità hija aktar rilevanti għall-kwantifikazzjoni tal-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. L-ewwel nett, il-Kummissjoni kellha tfakkar li l-kumpanija la ssostanzjat u lanqas ipprovdiet evidenza ta’ sostenn tal-affermazzjoni tagħha li ċertu ammont ta’ spiża ta’ wara l-importazzjoni għal kull kwantità huwa aktar xieraq. It-tieni, il-Kummissjoni kisbet direttament id-data mit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-importaturi/utenti u nnotat li l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż tal-ikklerjar irrapportati fid-dokument ta’ sostenn huma bbażati fuq ammonti ta’ somma f’daqqa li huma maqtugħin mill-kwantitajiet jew mill-piż tal-merkanzija importata. Fl-aħħar nett, fid-dokumenti ta’ sostenn li kienu ġew ivverifikati, ir-referenza għall-piż jew għall-għadd ta’ unitajiet importati kienet nieqsa. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(337)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(338)

Kif imsemmi fil-Premessa (9), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(339)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi ta’ data mit-tweġiba għall-kwestjonarju ppreżentata mill-EWTA b’rabta mal-produtturi kollha tal-Unjoni, kontroverifikata fejn meħtieġ mat-tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data ġew kontroverifikati mill-bogħod u nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(340)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat.

(341)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, l-ispiża unitarja, l-ispejjeż lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(342)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-produzzjoni (torrijiet)

2 704

2 516

2 647

2 443

Indiċi

100

93

98

90

Kapaċità tal-produzzjoni (torrijiet)

4 859

4 664

4 936

4 952

Indiċi

100

96

102

102

L-użu tal-kapaċità

56 %

54 %

54 %

49 %

Indiċi

100

97

96

89

Sors: L-EWTA u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(343)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produzzjoni naqset b’10 %. Il-kapaċità tal-produzzjoni kienet prattikament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minħabba li żdiedet bi 2 % biss. L-użu tal-kapaċità naqas minn 56 % fl-2017 għal 49 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(344)

Siemens Gamesa Renewable Energy GmbH & Co KG (‘SGRE’), utenta tal-SWT li ssottomettiet kummenti, qieset li s-sempliċi numru ta’ SWT manifatturati ma huwiex rappreżentattiv, minħabba li d-daqs tagħhom żdied maż-żmien. Il-parti tenniet dak il-kumment wara d-dikjarazzjoni finali u sostniet li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża bħala unità ta’ kejl il-megawatts (“MW”) u l-gigawatts (“GW”), jiġifieri parametri li jintużaw mal-industrija kollha bħala indikazzjoni tal-kapaċità installata u li jifformaw ukoll il-bażi għall-kejl tar-rekwiżiti tal-output għall-miri tal-enerġija rinnovabbli kif jinsabu fil-Patt Ekoloġiku. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni, billi s-suq tat-torrijiet tar-riħ tal-azzar ma jużax MW jew GW bħala unità ta’ kejl.

4.4.2.2.   Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(345)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

PI

Il-bejgħ tal-UE fl-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati (torrijiet)

1 859

1 895

1 924

1 737

Indiċi

100

102

104

93

Is-sehem mis-suq

69 %

59 %

68 %

56 %

Indiċi

100

86

98

82

Sors: L-EWTA u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(346)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 69 % fl-2017 għal 56 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jinvolvi tnaqqis bi 18 % b’mod ġenerali.

(347)

Wara d-dikjarazzjoni finali, GE nnotat li l-Kummissjoni kkalkolat b’mod skorrett il-konsum tal-Unjoni tat-torrijiet tar-riħ tal-azzar u, b’hekk, stabbiliet b’mod skorrett l-ishma mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni. L-affermazzjoni ġiet irrifjutata għar-raġunijiet spjegati fil-Premessa (304).

4.4.2.3.   It-tkabbir

(348)

Il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq fl-Unjoni naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’7 % u 18 %, rispettivament. B’hekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum tal-Unjoni (+14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kif muri fit-Tabella 2).

4.4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(349)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività

 

2017

2018

2019

PI

L-għadd ta’ impjegati

3 803

3 817

3 936

3 614

Indiċi

100

100

103

95

Produttività (torrijiet għal kull impjegat)

0,71

0,66

0,67

0,68

Indiċi

100

93

95

95

Sors: L-EWTA u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(350)

Il-livell ta’ impjieg fl-industrija tal-Unjoni relatat mal-produzzjoni ta’ SWT naqas b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(351)

Il-produttività naqset minn 0,71 torri fl-2017 għal 0,68 torri għal kull impjegat fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Jenħtieġ li jiġi nnotat li t-taħlita tal-prodott taffettwa n-numru ta’ torrijiet għal kull impjegat. Barra minn hekk, bħala medja, l-SWT jikbru fid-daqs sena wara sena. Għalhekk, it-tnaqqis fil-produttività b’5 % muri hawn fuq x’aktarx li jiġi kkumpensat bis-sħiħ mill-fatt li t-torrijiet saru akbar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.2.5.   Il-kobor tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat

(352)

L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(353)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(354)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-ispiża tal-produzzjoni fl-Unjoni

 

2017

2018

2019

PI

Il-prezz medju tal-bejgħ għal kull unità lil klijenti mhux relatati (EUR/tunnellata – bejgħ b’kamp ta’ applikazzjoni sħiħ biss)

1 265

1 377

1 459

1 419

Indiċi

100

109

115

112

L-ispiża unitarja tal-produzzjoni (EUR/tunnellata – bejgħ b’kamp ta’ applikazzjoni sħiħ biss)

1 191

1 385

1 538

1 439

Indiċi

100

116

129

121

Sors: Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(355)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet unitarji medji tal-bejgħ ta’ ordnijiet b’kamp ta’ applikazzjoni sħiħ għal SWT ta’ oriġini mill-Unjoni żdiedu bi 12 %, filwaqt li l-ispiża unitarja tal-produzzjoni żdied b’mod akbar, jiġifieri b’21 %.

4.4.3.2.   L-ispejjeż lavorattivi

(356)

L-ispejjeż lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Spejjeż lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2017

2018

2019

PI

(EUR)

45 411

45 427

48 121

48 593

Indiċi

100

100

106

107

Sors: Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(357)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-ispejjeż lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b’7 % wara x-xejriet ġenerali tal-inflazzjoni u tal-ispejjeż lavorattivi. Ir-rati annwali tat-tkabbir fl-ispejjeż lavorattivi, għall-ekonomija kollha tal-UE, kienu sa 3 % u aktar fl-2018 u fl-2019 u sa aktar minn 4 % fl-2020. (126)

4.4.3.3.   L-inventarji

(358)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Inventarji

 

2017

2018

2019

PI

Stokks tal-għeluq (taqsimiet)

0

[30 -40 ]

[30 -40 ]

0

Indiċi

0

100

100

0

Sors: Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(359)

Il-Kummissjoni sabet li l-inventarji ma kinux indikatur sinifikanti tad-dannu fir-rigward tal-produzzjoni tal-SWT. Il-produtturi jipproduċu l-SWT fuq il-bażi tal-ordnijiet u ġeneralment ma jżommu l-ebda inventarju fiżiku. Il-kwantitajiet żgħar ħafna tal-istokk tal-għeluq irrapportati fit-Tabella 11 jikkonċernaw l-SWT manifatturati, iżda li għadhom ma ġewx mibjugħa (127). .

4.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(360)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 12

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2017

2018

2019

PI

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

3,6 %

1,1 %

-4,5 %

-1,4 %

Indiċi

100

31

- 126

-40

Il-fluss tal-flus (EUR)

12 444 710

- 377 687

-17 013 650

-5 531 711

Indiċi

100

-3

- 137

-44

Investimenti (EUR)

36 715 248

15 482 383

5 275 427

3 488 463

Indiċi

100

42

14

10

Redditu fuq l-investimenti

16,5 %

-4,5 %

-18,9 %

-4,6 %

Indiċi

100

-27

- 115

-28

Sors: Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(361)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset minn +3,6 % fl-2017 għal –1,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-fluss tal-flus nett kien affettwat b’mod negattiv mit-tnaqqis fil-profitti u kien negattiv bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital kienet imxekkla mit-tnaqqis fil-profitti. Il-livell tal-investimenti annwali segwa xejra stabbli ta’ tnaqqis u naqas b’90 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(362)

Fir-rigward tal-fluss tal-flus, SGRE nnotat li GRI rrapportat fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju li l-kapaċità tagħha li tiġbor il-kapital ma kinitx affettwata minn dumping dannuż u li l-investimenti kienu awtoffinanzjati jew iffinanzjati permezz ta’ krediti bankarji. Bl-istess mod, hija sostniet li Windar kienet irrapportat li l-kapaċità tagħha li tiġbor il-kapital ma kinitx affettwata, minħabba li ma tqassam l-ebda dividend, u l-profitti kienu ntużaw biex isaħħu l-istruttura tal-bilanċ, filwaqt li l-investiment kien ġie ffinanzjat mill-fluss tal-flus proprju jew minn krediti bankarji fit-tul. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li, kif muri fit-tabella ta’ hawn fuq, il-profitti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqsu u potenzjalment xekklu l-investimenti tagħhom. Barra minn hekk, il-fatt li Windar ma setgħetx tħallas dividendi lill-azzjonisti tagħha, li kien ir-riżultat ta’ profitti li naqsu, u li Windar kellha tirrikorri għal krediti bankarji sabiex tagħmel investimenti, kif imsemmi hawn fuq, wera li diġà kienu f’sitwazzjoni finanzjarja fraġli. Il-krediti bankarji naturalment ġew bi spejjeż addizzjonali fil-forma ta’ mgħaxijiet pagabbli li kienu se jkunu wkoll ogħla minn f’sitwazzjoni fejn Windar kienet tkun finanzjarjament aktar soda.

(363)

Wara d-dikjarazzjoni finali, SGRE ddikjarat li l-fatt li kumpanija tirrikorri għal krediti bankarji bl-iskop li tagħmel investimenti ma jfissirx li hija tinsab f’sitwazzjoni fraġli. Il-Kummissjoni qablet li s-sempliċi fatt li Windar straħet fuq il-krediti bankarji għall-iskop li tagħmel l-investimenti ma jistax, fl-astratt, jitqies bħala prova ta’ dannu. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li dan il-fatt għandu jitqies flimkien ma’ fatturi oħrajn, kif għamlet fil-Premessa (362). Id-dikjarazzjonijiet ta’ SGRE ma biddlux dik il-konklużjoni.

(364)

SGRE rreferiet għall-investigazzjoni tal-ITC tal-Istati Uniti kontra t-torrijiet tar-riħ tal-azzar Spanjoli. Hija ssuġġeriet li jekk produtturi Spanjoli bħal Windar ibiegħu l-esportazzjonijiet tal-SWT tagħhom lill-Istati Uniti bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet domestiċi tagħhom, hija tikkunsidra l-ispiża tal-produzzjoni u l-profittabbiltà tagħha fis-suq domestiku bħala suffiċjenti. Madankollu, għal ħafna raġunijiet, il-Kummissjoni naqset milli tara r-raġuni fundamentali wara din l-allegazzjoni li, barra minn hekk, hija bbażata fuq l-allegazzjonijiet f’ilment (“petizzjoni”) li qed jiġu investigati minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, din l-allegazzjoni hija difettuża minħabba li d-diskriminazzjoni fil-prezzijiet (jekk ikun hemm u jekk tiġi pprovata) jista’ jkollha ħafna kawżi, għalhekk anki jekk il-prezzijiet domestiċi (tal-UE) ta’ Windar kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Istati Uniti, dan mhux bilfors ifisser li l-prezzijiet domestiċi kienu profittabbli (biżżejjed). Il-Kummissjoni ssottolinjat ukoll li hija stabbiliet id-data għall-mikroindikaturi fuq il-bażi ta’ kampjun ta’ tliet produtturi tal-Unjoni. B’hekk, is-suġġeriment ġie rrifjutat bis-sħiħ.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(365)

Il-valutazzjoni ta’ hawn fuq tal-makroindikaturi u tal-mikroindikaturi ekonomiċi turi li l-industrija tal-Unjoni kienet qed iġġarrab dannu materjali fil-perjodu ta’ investigazzjoni, minħabba li tilfet sehem sinifikanti mis-suq u ż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha ma kinitx biżżejjed biex tgħaddi ż-żieda qawwija fl-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha, li rriżulta f’kollass tal-profittabbiltà tagħha, li affettwa b’mod negattiv l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-fluss tal-flus.

(366)

Il-fatt li ftit indikaturi (il-kapaċità tal-produzzjoni, il-ħażniet) ma ddeterjorawx ma jimminax is-sejba ta’ dannu.

(367)

Xi partijiet (is-CCCME, SGRE, GE) sostnew li fl-aħħar parti tal-perjodu ta’ referenza użat fl-ilment, xi indikaturi tjiebu. L-investigazzjoni sabet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni dan huwa biss il-każ għall-indikaturi finanzjarji, minħabba li t-tnaqqis qawwi fl-ispiża tal-produzzjoni bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tabilħaqq kellu effett pożittiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni kienet għadha qed tagħmel telf sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’hekk, anki jekk dak l-indikatur tjieb bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, dan ma jimminax is-sejba ta’ dannu fir-rigward tiegħu.

(368)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(369)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet il-bejgħ għall-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’mod qawwi (b’54 %) u s-sehem mis-suq tagħhom żdied b’disa’ punti perċentwali, minn 25 % fl-2017 għal 34 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-istess perjodu, u minkejja ż-żieda ta’ 14 % fil-konsum, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’7 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas minn 69 % fl-2017 għal 56 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(370)

F’termini ta’ prezzijiet, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu ferm taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u wkoll taħt l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li wassal għal trażżin tal-prezzijiet. Il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-volumi tal-importazzjoni għoljin u li qed jiżdiedu miċ-Ċina bi prezzijiet bħal dawn matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni hija spjegazzjoni ċara għan-nuqqas ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tirrifletti ż-żidiet fl-ispejjeż fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u t-telf li jirriżulta.

(371)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Tali dannu kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz.

(372)

Kemm SGRE kif ukoll GE ddikjaraw li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn il-profitti li qed jonqsu tal-ilmentaturi u l-allegati importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping hekk kif il-profitti naqsu drastikament mill-2018 u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu. Is-CCCME ddikjarat li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma setgħux ikkawżaw dannu lill-produtturi tal-Unjoni, minħabba li l-kwantitajiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu, filwaqt li l-prezzijiet tagħhom żdiedu.

(373)

Il-Kummissjoni ma qablitx. B’mod ġenerali, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu bi 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kif muri fit-Tabella 5. Madankollu, dawn baqgħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi naqsu bejn l-2018 u l-2019. Fir-rigward tal-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, l-investigazzjoni wriet li dawn żdiedu b’54 % bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni u xorta żdiedu b’7 % mill-2018.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(374)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 13

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2017

2018

2019

PI

It-Turkija

Volum (torrijiet)

34

121

48

134

Indiċi

100

356

141

393

Is-sehem mis-suq

1,3 %

3,8 %

1,7 %

4,3 %

Indiċi

100

301

134

344

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

1 844

1 830

1 646

1 691

Indiċi

100

99

89

92

Il-Vjetnam

Volum (torrijiet)

31

109

44

98

Indiċi

100

351

142

315

Is-sehem mis-suq

1,2 %

3,4 %

1,5 %

3,2 %

Indiċi

100

297

135

277

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 712

1 681

1 592

1 475

Indiċi

100

98

93

86

Ir-Repubblika tal-Korea

Volum (torrijiet)

85

69

34

41

Indiċi

100

81

40

49

Is-sehem mis-suq

3,1 %

2,1 %

1,2 %

1,3 %

Indiċi

100

68

38

43

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 111

1 997

2 140

2 381

Indiċi

100

95

101

113

Oħrajn (l-Indoneżja, il-Malasja)

Volum (torrijiet)

8

13

9

14

Indiċi

100

163

113

175

Is-sehem mis-suq

0,3 %

0,4 %

0,3 %

0,4 %

Indiċi

100

137

107

153

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 712

4 184

2 238

2 896

Indiċi

100

244

131

169

Il-pajjiżi terzi kollha msemmija hawn fuq

Volum (torrijiet)

158

312

136

287

Indiċi

100

197

86

181

Is-sehem mis-suq

5,9 %

9,8 %

4,8 %

9,3 %

Indiċi

100

167

82

159

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 931

1 876

1 776

1 783

Indiċi

100

97

92

92

Sors: EWTA (torrijiet, ishma tas-suq) u Eurostat (prezz medju)

(375)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina kienu limitati. Is-sehem mis-suq ikkombinat tagħhom żdied minn 5,9 % fl-2017 għal 9,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina ġew ivvalutati fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat għall-kodiċijiet NM 7308 20 00 u 7308 90 98. Dawn il-kodiċijiet NM jkopru l-importazzjonijiet ta’ firxa ferm akbar ta’ prodotti minn SWT biss, iżda jirrappreżentaw l-aħjar informazzjoni disponibbli f’din l-investigazzjoni. Billi dawn il-prezzijiet kienu ogħla b’mod konsistenti u sinifikanti mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, jista’ jiġi konkluż b’mod raġonevoli li l-importazzjonijiet sottostanti tal-SWT ma waqqgħux il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(376)

Il-volumi fit-tabella ta’ hawn fuq huma l-aħjar estimi kif ipprovduti mill-EWTA. Il-metodoloġija tal-EWTA hija deskritta fit-Taqsima 4.3.1.

(377)

Fuq talba, xi utenti ssottomettew data lill-Kummissjoni bil-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina. Madankollu, minħabba l-għadd limitat ta’ utenti, is-sorsi limitati ta’ importazzjoni użati minn kull wieħed minnhom u l-metodoloġiji differenti użati għar-rapportar tagħhom, kif ukoll l-iskarsezza tad-data, tali informazzjoni la nstabet li hija affidabbli u lanqas ma setgħet tiġi dikjarata b’mod sinifikanti.

(378)

It-Tabella 13 turi l-prezzijiet medji skont id-data tal-Eurostat għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda 7308 20 00 u 7308 90 98 flimkien. WindEurope talbet lill-Kummissjoni tivvaluta d-dannu fuq il-bażi tad-data għall-ewwel kodiċi biss, f’konformità mal-ITC tal-Istati Uniti (128). Il-Kummissjoni sabet li t-talba kienet infondata, minħabba li l-investigazzjoni żvelat l-importazzjonijiet taħt 7308 90 98 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-ebda parti li tikkoopera ma rrapportat importazzjonijiet taħt il-kodiċi 8502 31 00. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota l-istess bħal fil-Premessa (375) fir-rigward tal-akkuratezza tad-data sottostanti.

(379)

L-ebda parti ma ssuġġeriet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina setgħu kkawżaw dannu lill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li tali importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw inqas minn terz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(380)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina ma kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.2.2.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(381)

Il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 14

Bejgħ għall-esportazzjoni

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-esportazzjoni (torrijiet)

743

421

357

371

Indiċi

100

57

48

50

Prezz medju (EUR/torrijiet – ordnijiet b’kamp ta’ applikazzjoni sħiħ biss)

311 479

mhux applikabbli*

559 982

643 024

Indiċi

100

-

180

206

Sors: EWTA (volumi) u produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (prezzijiet medji)

*

L-ebda bejgħ tal-esportazzjoni b’kamp ta’ applikazzjoni sħiħ fil-kampjun

(382)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volumi tal-esportazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni naqsu bin-nofs. Il-produtturi inklużi fil-kampjun ma kinux f’pożizzjoni li jipprovdu prezz f’EUR/tunnellata għal dak il-bejgħ, għalhekk, il-prezzijiet irrapportati hawn fuq huma għal kull SWT u, b’hekk, jirriflettu wkoll iż-żieda fid-daqs medju matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji rrapportati hawn fuq huma affettwati b’mod sinifikanti mid-differenzi fit-taħlita tal-prodotti. B’hekk, ma kienx possibbli li wieħed jasal għal konklużjoni sinifikanti dwar l-impatt tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. L-aktar l-aktar, billi l-esportazzjonijiet fl-aqwa tagħhom fl-2017 kienu jirrappreżentaw 28 % tal-bejgħ tal-Unjoni fl-2017, it-tnaqqis fil-bejgħ tal-esportazzjoni seta’ kkontribwixxa għad-dannu mġarrab sa ċertu punt iżda, fi kwalunkwe każ, dan ma naqqasx ir-rabta kawżali mal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

5.2.3.   Domanda lil hinn mill-kosta

(383)

Vestas irreferiet għall-volatilità tad-domanda lil hinn mill-kosta bħala sors ta’ dannu u, bħal GE, tefgħet il-ħtija tad-dannu fuq is-sottoimplimentazzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni lil hinn mill-kosta fl-Unjoni. GE nnotat li qabel l-2017, il-produtturi tal-Unjoni kienu għamlu investimenti qawwija fl-iżvilupp ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni għaljin bil-ħsieb li jaqdu d-domanda lil hinn mill-kosta li, fl-aħħar mill-aħħar, kellhom jintużaw għall-produzzjoni tal-SWT fuq l-art jew baqgħu inattivi. Għal SGRE u GE, it-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-SWT tal-Unjoni kien ġej minn tnaqqis fid-domanda għal SWT lil hinn mill-kosta.

(384)

L-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq huma kontradetti mill-pubblikazzjoni ta’ WindEurope “Offshore wind in Europe – Key trends and statistics 2020”, maħruġa fi Frar 2021. L-Illustrazzjoni 1 fiha turi li l-kapaċità kumulattiva tal-faċilità tal-enerġija mir-riħ installata lil hinn mill-kosta fl-Unjoni żdiedet bejn l-2017 u l-2018 b’pass qawwi b’madwar 16 % u kompliet tikber saħansitra aktar b’saħħitha b’20 % fis-sena fl-2019 u fl-2020. Filwaqt li fl-2017 kienet tammonta għal madwar 8,8 GW, fl-2020, il-kapaċità tal-enerġija mir-riħ installata lil hinn mill-kosta fl-EU27 kienet tammonta għal madwar 14,6 GW (129). WindEurope bassret prospettiva pjuttost pożittiva għall-installazzjonijiet lil hinn mill-kosta (130). Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-investigazzjoni ma wrietx li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jużaw sistematikament faċilitajiet maħsuba għall-SWT lil hinn mill-kosta għall-produzzjoni tal-SWT fuq l-art – GE nnifisha rrikonoxxiet li l-faċilitajiet maħsuba għall-SWT lil hinn mill-kosta ta’ ċerti produtturi tal-Unjoni kellhom l-iskeda mimlija (131).

(385)

Wara d-dikjarazzjoni finali, GE interpretat iċ-ċifri ppubblikati ta’ WindEurope b’mod differenti. Hija kkonkludiet miċ-ċart imsemmija li d-domanda għall-installazzjonijiet eoliċi lil hinn mill-kosta naqset bejn l-2017 u l-2018, imbagħad “irkuprat ftit” bejn l-2018 u l-2019 u reġgħet naqset mill-2019 sal-2020. Fuq dik il-bażi, hija kkonkludiet li s-suq lil hinn mill-kosta tal-Unjoni naqas fid-daqs tiegħu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, filwaqt li l-Kummissjoni aġġustat iċ-ċifri biex tinkludi biss l-Istati Membri tal-Unjoni, jiġifieri kienet eskludiet il-volumi rrapportati li jikkonċernaw ir-Renju Unit, deher li GE kienet naqset milli tagħmel dan u, b’hekk, hija bbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq sett ta’ data żbaljat. Tabilħaqq, jekk ir-Renju Unit jiġi eskluż miċ-ċart imsemmija, ma hemm l-ebda tnaqqis fid-domanda għall-installazzjonijiet eoliċi lil hinn mill-kosta bejn l-2019 u l-2020, iżda pjuttost żieda qawwija b’madwar 20 %. B’mod ġenerali, kif issemma, il-kapaċità kumulattiva tal-faċilità tal-enerġija mir-riħ installata lil hinn mill-kosta fl-Unjoni żdiedet b’mod sinifikanti minn 8,8 GW għal 14,6 GW matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jiġifieri b’66 %.

(386)

Fir-rigward tal-kummenti ta’ GE relatati mas-sottoimplimentazzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni lil hinn mill-kosta, dawn huma kontradetti mill-kummenti tal-parti li jiċċaraw li l-faċilitajiet li kellhom l-iskeda mimlija msemmija fil-Premessa (384) kienu dawk ta’ produttur wieħed biss tal-Unjoni. Il-Kummissjoni hija assigurata li l-investigazzjoni ma wrietx li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jużaw sistematikament faċilitajiet maħsuba għal SWT lil hinn mill-kosta biex jipproduċu SWT fuq l-art.

(387)

Għar-raġunijiet kollha ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni ripetuta li tnaqqis fid-domanda lil hinn mill-kosta kien ikollu impatt negattiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni u kkontribwixxa għad-dannu.

5.2.4.   Il-prezzijiet tal-materja prima

(388)

Il-pjanċi tal-azzar jammontaw għal sehem kbir (madwar 40 % (132)) tal-ispiża tal-produzzjoni tal-SWT. Fil-fehma tas-CCCME, ta’ SGRE u ta’ GE, kienet l-impożizzjoni fl-Unjoni ta’ għadd ta’ miżuri ta’ difiża tal-kummerċ kontra l-importazzjonijiet tal-azzar, inklużi l-miżuri ta’ salvagwardja applikabbli bħalissa, li naqqset il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni minflok l-importazzjonijiet Ċiniżi. Is-CCCME tenniet dan il-kumment wara d-dikjarazzjoni finali, filwaqt li żiedet li fid-dawl tal-miżuri l-oħrajn għad-difiża tal-kummerċ fis-seħħ, iż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni kienet tant sostanzjali li ma tistax tiġi kkumpensata biż-żieda fil-prezzijiet. B’mod aktar ġenerali, wara d-dikjarazzjoni finali, SGRE ddikjarat li l-analiżi tal-Kummissjoni kellha tinvolvi valutazzjoni aktar mill-qrib ta’ jekk iż-żieda ta’ 21 % fl-ispiża tal-produzzjoni kinitx tnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping u xi dannu allegat li jeżisti min-naħa tal-industrija tal-SWT tal-Unjoni.

(389)

Il-Kummissjoni sabet li l-affermazzjonijiet kienu infondati. L-ebda parti ma ssostanzjat, u wisq inqas ikkwantifikat bid-data, l-effett ta’ kwalunkwe miżura partikolari għad-difiża tal-kummerċ fuq l-ispiża ġenerali tal-produzzjoni tal-produtturi tal-SWT billi jitqies l-akkwist passat u sussegwenti tal-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri għad-difiża tal-kummerċ, jekk ikun hemm. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat, fid-dokument ta’ dikjarazzjoni finali, kif ukoll fit-Taqsima 4.4.3.1, l-iżvilupp tal-ispiża tal-materja prima matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, anki meta mqabbel mal-iżvilupp tal-prezz tal-bejgħ. Il-Kummissjoni ssottolinjat li f’kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jirriflettu ż-żidiet fl-ispejjeż (tal-materja prima) fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom. Madankollu, il-produtturi tal-SWT tal-Unjoni ma setgħux iżidu l-prezzijiet tagħhom (lanqas biex ikopru l-ispejjeż tagħhom) minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Għalhekk, iż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni ġenerali, kemm jekk ikkawżata jew le minn xi miżura għad-difiża tal-kummerċ, ma setgħetx tnaqqas ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.5.   Kwistjonijiet li jikkonċernaw il-faċilitajiet tal-produzzjoni

(390)

SGRE ssuġġeriet li l-ftuħ ta’ faċilitajiet ġodda u aktar moderni għall-produzzjoni tal-SWT fl-Unjoni kien ikkawża dannu lill-produtturi tal-Unjoni, minħabba li rriżulta fl-għeluq ta’ faċilitajiet (eqdem) oħrajn għall-produzzjoni tal-SWT fl-Unjoni. Wara d-dikjarazjoni finali, il-parti ddikjarat li l-kompetizzjoni interna li rriżultat mill-ftuħ ta’ GRI Sevilla fi Spanja fl-2017, ta’ Haizea Bilbao fi Spanja fl-2018 u ta’ Windar France fl-2020 ma kinitx indirizzata biżżejjed mill-Kummissjoni. Skont SGRE, il-ftuħ ta’ Windar France (li tinsab b’mod favorevoli fil-kosta) kien għamel il-faċilità ta’ Windar f’Olazagutía, Spanja (li tinsab b’mod mhux favorevoli f’distanza ta’ 100 km fl-art) żejda u wassal għall-għeluq tagħha fl-2019. Ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni ulterjuri biex tissostanzja din l-affermazzjoni. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe sottomissjoni oħra fir-rigward tal-kwistjoni, l-investigazzjoni ma setgħetx tistabbilixxi li l-ftuħ ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni ġodda fl-Unjoni kellu, minnu nnifsu, effett dannuż fuq dawk eżistenti.

(391)

Vestas u SGRE tefgħu l-ħtija tad-dannu fuq il-faċilitajiet tal-manifattura li jinsabu f’pożizzjoni ħażina ta’ produtturi tal-Unjoni, iżda naqsu milli jissostanzjaw dawn l-allegazzjonijiet. L-investigazzjoni wriet li s-suq tal-Unjoni għall-SWT, b’konsum annwali ta’ madwar 3 000 unità fil-perjodu ta’ investigazzjoni, ma huwiex suq ta’ volum għoli u, għalhekk, il-produtturi ma jistgħux jillimitaw il-bejgħ tagħhom għal siti fil-qrib biss. Madankollu, kull wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biegħ l-SWT ukoll lejn destinazzjonijiet fl-Istat Membru tiegħu stess, jew qrib tiegħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-affermazzjonijiet huma miċħuda.

5.2.6.   Il-kompetizzjoni tal-enerġija mir-riħ ma’ sorsi oħrajn tal-enerġija

(392)

Għal xi partijiet, il-fatt li proġetti ġodda ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika mir-riħ fl-Unjoni jikkompetu direttament ma’ produtturi ta’ sorsi oħrajn tal-enerġija, b’mod partikolari pannelli solari (manifatturati l-aktar barra mill-Unjoni), żied il-pressjoni biex jiġu manifatturati torrijiet tar-riħ tal-azzar għal prezzijiet dejjem aktar baxxi. Hekk ukoll għamlet id-dipendenza akbar fuq l-irkantar ta’ kapaċità rinnovabbli ġdida mill-2017 preskritta mil-linji gwida rilevanti għall-perjodu 2014-2020 (133). Il-Kummissjoni sabet li l-allegata kompetizzjoni ma’ sorsi oħrajn tal-enerġija ma teżistix f’ħafna proġetti (ara wkoll il-Premessa (447)). Fir-rigward tal-irkantar, skont id-data statistika disponibbli, il-prezzijiet tat-torrijiet naqsu aktar bejn l-2009 u l-2016 milli wara l-2016. Għalhekk, l-argument ġie rrifjutat.

(393)

Vestas, WindEurope u SGRE ddikjaraw li kwalunkwe prezz jew profittabbiltà mnaqqsa għal SWT kienu konsegwenza loġika tal-kompetizzjoni sostanzjali u tal-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-settur tar-riħ kollu kemm hu. F’dan il-kuntest, Vestas, SGRE, WindEurope u s-CCCME rreferew għal xi żviluppi fis-settur tal-enerġija mir-riħ tal-Unjoni (jiġifieri pressjoni dejjem tiżdied biex jitnaqqas l-għadd ta’ skemi ta’ diskriminazzjoni fl-ispejjeż tal-elettriku, politiki nazzjonali inkonsistenti, nuqqas ta’ viżibbiltà fuq il-volumi forward u profittabbiltà aktar baxxa tal-proġetti tal-parks eoliċi minħabba l-bidliet fil-forma u l-livell ta’ sussidjar tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni (b’bidla minn tariffi “feed-in” għal primjums “feed-in”)) li, fil-fehma tagħhom, wasslu lil għadd ta’ utenti Ewropej biex jirreġistraw telf fl-2018 u fl-2019. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet dawn il-kwistjonijiet, iżda sabet li l-affermazzjoni ġenerali kienet infondata. Iż-żieda fil-kompetizzjoni fil-livell tal-utenti finali f’ċirkostanzi normali ma tirriżultax f’dannu fil-livell tal-fornituri tagħhom. Ir-raġuni li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni tal-SWT inżammu baxxi kienet id-disponibbiltà wiesgħa u dejjem akbar ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina. Kieku l-kompetizzjoni f’dak il-livell kienet f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ekwivalenti, allura l-prezzijiet u l-profittabbiltà tal-produtturi tal-SWT ma kinux jitnaqqsu bl-istess mod. Għalhekk, iż-żieda fil-pressjoni fuq il-prezzijiet għall-industrija tal-utenti ma setgħetx tnaqqas ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-SWT tal-Unjoni.

5.2.7.   Torrijiet mhux tal-azzar

(394)

SGRE ddikjarat li l-kompetizzjoni interna minn torrijiet mhux tal-azzar tikkostitwixxi kawża distinta potenzjali ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. Wara d-dikjarazzjoni finali, il-parti insistiet li l-pubblikazzjoni ta’ Wood Mackenzie “Global wind turbine technology trends 2019” uriet żieda ta’ 10 % fit-torrijiet ibridi, u tnaqqis ta’ 16 % fit-torrijiet tal-azzar matul il-perjodu 2017-2024, filwaqt li WindEurope bassret tnaqqis fil-valur tas-suq tal-SWT fis-snin li ġejjin. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-kwistjoni. Madankollu, l-għadd ta’ torrijiet mhux tal-azzar fl-Unjoni fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien baxx (134) u dawn it-torrijiet ma humiex adatti għal ħafna proġetti. B’hekk, it-torrijiet mhux tal-azzar ma setgħux inaqqsu r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-SWT tal-Unjoni.

5.2.8.   Fatturi oħrajn

(395)

Is-CCCME ddikjarat li l-investimenti sinifikanti magħmula mill-produtturi tal-SWT tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-2017, għamlu pressjoni fuq il-profitt tal-produtturi tal-SWT tal-Unjoni matul is-snin sussegwenti meta d-domanda naqset. L-ewwel nett, id-domanda ma naqsitx wara l-2017. It-tieni, fl-2017, il-produtturi tal-SWT tal-Unjoni ġġeneraw fluss ta’ flus li kien jirrappreżenta aktar minn terz tal-investimenti li saru f’dik is-sena. Flimkien mal-profitti akkumulati u l-fluss tal-flus iġġenerat fis-snin ta’ qabel l-2017 meta ma seħħ l-ebda dumping dannuż, il-produtturi tal-Unjoni kellhom biżżejjed fondi biex jiffinanzjaw dawn l-investimenti. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-investimenti tal-produtturi tal-SWT tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu sostituzzjonijiet ġustifikati, bidliet meħtieġa mid-domanda tas-suq u aġġornamenti meħtieġa tat-tagħmir immirati biex jaqdu lill-utenti.

(396)

SGRE indikat iż-żieda fid-deprezzament ta’ GRI bħala kawża ta’ dannu. L-investigazzjoni sabet li d-deprezzament ta’ GRI kien konformi mal-istandards kontabilistiċi nazzjonali u internazzjonali applikabbli. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma setgħetx tistabbilixxi li kwalunkwe bidla fid-deprezzament ta’ GRI affettwat ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali.

(397)

Vestas tefgħet il-ħtija tad-dannu fuq id-dgħajfien tal-munita Ċiniża, li tejbet il-kompetittività tal-SWT Ċiniżi. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li din l-affermazzjoni kienet difettuża. Il-produtturi Ċiniżi tal-SWT instabu li kienu qed jiffatturaw l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jew f’USD jew inkella f’EUR. Id-USD kienet relattivament b’saħħitha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, f’medda ta’ bejn 1,07 u 1,14 għal kull EUR/USD. B’kuntrast ma’ dan, il-muniti EUR/USD kienu ogħla minn 1,18 f’Awwissu 2020 u ogħla minn 1,22 f’Jannar 2021. Għalhekk, il-varjazzjonijiet fil-munita ma setgħux jikkawżaw id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(398)

Wara d-dikjarazzjoni finali, is-CCCME affermat li t-tnaqqis fil-konsum fl-2019, li jkopri nofs il-perjodu ta’ investigazzjoni, kien fattur kawżali għad-dannu. F’dan ir-rigward, hija indikat ukoll il-livell relattivament baxx ta’ kapaċità installata fil-Ġermanja fl-2019 u b’mod partikolari fl-2020. Il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni, billi l-konsum tal-Unjoni fl-2019 kien għadu 5 % ogħla meta mqabbel mal-2017 u t-tnaqqis fil-konsum fl-2019 kien ta’ natura temporanja u segwit minn żieda qawwija bi 8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(399)

Wara d-dikjarazzjoni finali, is-CCCME affermat ukoll li l-Kummissjoni kellha tindirizza l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq id-dannu, minħabba li kkawżat tnaqqis sinifikanti fir-ritmu ekonomiku u kellha impatt qawwi fuq il-ktajjen tal-provvista globali. Il-Kummissjoni nnotat li l-perjodu ta’ investigazzjoni ntemm f’nofs l-2020 u li ma kien hemm l-ebda sinjal li d-domanda għal SWT naqset jew li l-problemi ta’ akkwist ta’ materja prima bdew iseħħu matul l-aħħar erba’ xhur tal-perjodu ta’ investigazzjoni, meta tfaċċat il-pandemija fl-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni tas-CCCME ġiet irrifjutata.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(400)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, ikkunsidrati individwalment jew b’mod kollettiv, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(401)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni.

6.1.   Marġni tad-dannu

(402)

Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(403)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-ispejjeż u l-investimenti kollha, ir-riċerka u żvilupp (RuŻ) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġini ta’ profitt ma jkunx aktar baxx minn 6 %.

(404)

L-ilmentaturi ddikjaraw li 10 % kien profitt fil-mira raġonevoli, billi allegatament inkiseb minn ċerti ilmentaturi matul il-perjodu kopert mill-ilment (135). Madankollu, diversi utenti affermaw li l-livell ta’ profitt ippreżentat mill-ilmentaturi kien għoli b’mod mhux raġonevoli.

(405)

L-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi l-profitt minimu fil-mira għal 6 %. L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet miċ-Ċina kellhom sehem kbir mis-suq fl-Unjoni u l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet taħt is-6 %. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni matul is-sitt snin qabel il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u sabet li fis-snin 2015 u 2016, jiġifieri, is-sentejn qabel il-perjodu ta’ referenza, il-profittabbiltà tagħha kienet ta’ 8,4 % u 9,8 %, rispettivament (136). Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni fir-rigward tal-livell u tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet qabel il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-livelli ta’ profitt miksuba f’dawk is-sentejn jissuġġerixxu li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija fi kwalunkwe każ ma kinux imnaqqsa minħabba l-importazzjonijiet Ċiniżi, anki jekk dawn l-importazzjonijiet kienu preżenti fis-suq tal-Unjoni f’volumi sinifikanti fl-2015 u fl-2016. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li profitt fil-mira ta’ 9,1 %, li huwa l-profitt medju miksub mill-industrija tal-Unjoni ta’ dawn is-sentejn, huwa raġonevoli, minħabba li matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet diġà affettwata mil-livell għoli ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina. Dan il-profitt fil-mira żdied mal-ispiża attwali tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni biex jiġi stabbilit il-prezz mhux dannuż.

(406)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Suzhou Titan qieset li l-aġġustament ta’ 0,5 % tal-valur CIF magħmul mill-Kummissjoni biex ikopri l-ispiża ta’ wara l-importazzjoni kien baxx wisq fid-dawl tal-ispiża tat-trasport imġarrab mill-utenti u fid-dawl tal-aġġustament (ogħla) magħmul mill-Kummissjoni f’investigazzjonijiet oħrajn. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. L-aġġustament magħmul huwa bbażat fuq id-data pprovduta mill-utenti li kkooperaw u kontrovverifikata mill-bogħod mill-Kummissjoni u, b’hekk, huwa speċifiku għall-każ.

(407)

Wara d-dikjarazzjoni finali, is-CCCME ddikjarat li l-profitt fil-mira jenħtieġ li jkun ta’ 6 %, minħabba li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni matul l-aħħar ftit snin kienet taħt is-6 % u ma tkunx rappreżentattiva għaċ-ċirkostanzi attwali tas-suq biex tiddependi fuq id-data tal-2015 u tal-2016. Il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni. Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-profittabbiltà matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma tistax tintuża bħala parametru referenzjarju, filwaqt li l-profittabbiltà matul is-sentejn ta’ qabel tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(2c).

(408)

Fil-kummenti tagħha għad-dikjarazzjoni finali, GE sabet li l-metodoloġija deskritta hawn fuq kienet difettuża. GE ddikjarat li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ma tnaqqsux matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u qieset li ma kienx meħtieġ li l-Kummissjoni tirreferi lura għas-snin ta’ qabel il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minħabba li, fil-fehma tagħha, iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-SWT miċ-Ċina seħħet biss fl-2019. Il-Kummissjoni sabet li tali affermazzjoni kienet infondata fid-dawl tat-Tabella 4 ta’ dan ir-Regolament, li turi b’mod ċar żieda ta’ 44 % fl-importazzjonijiet Ċiniżi bejn l-2017 u l-2018 u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ mhux inqas minn 25 % fl-2017, li xorta hija l-aktar rata baxxa fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. GE sostniet ukoll, fuq il-bażi tad-data fl-ilment, li l-livelli tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu komparabbli fl-2016, fl-2017 u fl-2018. Madankollu, is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni (ara t-Tabella 4) kif iddikjarati lill-partijiet interessati jagħtu ċifri tal-importazzjoni fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni li huma differenti ħafna minn dawk fl-ilment, filwaqt li l-Kummissjoni ma għandhiex ċifri tal-importazzjoni ta’ SWT biss qabel dak il-perjodu. Għalhekk, kif issemma, il-livell tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fl-2015 u fl-2016 ma huwiex magħruf, iżda l-profittabbiltà miksuba mill-industrija tal-Unjoni f’dawk is-snin tissuġġerixxi li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha ma tnaqqsux mill-importazzjonijiet Ċiniżi kif spjegat fil-Premessa (405). GE talbet profitt fil-mira ta’ 6 % “minħabba li dan kważi jirdoppja l-livell ta’ profitt miksub mill-Unjoni (l-industrija tagħha) fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u jikkostitwixxi żieda ta’ 7,4 % mil-livell tal-perjodu ta’ investigazzjoni” (137). Dan ir-raġunament ma jikkunsidrax id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha fir-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni.

(409)

L-ebda wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun ma għamel affermazzjoni skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku għall-investimenti mitlufa jew għall-ispejjeż ta’ RuŻ u ta’ innovazzjoni. Barra minn hekk, ma saret l-ebda affermazzjoni skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, jiġifieri dwar l-ispejjeż futuri li se ġġarrab l-industrija tal-Unjoni mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli taħthom, li għalihom l-Unjoni hija parti, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku, matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2).

(410)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tip b’tip tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni ta’ kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun fil-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwali tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet.

(411)

Suzhou Titan, GE u l-EWTA għamlu l-istess kummenti fir-rigward tal-livell ta’ tqabbil tal-prezzijiet li għandu jintuża għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz bħal dawk magħmula għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz (indirizzati fil-Premessi (326)-(328)). L-affermazzjonijiet huma rrifjutati għall-istess raġunijiet kif spjegati f’dawk il-premessi, bl-applikazzjoni mutatis mutandis.

(412)

GE u Vestas affermaw li l-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz jenħtieġ li jitqies bħala l-marġini tad-dannu. Il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni minħabba li tali approċċ jirriżulta f’livell ta’ dazju li ma jneħħix id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lejn l-industrija tal-Unjoni, għall-kuntrarju tar-regoli applikabbli.

(413)

Wara d-dikjarazzjoni finali, Suzhou Titan xeħtet dubji dwar il-kredibbiltà tal-marġnijiet iddeterminati bil-mod spjegat fil-Premessa (410) minħabba l-livell ta’ tqabbil bejn il-bejgħ tagħha u l-bejgħ tal-Unjoni ddikjarat. Il-parti talbet għal distinzjoni bejn it-torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq l-art u dawk lil hinn mill-kosta fil-kalkoli, għal kunsiderazzjoni aktar komprensiva u kompluta dwar l-esportazzjonijiet tagħha fihom, filwaqt li ddikjarat li l-PCNs b’marġnijiet negattivi ta’ bejgħ taħt il-prezz ma setgħux ikkawżaw dannu. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet. Il-Kummissjoni ċċarat li l-kalkoli kienu bbażati biss fuq it-torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq l-art. It-tqabbil tal-PCN huwa b’mod ġenerali sostanzjali u jippermetti stampa ċara f’termini ta’ marġini tad-dannu. Il-fatt li ftit PCNs juru marġnijiet negattivi ta’ bejgħ taħt il-prezz ma għandux impatt fuq il-kalkolu tal-marġini tad-dannu u ma jbiddilx il-konklużjonijiet dwar id-dannu.

(414)

Is-CCCME talbet lill-Kummissjoni biex tiddikjara l-livell ta’ tqabbil jekk ċerti parametri tal-PCN ma jkunux tneħħew/tnaqqsu. Il-Kummissjoni qieset li huwa irrilevanti li jiġi ddikjarat xenarju li ma kienx inżamm għall-fini tal-kalkoli.

(415)

Il-produttur esportatur Chengxi Shipyard afferma li l-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz jenħtieġ li jiġu kkalkolati fuq bażi ta’ kull biċċa minflok fuq bażi ta’ kull kg. L-affermazzjoni ġiet irrifjutata għall-istess raġunijiet kif spjegati fil-Premessa (329), bl-applikazzjoni mutatis mutandis.

(416)

Il-livelli ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji li kkooperaw oħrajn” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” ġew stabbiliti bl-istess mod bħall-marġnijiet tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-Premessi (287) u (290)). Fuq din il-bażi, fir-rigward tal-marġini tad-dannu residwu, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li dan jiġi stabbilit fil-livell tal-marġini tad-dannu medju ponderat iddeterminat għat-tipi ta’ prodotti l-aktar esportati minn Suzhou Titan, il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun bl-ogħla marġini ta’ dannu individwali. Dawn it-tipi ta’ prodotti kienu jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-esportazzjonijiet minn din il-kumpanija tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

Kumpanija

Marġini ta’ dumping definittiv (%)

Marġni ta’ ħsara definittiv (%)

Chengxi Shipyard

127,8

7,5

Penglai Dajin

49,7

7,2

Suzhou Titan

60,7

14,4

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

83,2

11,2

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

144,2

19,2

(417)

Wara d-dikjarazzjoni finali, l-EWTA affermat li d-dazji proposti ma kinux biżżejjed biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lejn l-industrija tal-Unjoni; dawn id-dazji ma jreġġgħux lura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u livell ġust tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u ma jtejbux il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Dawn jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku li skonthom jenħtieġ li jiġi applikat id-dazju inferjuri meta jkun adegwat biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(418)

L-EWTA żiedet, b’referenza għall-Artikolu 7(2) u (2a) tar-Regolament bażiku, li l-leġiżlazzjoni primarja tal-UE ġġustifikat l-impożizzjoni ta’ tariffi fil-livell tal-marġini tad-dumping u li jekk il-Kummissjoni tiddevja mir-rekwiżiti skont l-Artikolu 7(2) u tapplika dazju inferjuri skont l-Artikolu 7(2a), allura jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina jekk dazju aktar baxx mill-marġini tad-dumping ikunx biżżejjed biex jitneħħa d-dannu u titqies l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(419)

Skont l-EWTA, ir-Regolament bażiku jistabbilixxi dispożizzjoni fl-Artikolu 7(2) li għandha l-għan li tipprovdi l-protezzjoni massima tal-interessi tal-UE. L-EWTA argumentat li l-Kummissjoni twettaq l-eżamijiet meħtieġa sabiex tiddevja mill-Artikolu 7(2) u tivverifika jekk il-kundizzjonijiet humiex issodisfati biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazji f’livell aktar baxx. Fir-rigward tal-punt ta’ hawn fuq, fil-fehma tal-EWTA, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni u ma jidhirx li hemm xi bażi legali primarja oħra tal-UE li tippermetti lill-Kummissjoni tiddevja minn dawn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, aħseb u ara li tiddelega lill-ilmentatur l-obbligu jew il-kompitu li jinvestiga u jipprova dan il-punt. F’dan il-kuntest, l-EWTA nnotat li min-naħa tagħha, l-ilment ipprovda fatti u argumenti raġonevoli u hija talbet b’mod ċar lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi d-dazji fil-livell tal-marġini tad-dumping minħabba d-distorsjonijiet serji fejn tidħol il-materja prima ewlenija f’dik il-kwistjoni, li l-Kummissjoni stess kienet diġà stabbiliet f’diversi okkażjonijiet reċenti. F’dan il-kuntest, l-EWTA rreferiet għat-Taqsima 2.7.2. tal-ilment, li wriet l-evoluzzjoni tad-differenza sinifikanti fil-prezz għall-pjanċi tal-azzar bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li trid tinftiehem bħala li taqa’ fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku li jkopri l-punt li “l-prezz ta’ materja prima huwa ferm aktar baxx meta mqabbel mal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi”. Barra minn hekk, l-EWTA nnotat li billi l-Kummissjoni kienet diġà stabbiliet l-eżistenza tad-distorsjonijiet fil-materja prima inkwistjoni, kif ukoll f’inputs ewlenin oħrajn bħall-enerġija u l-manodopera, jenħtieġ li jkun sempliċi li dawn l-aspetti jiġu integrati biex jiġi rrinunzjat l-Artikolu 7(2a) u jiġu infurzati d-dazji fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2). Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-EWTA żammet it-talba tagħha li timponi d-dazji fil-livell tal-marġini tad-dumping f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku u affermat li ssib mod legali effiċjenti, effettiv u kostruttiv biex jiġi żgurat li dan ir-rekwiżit tar-Regolament bażiku jiġi ssodisfat.

(420)

Il-Kummissjoni nnotat li r-regola ġenerali biex jiġi kkalkolat livell ta’ dazju hija stabbilita fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, li hija li tingħata prijorità lill-marġini tad-dannu kull meta dan ikun aktar baxx mill-marġini tad-dumping (“ir-regola tad-dazju inferjuri”). Normalment, minnu nnifsu, tali marġini tad-dannu se jneħħi d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, minħabba li dan jiġi kkalkolat billi jiżdied profitt fil-mira mal-ispiża attwali tal-produzzjoni mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku.

(421)

Eċċezzjoni għar-regola ġenerali hija, kif irrimarkat tajjeb l-EWTA, stabbilita fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi li jiġi kkunsidrat jekk hemmx distorsjonijiet fuq il-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(422)

Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku jiddikjara li l-investigazzjoni għandha tkopri kwalunkwe distorsjoni fuq il-materja prima identifikata fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li għall-eżistenza tagħha l-Kummissjoni għandha biżżejjed evidenza skont l-Artikolu 5. L-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet rigward il-bidu tal-proċedimenti. Fil-bidu, l-ilment ma pprovda l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ xi waħda mill-miżuri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ, u l-Kummissjoni lanqas ma kellha xi evidenza tal-eżistenza ta’ tali miżuri. Konsegwentement, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni ma setgħetx tkopri tali distorsjonijiet. Għalhekk, l-affermazzjoni tas-EWTA ġiet irrifjutata.

6.2.   Konklużjoni dwar il-livell tal-miżuri

(423)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping definittivi jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Chengxi Shipyard

7,5 %

Penglai Dajin

7,2 %

Suzhou Titan

14,4 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

11,2 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

19,2 %

7.   INTERESS TAL-UNJONI

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(424)

L-ebda produttur tal-SWT fl-Unjoni ma oppona l-miżuri. Il-miżuri huma mistennija li jreġġgħu lura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u livell ġust tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u jtejbu l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

(425)

L-industrija tal-Unjoni għaddiet minn ristrutturar fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni u hija kontinwament attenta biex ittejjeb l-effiċjenza tagħha f’termini ta’ kosteffiċjenza u innovazzjoni u biex taqdi aħjar lill-klijenti. Madankollu, l-ilmentatur sostna li, fis-snin 2018-2019, kien hemm erba’ produtturi tal-SWT tal-Unjoni li kienu bdew proċedimenti ta’ insolvenza (138).

(426)

Jekk ma kien hemm l-ebda miżura, xi produtturi oħrajn tal-Unjoni jista’ jkollhom jagħmlu l-istess, inaqqsu l-attivitajiet tal-SWT tagħhom jew saħansitra jżarmawhom, u jnaqqsu l-impjiegi (139). Dan jista’ jħalli lill-utenti b’sorsi ta’ provvista saħansitra aktar limitati, iwassal għal dewmien u jaffettwa b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq. It-telf ta’ għarfien espert fl-Unjoni ma huwiex mixtieq f’kuntest tal-miri tal-Unjoni għall-installazzjonijiet eoliċi fuq l-art u lil hinn mill-kosta għas-snin li ġejjin. Ir-rata tal-użu tal-kapaċità fit-Tabella 6 hawn fuq turi li, għall-kuntrarju ta’ dak li affermaw xi partijiet, l-industrija tal-Unjoni tista’ tissodisfa d-domanda fl-Unjoni u għad għandha kapaċitajiet ta’ riżerva.

(427)

Il-protezzjoni tal-produtturi tal-SWT fl-Unjoni ssaħħaħ il-katina tal-valur rinnovabbli fl-Unjoni u mudell kummerċjali sostenibbli bbażat fuq is-sigurtà tal-provvista u l-kompetizzjoni ġusta. Fis-snin li ġejjin hija mistennija żieda fid-domanda tal-installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ. Konsegwentement, WindEurope tistenna li l-valur tas-suq għat-torrijiet tar-riħ se jikber bi 2,4 % fis-sena sal-2029 biex jilħaq EUR 4 biljun (140).

(428)

Fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa probabbli ħafna li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tkompli tiddeterjora. Hemm kapaċità żejda sostanzjali tal-produzzjoni tal-SWT fiċ-Ċina. Tali kapaċità taqbeż it23 000 torri fis-sena, jiġifieri 100 % tad-domanda dinjija (141), f’kuntest fejn il-produtturi Ċiniżi tal-SWT jiffaċċjaw miżuri ta’ difiża tal-kummerċ f’diversi partijiet tad-dinja, bħall-Istati Uniti (142), l-Awstralja (143) jew il-Messiku (144), li tagħmilha probabbli ħafna li jkun hemm żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni.

(429)

Wara d-dikjarazzjoni finali, l-EWTA u diversi produtturi tal-Unjoni lmentaw dwar it-tul tal-proċedura biex jiġu imposti miżuri definittivi u l-livell dikjarat tad-dazji, li huma qiesu bħala baxxi wisq biex jipproteġu biżżejjed lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ċaħdet tali kummenti. L-iskeda ta’ żmien tal-investigazzjoni kienet f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti u l-Kummissjoni tat l-attenzjoni dovuta qabel ma waslet għall-konklużjonijiet tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkalkolat id-dazji anti-dumping li għandhom jiġu imposti bl-użu ta’ settijiet ta’ data sottomessi mill-partijiet rilevanti bħala kontrovverifikati u bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tar-Regolament bażiku.

(430)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

(431)

Il-Kummissjoni sabet li n-negozju tal-SWT huwa essenzjalment wieħed diżintermedjat, minħabba li l-utenti jixtru l-SWT direttament mingħand il-produtturi tal-SWT. L-utenti fl-Unjoni normalment jieħdu ħsieb l-importazzjoni tal-SWT.

(432)

L-ebda kumpanija li tieħu ħsieb l-importazzjoni biss tal-SWT ma kkooperat fl-investigazzjoni. Kumpanija f’Hong Kong relatata mal-grupp Ċiniż Envision (żviluppatur tat-turbini eoliċi) imliet kwestjonarju maħsub għal importaturi mhux relatati fl-Unjoni u qieset il-miżuri mhux meħtieġa biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-SWT. L-investigazzjoni wriet li r-rispondent huwa parti minn grupp li l-interessi ewlenin tiegħu huma ekwivalenti għal dawk ta’ utent tal-SWT.

(433)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda evidenza li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping se jkollha impatt fuq l-importaturi.

7.3.   L-interess tal-utenti

(434)

Tipikament, il-prodott li qed jiġi investigat jinbiegħ direttament mill-produtturi tal-SWT lill-produtturi tat-turbini eoliċi, li huma utenti f’dan il-proċediment sal-punt li jimmuntaw l-SWT b’turbina eolika sħiħa.

(435)

L-utenti GE u Vestas, li flimkien kienu jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, issottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju u xi informazzjoni oħra fuq talba. Barra minn hekk, l-utenti SGRE u Nordex issottomettew ċerta informazzjoni dwar ix-xiri tagħhom fuq talba. Dawn l-erba’ kumpaniji huma fost l-akbar għaxar manifatturi tat-turbini eoliċi tal-enerġija mir-riħ (145).

(436)

Is-CCCME qieset li l-utenti kienu eżempju ta’ suċċess tal-globalizzazzjoni u tal-kooperazzjoni internazzjonali billi integraw komponenti minn madwar id-dinja kollha, inklużi l-SWT Ċiniżi. Is-CCCME ddikjarat li l-miżuri dwar l-SWT li joriġinaw miċ-Ċina jaffettwaw il-katina tal-provvista u jdewmu l-proġetti eoliċi, minħabba li l-utenti għandhom proċessi twal u kumplessi ta’ kwalifika għall-fornituri. Il-Kummissjoni ma qablitx, minħabba li l-miżuri se jreġġgħu lura l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u mhux jagħlqu l-bieb għall-importazzjonijiet miċ-Ċina. Barra minn hekk, fil-katina tal-provvista tagħha, l-industrija tal-utenti mhux qed tiddependi fuq iċ-Ċina għall-provvista tal-SWT, minħabba li hija tixtri mingħand ħafna fornituri kkwalifikati oħrajn fl-Unjoni u fi bnadi oħrajn. Il-kwistjoni hija indirizzata aktar fil-Premessa (443) hawn taħt.

(437)

L-assoċjazzjoni WindEurope u diversi manifatturi tat-turbini eoliċi esprimew it-tħassib tal-utenti. Diversi utenti ddikjaraw li huma ma setgħux jassorbu d-dazji anti-dumping fuq l-SWT, minħabba li kienu qed iħallsu dazji anti-dumping u kompensatorji fuq materja prima differenti oħra użata fit-turbini eoliċi u minħabba li l-ispejjeż tal-SWT huma sehem sinifikanti mill-ispejjeż ta’ turbina eolika. Xi utenti nnotaw it-telf li sar minn ħafna minnhom fl-Unjoni fil-passat reċenti. SGRE nnotat li l-utenti kienu qed iħabbru profitti baxxi għall-2021 (146). Xi wħud allegaw li l-miżuri jżidu l-prezzijiet tal-SWT (inklużi dawk li joriġinaw mill-Unjoni), jaffettwaw b’mod negattiv il-profitti tal-utenti u xi wħud mill-attivitajiet tagħhom, jiffriżaw ir-reklutaġġ u jagħlqu l-faċilitajiet tal-manifattura inqas kompetittivi tagħhom f’ċerti partijiet fl-Unjoni. F’dan ir-rigward, WindEurope ddikjarat li fl-2019 l-industrija tal-enerġija mir-riħ Ewropea kienet tirrappreżenta aktar minn 300 000 impjieg, li aktar minn 50 000 minnhom kienu impjiegi diretti pprovduti mill-manifatturi tat-turbini eoliċi, filwaqt li ġġenerat dħul sinifikanti u kkontribwixxiet għall-PDG tal-UE. Diversi utenti ddikjaraw li l-importazzjonijiet kienu meħtieġa u kienu qed jibżgħu minn nuqqas ta’ kapaċità u (aggravar ta’) problemi ta’ provvista fl-Unjoni, jiġifieri għal daqsijiet akbar (147). SGRE allegat spejjeż ogħla għall-utenti minħabba l-ħtieġa li jakkwistaw mingħand fornituri subottimali fir-rigward ta’ postijiet speċifiċi. GE ddikjarat li jenħtieġ li l-kapaċità tiġi analizzata separatament għat-torrijiet fuq l-art versus it-torrijiet lil hinn mill-kosta u allegat li l-ilmentaturi kienu qed joperaw kważi b’kapaċità sħiħa għall-produzzjoni tal-SWT fuq l-art u li, f’diversi okkażjonijiet, ma setgħux jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ GE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ speċifikazzjoni jew fiż-żmien ta’ tħejjija meħtieġ (u xi drabi xejn). Skont GE, GRI kienet qed timbotta d-domanda tal-Unjoni għall-SWT lejn il-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħha fit-Turkija u fl-Indja. SGRE nnotat li t-tweġiba ta’ GRI għall-kwestjonarju wriet li l-kumpanija kellha tixtri l-SWT biex tilħaq id-domanda. Uħud mill-affermazzjonijiet, jiġifieri dawk li jikkonċernaw spejjeż ogħla għall-utenti u kwistjonijiet ta’ provvista, ġew imtennija wara d-dikjarazzjoni finali. L-affermazzjonijiet kollha f’din il-premessa huma indirizzati fil-premessi li ġejjin.

(438)

Bħala rimarka preliminari, il-Kummissjoni nnotat li ħafna mid-dikjarazzjonijiet ġenerali tal-utenti dwar l-impatt tad-dazju saru fid-dawl tal-allegazzjonijiet fl-ilment, b’marġnijiet tad-dumping ikkalkolati ta’ aktar minn 50 % u marġnijiet tad-dannu sa 20 %. Fi kliem ieħor, huma ma kkunsidrawx il-livell tad-dazji skont l-investigazzjoni attwali.

(439)

Il-partijiet kienu differenti fil-kwantifikazzjoni tal-ispejjeż tal-SWT fl-ispejjeż tat-turbini eoliċi, b’perċentwali li jvarjaw fil-medda ta’ 20 % (148) – 30 %. L-ebda evidenza fil-fajl tal-każ ma ssuġġeriet li l-utenti ma jistgħux jgħaddu ż-żidiet fl-ispejjeż fuq l-SWT ikkawżati mid-dazju propost, jekk ikun hemm, lill-iżviluppaturi tal-proġetti jew lil partijiet oħrajn. Barra minn hekk, fir-rigward tal-perjodu ta’ referenza, l-investigazzjoni ma wriet l-ebda telf għall-utenti li kkooperaw GE u Vestas. Għall-prodotti li jinkorporaw il-prodott li qed jiġi investigat, fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, il-GE rrapportat profitt fil-medda ta’ bejn 5 % u 10 % fl-2019 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni (149). F’dawn il-perjodi, Vestas għamlet profitti fl-istess medda, filwaqt li pprevediet profitti ogħla fis-snin li ġejjin (150). Huwa nnotat li l-profittabbiltà tal-utenti għandha titqies f’kuntest usa’, minħabba li l-bejgħ ta’ turbini eoliċi li jinkorporaw l-SWT isir fi proġett usa’ (151) u spiss flimkien ma’ kuntratti ta’ servizz u manutenzjoni (152) għal diversi snin. F'Vestas, fl-2020, il-prestazzjoni tad-diviżjoni tas-servizz kienet b’saħħitha ħafna, b’żieda ta’ 10 % fid-dħul sena wara sena u b’marġini rekord tal-EBIT ta’ 28 % (153). Fir-rigward ta’ Nordex u SGRE, bejn l-2017 u l-2019, il-marġini għas-servizzi kien ukoll ogħla b’mod sinifikanti mill-EBIT (pożittiv) tagħhom għall-ordnijiet tat-turbini eoliċi (154). Il-fatt li fl-2021 (155) xi utenti esperjenzaw profitti aktar baxxi (156) ma jistax ibiddel il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-utenti kellhom prestazzjoni tajba ħafna matul perjodu meta l-ispiża tal-enerġija mir-riħ naqas (157) u l-eżistenza ta’ ċerta ċikliċità fil-qligħ tagħhom, skont il-fażi tal-proġetti li jittrattaw magħhom. Fil-kummenti tagħha dwar id-dikjarazzjoni finali, is-CCCME indikat aspettattiva ċara ta’ rkupru qawwi għall-perjodu ta’ wara l-investigazzjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ konsum u produzzjoni (158).

(440)

Billi l-utenti pprovdew data parzjali ħafna dwar il-piż tal-ispejjeż tal-SWT fil-proġetti tagħhom, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel kwantifikazzjoni sinifikanti dwar kemm il-miżuri jżidu l-ispejjeż ġenerali tal-proġetti. L-estimi jindikaw perċentwali baxx li jiddependi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt. L-EWTA sostniet li ż-żieda fl-ispiża tax-xiri tal-SWT minħabba d-dazju tissarraf f’żieda annwali ta’ spiża ta’ proġett b’0,5 % ta’ dak l-ammont (159). B’hekk, jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tirriżulta, pereżempju, f’żieda ġenerali b’10 % tal-prezzijiet tal-SWT għall-utenti li jgħaddu l-biċċa l-kbira ta’ dik iż-żieda fil-prezz lill-klijenti tagħhom, din tirriżulta, skont l-EWTA, f’żieda annwali ta’ spiża ta’ proġett b’0,05 %. Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li la GE, la Vestas, la Nordex u lanqas SGRE ma jibbażaw esklussivament fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SWT.

(441)

Wara d-dikjarazzjoni finali, SGRE ddikjarat li anki jekk id-dazji jista’ jkollhom impatt relattivament żgħir fuq l-ispiża tal-SWTs espressa f’perċentwali, f’ammonti assoluti, l-impatt ikun imdaqqas minħabba l-ħtieġa li l-utenti jottimizzaw il-faċilitajiet ta’ produzzjoni bħala riżultat ta’ pressjoni kompetittiva u l-ħtieġa li jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-enerġija mir-riħ f’termini tal-ispiża livellata tal-enerġija, jiġifieri l-ispiża preżenti netta medja tal-ġenerazzjoni tal-elettriku għal impjant tal-ġenerazzjoni matul il-ħajja tiegħu. Il-parti ma kkwantifikatx l-allegat impatt “imdaqqas”. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-Premessi (438) u (440) hawn fuq, il-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ SWT Ċiniżi ma humiex mistennija li jkollhom impatt kbir fuq il-profitti tal-utenti li jikkooperaw, l-attivitajiet ta’ RuŻ tagħhom jew l-operazzjonijiet ta’ manifattura ta’ ċerti partijiet tat-turbini eoliċi mill-utenti.

(442)

Kif innotat minn WindEurope, l-utenti jiġġeneraw valur miżjud sinifikanti fl-Unjoni. Dan huwa wkoll il-każ, bħala manifatturi tal-komponenti, tal-produtturi tal-SWT fl-Unjoni (160). Madankollu, it300 000 u/jew il50 000 impjieg imsemmija minn WindEurope ma jenħtieġx li jitqabblu maċ-ċifri tal-impjiegi tal-Unjoni fit-Tabella 8 ta’ dan ir-Regolament. Iċ-ċifra ta’ 300 000 impjieg tinkludi wkoll l-impjiegi tal-manifatturi tal-komponenti, inklużi l-produtturi tal-SWT fl-Unjoni, u dawk tal-fornituri tas-servizzi fuq l-art u lil hinn mill-kosta. Dik iċ-ċifra tinkludi wkoll impjiegi f’entitajiet f’pajjiżi terzi bħar-Renju Unit, it-Turkija, in-Norveġja u l-Iżvizzera u 140 000 impjieg indirett ta’ tipi differenti. L-utenti li rrapportaw data ġenerali dwar l-impjiegi naqsu milli jikkwantifikaw l-impjiegi li jistgħu jkunu f’riskju fl-entitajiet tagħhom, jekk jiġu imposti miżuri fuq SWT li joriġina mir-RPĊ. Utenti oħrajn imsemmija fil-Premessa (435) ma pprovdew l-ebda data dwar l-impjiegi. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri pjuttost se jappoġġaw l-impjiegi fis-settur tal-enerġija mir-riħ fl-Unjoni b’mod ġenerali, minħabba li l-impjiegi f’dan il-qasam huma mbassra li jiżdiedu (161).

(443)

Fir-rigward tal-kummenti tal-utenti dwar il-problemi ta’ provvista, l-investigazzjoni wriet li l-utenti jaħdmu pjuttost b’bażi limitata ta’ fornituri tal-SWT minħabba li jieħdu perjodu twil ta’ żmien biex isibu fornituri ta’ torrijiet tar-riħ ikkwalifikati (alternattivi). Madankollu, il-bażi tal-fornituri tal-Unjoni hija kbira, bħall-firxa ta’ daqsijiet li jistgħu jipproduċu. Fir-rigward ta’ din tal-aħħar, kif imsemmi fil-Premessa (42), il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità tal-produzzjoni għad-daqsijiet kollha meħtieġa ta’ SWT. Il-fajls li jiddikjaraw il-kalkoli tad-dannu juru li, bħall-produtturi Ċiniżi, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu qed ibiegħu sezzjonijiet b’dijametru ta’ aktar minn 5 metri fl-Unjoni. Barra minn hekk, wara d-dikjarazzjoni finali, l-utenta SGRE nnotat b’mod partikolari l-ħolqien ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni ġodda u aktar moderni fl-Unjoni li kapaċi jimmanifatturaw SWT ta’ daqs akbar fl-2017, fl-2018 u fl-2020 (162). L-avviżi tal-kumpaniji mill-produtturi tal-Unjoni jirreferu għal dimensjonijiet akbar minn dawk mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (163). Fil-fatt hemm provvista sinifikanti fl-Unjoni: il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-SWT tal-Unjoni hija ogħla mill-konsum tal-Unjoni u fl-Unjoni hemm kapaċitajiet sinifikanti tal-SWT (ara t-Tabella 6) li jaqdu l-postijiet kollha meħtieġa u s-swieq kemm fuq l-art kif ukoll lil hinn mill-kosta. Is-CCCME rrikonoxxiet żieda fil-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni f’dawn l-aħħar snin. Għalkemm iċ-ċirkostanzi tas-suq kienu diffiċli minħabba l-preżenza kbira ta’ SWT Ċiniżi bi prezzijiet baxxi, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni skont it-talba tal-klijenti (164) u impenjat ruħha li żżid aktar il-kapaċità tagħha, jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu. Jekk jiġu imposti miżuri, l-importazzjonijiet miċ-Ċina xorta jkunu possibbli (għalkemm f’livelli ta’ prezzijiet ikkoreġuti) u l-importazzjonijiet li joriġinaw minn postijiet oħrajn jibqgħu disponibbli (165).

(444)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet miġbura fil-qosor fil-Premessa (437).

(445)

Wara d-dikjarazzjoni finali, SGRE allegat li l-produtturi Ċiniżi jindirizzaw biss id-domanda fid-Danimarka, fl-Iżvezja u fil-Finlandja, minħabba li ma għandhomx kompetittività fl-Istati Membri tan-Nofsinhar. Il-Kummissjoni nnotat li l-Unjoni hija Suq Uniku. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ tal-SWT Ċiniżi ma seħħx biss fl-Istati Membri tat-Tramuntana. Il-Kummissjoni sabet li l-allegazzjoni ta’ SGRE kienet bla bażi.

(446)

Diversi partijiet sostnew li t-teknoloġija tat-turbini eoliċi u t-teknoloġija tal-pannelli solari (fil-biċċa l-kbira tagħhom manifatturati barra mill-Unjoni) xi drabi jikkompetu direttament f’termini ta’ prezz għal kull kWh ta’ elettriku. Din il-kompetizzjoni żiedet il-pressjoni sabiex l-SWT jiġu manifatturati għal prezzijiet dejjem aktar baxxi. Għalhekk, huma sostnew li anki jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tista’ ssalva jew toħloq l-impjiegi fl-industrija tal-manifattura tal-SWT, dak il-benefiċċju x’aktarx li jiġi ssuperat mit-telf tal-impjiegi f’partijiet oħrajn tal-industrija tat-turbini eoliċi minħabba domanda aktar baxxa (ordnijiet mitlufa għall-industrija tal-pannelli solari minħabba żieda fil-prezzijiet tal-SWT u, konsegwentement, tat-turbini eoliċi).

(447)

Din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, sit ikun adattat u żviluppat jew esklussivament għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ jew inkella esklussivament għall-ġenerazzjoni tal-enerġija solari, minħabba l-pożizzjoni tiegħu (pereż. lil hinn mill-kosta, post li jaqbad massimu ta’ xemx jew riħ, eċċ.) jew domandi tal-kummissarju / popolazzjoni. Barra minn hekk, l-affermazzjoni ta’ hawn fuq tippresupponi li l-impożizzjoni ta’ miżuri se tirriżulta f’żieda ġenerali fL-ispejjeż tax-xiri tat-turbini eoliċi, iżda kif spjegat fil-Premessi minn (438) sa (441), il-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ SWT Ċiniżi mhux mistennija li jkollhom impatt kbir fuq l-utenti, anki minħabba d-disponibbiltà tas-sorsi ta’ provvista spjegati fil-premessa (443).

7.4.   L-interess tal-fornituri

(448)

L-assoċjazzjoni tal-azzar Eurofer iddikjarat li hemm interess ċar tal-Unjoni li jkun hemm miżuri fuq l-SWT biex jiġi evitat li d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-pjanċi tal-quarto, protetti minn miżuri anti-dumping, jitmexxa ’l isfel fil-katina tal-valur tal-azzar tal-Unjoni. Il-parti enfasizzat l-importanza tal-industrija tal-SWT tal-Unjoni għall-fornituri tal-azzar tal-Unjoni u fil-kuntest tal-pjanijiet tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni. Skont l-intelliġenza tas-suq (166), l-enerġiji rinnovabbli se jeħtieġu minn 8 sa 10 darbiet aktar azzar għal kull MW manifatturat mill-enerġiji fossili, filwaqt li l-għadd ta’ turbini eoliċi installati se jiżdied fis-snin li ġejjin.

(449)

Is-CCCME ddikjarat li l-miżuri jiskoraġġixxu l-investimenti Ċiniżi fl-Unjoni li jikkonsistu fix-xiri ta’ produtturi lokali (insolventi) tal-SWT, u b’hekk jaffettwaw b’mod negattiv lill-fornituri tal-magni Ewropej. Il-Kummissjoni ma qablitx. Il-produtturi tal-makkinarji fl-Unjoni huma mistennija li jibbenefikaw minn titjib fis-sitwazzjoni tal-produtturi tal-SWT fl-Unjoni.

(450)

Il-Kummissjoni tistenna li l-miżuri se jkunu ta’ benefiċċju għall-industriji upstream fl-Unjoni, jiġifieri l-fornituri tal-materja prima (pereż. l-imtieħen tal-azzar tal-Unjoni) u l-produtturi tal-makkinarju rilevanti fl-Unjoni.

7.5.   L-interessi ambjentali

(451)

Il-Kummissjoni qieset li l-miżuri jżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni għall-industrija tal-enerġija mir-riħ tal-Unjoni. SGRE u s-CCCME allegaw li l-miżuri jkollhom impatt detrimentali fuq il-kisba tal-miri tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis tas-CO2 u b’hekk ma jkunux fl-interess tal-Unjoni. GE qieset li l-miżuri se jimpedixxu lill-Istati Membri milli jilħqu l-miri tal-enerġija rinnovabbli, li l-proġetti eoliċi ma jibqgħux ekonomiċi jekk ma jintlaħqux il-limiti tal-investiment (pereż. dewmien fl-iskeda / is-sehem tal-finanzjament tad-dejn ma jkunx jista’ jinkiseb) u jipprevjenu l-iżvilupp ta’ xi proġetti. Wara d-divulgazzjoni finali, WindEurope beżgħet minn nuqqas ta’ investiment fil-manifattura u fir-riċerka u l-iżvilupp avvanzati u li l-industrija Ewropea kienet se titlef it-tellieqa globali għat-tmexxija teknoloġika fl-enerġija mir-riħ. Il-Kummissjoni qieset li l-miżuri antidumping fuq l-SWT Ċiniżi mhumiex mistennija li jimminaw il-kisba tal-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli u għat-tnaqqis tas-CO2 u lanqas li jikkanċellaw proġetti eoliċi. Għall-kuntrarju, il-miżuri huma mistennija li jikkontribwixxu għall-użu tal-enerġija mir-riħ madwar l-Unjoni billi joħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fejn l-operaturi ekonomiċi kollha, inklużi l-produtturi Ċiniżi, jistgħu jikkompetu f’kundizzjonijiet ġusti.

(452)

GE ddikjarat li l-miżuri jwasslu għal prezzijiet ogħla tal-enerġija għall-konsumaturi u jikkontradixxu l-objettiv tal-Kummissjoni li l-elettriku minn sorsi rinnovabbli jenħtieġ li jintuża bl-inqas spiża possibbli għall-konsumaturi u għall-kontribwenti. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li l-miżuri fuq l-SWT iwasslu għal żidiet sinifikanti fil-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi fl-Unjoni. L-ebda parti ma pprovdiet data li tippermetti l-kwantifikazzjoni ta’ tali żieda, jekk ikun hemm. Fir-rigward tal-kontribwenti, iż-żidiet imbassra fl-installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ fl-Unjoni (167) huma mistennija li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet li jospitaw proġetti permezz tat-taxxi u ta’ redditi oħrajn (168).

(453)

Meta wieħed iżomm f’moħħu l-finanzjament magħmul disponibbli għas-settur tal-enerġija mir-riħ mill-Unjoni u mill-Istati Membri, fil-fehma ta’ GE, il-miżuri jmorru kontra l-interessi proprji tal-Unjoni u jipperikolaw is-sostenibbiltà tas-settur tal-enerġija mir-riħ tagħha. Il-Kummissjoni ma qablitx. Bħala manifatturi tal-komponenti, il-produtturi tal-SWT fl-Unjoni jiġġeneraw valur miżjud sinifikanti fl-industrija tal-enerġija mir-riħ (169). Il-miżuri huma mistennija jappoġġaw lill-produtturi tal-SWT fl-Unjoni u jrendulhom tkabbir, stabbiltà tal-impjiegi, dħul u investimenti. Jenħtieġ li l-utenti jibbenefikaw minn bażi wiesgħa ta’ produtturi tal-SWT kompetittivi, affidabbli u finanzjarjament sodi fl-Unjoni u minn termini ta’ żmien konvenjenti li l-produtturi tal-Unjoni jistgħu joffru bis-saħħa tal-prossimità tagħhom

7.6.   Fatturi oħrajn

(454)

Is-CCCME ddikjarat li l-produtturi tal-SWT tal-Unjoni kellhom l-għan li jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom ta’ kważi monopolju fis-suq ftit qabel żieda mistennija fid-domanda, fir-rigward tal-profitt biss minn dawn l-iżviluppi mistennija. Il-Kummissjoni qieset li din l-affermazzjoni ma kinitx appoġġata u kienet infondata. L-għadd ta’ produtturi tal-SWT fl-Unjoni waħdu jikkontradixxi kwalunkwe pożizzjoni monopolistika fis-suq. L-Illustrazzjoni 24 f’pubblikazzjoni reċenti minn WindEurope (170) turi għadd kbir ta’ faċilitajiet li jimmanifatturaw it-torrijiet (ogħla mill-għadd ta’ faċilitajiet li jimmanifatturaw komponenti eoliċi oħrajn).

(455)

Barra minn hekk, fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, GE indikat tnaqqis potenzjali fil-forza tax-xogħol tal-Unjoni għall-partijiet intermedjarji involuti fl-operazzjonijiet tal-port u dawk involuti fit-trasport u fl-installazzjoni ta’ turbini eoliċi lesti. Minħabba ż-żidiet imbassra fl-installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ fl-Unjoni (ara n-nota 167 f’qiegħ il-paġna), il-Kummissjoni sabet li l-affermazzjoni ma kinitx issostanzjata.

7.7.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(456)

FUQ il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ torrijiet tar-riħ tal-azzar u s-sezzjonijiet tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

8.1.   Kumment preliminari

(457)

It-Taqsima 4 tan-notifika ta’ bidu indikat li l-ilmentatur kien ipprovda evidenza li l-prodott li qed jiġi investigat kien qed jinġieb fi kwantitajiet sinifikanti lil hinn mill-kosta, jiġifieri lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew fiż-żona ekonomika esklussiva (“CS/EEZ”) iddikjarata minn Stat Membru skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (“UNCLOS”).

(458)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 14a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-miżuri, jekk ikun hemm, jenħtieġx li jiġu imposti wkoll fis-CS / fl-EEZ. L-investigazzjoni wriet li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun ma rrapporta bejgħ lejn il-blata kontinentali jew l-EEZ. Il-Kummissjoni ma kisbet l-ebda indikazzjoni tal-bejgħ ta’ xi sinifikat mill-produtturi Ċiniżi tal-SWT lejn is-CS / l-EEZ.

(459)

Għalhekk, billi ma hemm l-ebda evidenza li l-prodott li huwa l-oġġett ta’ dumping iddaħħal fi kwantitajiet sinifikanti fis-CS / fl-EEZ, ma hija imposta l-ebda miżura antidumping fis-CS / fl-EEZ.

(460)

Wara d-dikjarazzjoni finali, l-ilmentatur u diversi produtturi tal-Unjoni ddikjaraw li n-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping fis-CS / fl-EEZ ħalla l-bieb miftuħ għal ċerti prattiki ta’ dumping mill-produtturi Ċiniżi. Il-Kummissjoni ċaħdet il-kummenti. Minħabba li r-rekwiżiti tal-Artikolu 14a tar-Regolament bażiku ma humiex issodisfati, kif ġie spjegat, il-Kummissjoni ma tistax timponi miżuri anti-dumping fis-CS / fl-EEZ fil-qafas tal-investigazzjoni attwali.

8.2.   Miżuri definittivi

(461)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. Għar-raġunijiet stabbiliti fit-Taqsima 6 u, b’mod partikolari, fil-Premessi minn (417) sa (422) ta’ dan ir-Regolament, id-dazji anti-dumping jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri.

(462)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti dawn id-dazji huma stabbiliti kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Chengxi Shipyard

7,5 %

Penglai Dajin

7,2 %

Suzhou Titan

14,4 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

11,2 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

19,2 %

(463)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

(464)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (171). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(465)

Biex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(466)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(467)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi u diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(468)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(469)

Il-prodott li qed jiġi investigat, meta jingħaqad ma’ partijiet oħrajn sabiex flimkien jikkostitwixxu turbina eolika, bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 8502 31 00. Sabiex jiġi żgurat li d-dazji anti-dumping jiġu applikati biss fuq l-SWT, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li l-valur għall-SWT irid jiddaħħal fid-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Il-valur tal-SWT jenħtieġ li jiġi indikat speċifikament għal 8502310011 u 8502310085.

(470)

L-istatistika tal-SWT ta’ spiss tiġi espressa fl-għadd ta’ oġġetti (biċċiet). Madankollu, tali unità supplimentari ma hijiex definita sistematikament għall-SWT speċifikat fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (172). Għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit li fid-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ma jiddaħħalx biss il-piż f’kg jew f’tunnellati, iżda wkoll l-għadd ta’ oġġetti għall-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat.

9.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(471)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2018/1046 (173), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jenħtieġ li jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(472)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja, kemm jekk ġejjin għad-djieq kif ukoll jekk le, u s-sezzjonijiet tagħhom, kemm jekk immuntati kif ukoll jekk le, kemm jekk jinkludu sezzjoni ta’ pedament integrat tat-torri kif ukoll jekk le, kemm jekk magħqudin ma’ gondoli jew bi xfafar tar-rotor kif ukoll jekk le, u li huma ddisinjati biex jappoġġaw il-gondola u x-xfafar tar-rotor li jintużaw f’turbini eoliċi li għandhom kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku – jew f’applikazzjonijiet fuq l-art jew lil hinn mill-kosta – daqs jew aktar minn 1,00 megawatt u b’għoli minimu ta’ 50 metru mkejjel mill-bażi tat-torri sal-qiegħ tal-gondola (jiġifieri fejn il-parti ta’ fuq tat-torri u l-gondola huma magħquda) meta mmuntati kompletament, li joriġinaw mir-RPĊ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7308 20 00 (il-kodiċi TARIC 7308200011), ex 7308 90 98 (il-kodiċi TARIC 7308909811) u, meta importati bħala parti minn turbina eolika, bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8502 31 00 (il-kodiċijiet TARIC 8502310011 u 8502310085).

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata tad-dazju antidumping definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Iċ-Ċina

Chengxi Shipyard Co., Ltd

7,5 %

C726

Penglai Dajin Offshore Heavy Industry Co., Ltd

7,2 %

C727

Suzhou Titan New Energy Technology Co., Ltd

14,4 %

C728

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw, elenkati fl-Anness

11,2 %

Ara l-Anness

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

19,2 %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni bid-data u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta”. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-rigward tat-turbini eoliċi msemmija fl-Artikolu 1(1), li joriġinaw mir-RPĊ, il-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tat-torrijiet tar-riħ imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jiddaħħal fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.

Id-dazji anti-dumping imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom japplikaw biss għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tat-torrijiet tar-riħ imsemmija fl-Artikolu 1(1).

Għandha tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Din għandu jkun fiha informazzjoni dettaljata biżżejjed biex tippermetti lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jivvalutaw l-akkuratezza tal-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tat-torrijiet tar-riħ imsemmija fl-Artikolu 1(1).

L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta’ kull xahar, jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, iddikjarat għat-torrijiet tar-riħ imsemmija fl-Artikolu 1(1) importati bħala parti minn turbina eolika msemmija fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 3

Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1), irrispettivament mill-oriġini tagħhom, l-għadd ta’ oġġetti tal-prodotti importati għandu jiddaħħal fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni, sakemm din l-indikazzjoni tkun kompatibbli mal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (174).

L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta’ kull xahar, jinformaw lill-Kummissjoni dwar in-numru ta’ oġġetti importati taħt il-kodiċijiet TARIC 7308200011, 7308909811, 8502310011 u 8502310085.

Artikolu 4

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex jiżdiedu produtturi esportaturi ġodda miċ-Ċina u jsiru soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

huwa ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020);

(b)

ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c)

li effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali rrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ torrijiet tar-riħ tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 351, 21.10.2020, p. 8).

(3)  t21.003247.

(4)  Jinsabu fuq https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2488

(5)  Jinsabu fuq https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2488.

(6)  Notifika dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(7)  Sezzjoni tat-torri tar-riħ tikkonsisti fi strutturi tal-azzar u pjanċi tal-azzar irromblati f’forom ċilindriċi jew koniċi u wweldjati flimkien (jew imwaħħlin b’mod ieħor) biex jifformaw qoxra tal-azzar, kemm jekk miksija kif ukoll jekk le, lesti fit-truf jew miżbugħa, irrispettivament mit-trattament jew il-metodu ta’ manifattura, bi jew mingħajr flanġijiet, bibien, jew komponenti interni jew esterni (pereżempju, flooring / decking, slielem, liftijiet, kaxxi fejn jingħaqdu l-cables tal-elettriku, conduit, xedd tal-cable għall-ġeneratur tal-gondoli, dawl ta’ ġewwa, kabinetti li jissakkru għall-għodda u għall-ħażna) imwaħħla mas-sezzjoni tat-torri tar-riħ.

(8)  Nru ta’ referenza t21.001369.

(9)  Nru ta’ referenza t20.007979.

(10)  Nru ta’ referenza t20.008738.

(11)  Nru ta’ referenza t20.008722.

(12)  Nru ta’ referenza t20.008655.

(13)  Nru ta’ referenza t21.002365.

(14)  Nru ta’ referenza t21.003189.

(15)  Nru ta’ referenza t21.003476.

(16)  Nru ta’ referenza t21.003443.

(17)  Nru ta’ referenza t21.003444.

(18)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan.

(19)  Ara l-Premessi 149-150 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-Premessi 158-159 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508.

(20)  Ara l-Premessi 115-118 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-Premessi 122-127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508.

(21)  Ara l-Premessi 119-122 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-Premessi 128-132 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fl-imgħoddi dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-inqas sa mill-2016, is-CCP saħħaħ l-affermazzjonijiet li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-vireg tal-wajer u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(22)  Ara l-Premessi 123-129 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-Premessi 133-138 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508.

(23)  Ara l-Premessi 130-133 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-Premessi 139-142 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508.

(24)  Ara l-Premessi 134-135 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-Premessi 143-144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508.

(25)  Ara l-Premessi 136-145 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-Premessi 145-154 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508.

(26)  Ara Utility Scale Wind Towers From the People's Republic of China: Final Affirmative Countervailing Duty Determination, 77 FR 75978 (is-26 ta’ Diċembru 2012) u Issues and Decision Memorandum for the Final Results of the Expedited First Sunset Review of the Countervailing Duty Order on Utility Scale Wind Towers from the People’s Republic of China, https://enforcement.trade.gov/frn/summary/prc/2018-10555-1.pdf

(27)  Id-dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD (2017) 483 final/2.

(28)  Ir-Rapport – Kapitolu 14, p. 358: 51 % tal-kumpaniji privati u 49 % tal-SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % tal-SOEs u 56 % tal-kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.

(29)  Jinsab fuq:

www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021); https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021), u

www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

(30)  Jinsab fuq http://www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021) u http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

(31)  Kif kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009. Ara r-rapport ta’ Beijing steel, p. 58, u s-sehem ta’ maġġoranza akkwistat ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju 2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

(32)  TISCO, “Il-profil tal-kumpanija”, http://en.tisco.com.cn/CompanyProfile/20151027095855836705.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(33)  Baowu, “Il-profil tal-kumpanija”, http://www.baowugroup.com/en/contents/5273/102759.html (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

(34)  http://csscholdings.cssc.net.cn/component_business_scope/index.php?typeid=3

(35)  http://inews.ifeng.com/50078799/news.shtml?&back

(36)  Ara artiklu fis-sit web ta’ Fujian China News, maħruġ f’Novembru 2019, Titolu: Fujian Yifan: Party building as an engine to give the enterprise a new momentum, ġdid, jinsab fuq http://www.fj.chinanews.com/news/fj_hz/2019/2019-11-29/455057.html

(37)  Ir-Rapport, Parti III, Kapitolu 14, p. 346 ff.

(38)  Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar.

(39)  Ir-Rapport, Kapitolu 14, p. 347.

(40)  It-Tlettax-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), jinsab fuq

https://en.ndrc.gov.cn/newsrelease_8232/201612/P020191101481868235378.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(41)  Ir-Rapport, Kapitolu 14, p. 349.

(42)  Ir-Rapport, Kapitolu 14, p. 352.

(43)  Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.

(44)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, pp. 375 – 376.

(45)  https://oeoc.jou.edu.cn/info/1121/1017.htm

(46)  Ara l-Premessi 134-135 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-Premessi 143-144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508.

(47)  Ara l-p. 19 tal-ilment.

(48)  Ara l-Anness R7 (p. 149 tal-Annessi) għall-ilment.

(49)  Ara l-p. 29 tal-ilment.

(50)  Ir-Rapport tal-Bord, L-UE – Il-Metodoloġiji għall-Aġġustament tal-Ispejjeż II (ir-Russja), WT/DS494/R, il-paragrafi 7.76, 7.80 u 7.81.

(51)  Komponenti interni fil-każ tat-torrijiet tar-riħ ifissru karatteristiċi addizzjonali ta’ torri tar-riħ, bħal turġien, cables elettriċi, ventilaturi, liftijiet, dwal u swiċċijiet tad-dawl.

(52)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2020) 242 final, 22.10.2020, disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/october/tradoc_158997.pdf

(53)  Rapport – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(54)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, tinsab fuq https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).

(55)  Disponibbli fuq https://www.dnb.com/ie/products/finance-credit-risk/global-financials.html (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ April 2021).

(56)  Rapport annwali tal-2019 jinsab fuq https://s2.q4cdn.com/158938184/files/doc_financials/2019/ar/NC10009566-ARCOSA-INC._10K_E-bookproof_2020_V1-(002).pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ April 2021).

(57)  Idem, p. 15.

(58)  Idem, p. 19.

(59)  Idem, p. 43 u 44.

(60)  Idem, p. 47.

(61)  Idem, p. 47 u 60.

(62)  Idem, p. 47 u 60.

(63)  Jinsab fuq https://hulisani.co.za/wp-content/uploads/2020/06/Hulisani-Integrated-Report-2020.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Marzu 2021).

(64)  Idem, p. 70.

(65)  Disponibbli fuq https://www.enka.com/investor-relations/financial-data/ (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Marzu 2021).

(66)  Rapporti finanzjarji kkonsolidati għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2019 (p. 21) li jinsabu fuq https://www.enka.com/investor-relations/financial-data/ (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Marzu 2021).

(67)  Idem, p. 45.

(68)  Idem, p. 20-21.

(69)  Rapport annwali tal-2019 (p. 14) jinsab fuq https://s2.q4cdn.com/158938184/files/doc_financials/2019/ar/NC10009566-ARCOSA-INC._10K_E-bookproof_2020_V1-(002).pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Marzu 2021).

(70)  Ara n-Noti għar-Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Kombinati (in-Nota 1, p. 65) tar-Rapport annwali tal-2019, jinsabu fuq https://s2.q4cdn.com/158938184/files/doc_financials/2019/ar/NC10009566-ARCOSA-INC._10K_E-bookproof_2020_V1-(002).pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Ottubru 2021).

(71)  Disponibbli fuq https://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials (ikkonsultat l-aħħar fit-30 ta’ Novembru 2020).

(72)  Disponibbli fuq https://docs.wto.org/dol2fe/Pages/FE_Search/FE_S_S009-DP.aspx?language=E& CatalogueIdList=247074,246544,245272,244985,243640,241597,240044,239544,238039,237441&CurrentCatalogueIdIndex=3&FullTextHash=&HasEnglishRecord=True&HasFrenchRecord=True&HasSpanishRecord=True (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Marzu 2021).

(73)  Disponibbli fil-Gazzetta Uffiċjali tas-7 ta’ Mejju 2019 (p. 17) fuq https://www.resmigazete.gov.tr/eskiler/2019/05/20190507.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Marzu 2021).

(74)  Disponibbli fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Federazzjoni fuq http://dof.gob.mx/nota_detalle.php?codigo=5555007&fecha=25/03/2019 (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Marzu 2021).

(75)  L-informazzjoni dwar it-tariffi kkonsolidati tista’ tinkiseb permezz tal-Faċilità ta’ Tniżżil tat-Tariffi tad-WTO fuq http://tariffdata.wto.org/ReportersAndProducts.aspx (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Marzu 2021).

(76)  Ir-Rapport Annwali ta’ CFE tal-2019 (p. 82) fuq https://www.cfe.mx/finanzas/reportes-financieros/ Reportes%20Anuales%20Documentos/Informe%20Anual%202019.pdf?csf=1&e=t8GHzG (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Marzu 2021).

(77)  Ir-Rapport Annwali ta’ EÜAŞ tal-2019 (p. 18) fuq https://www.euas.gov.tr/tr-TR/yillik-raporlar (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Marzu 2021).

(78)  Disponibbli fuq https://tyrkiet.um.dk/~/media/tyrkiet/pdf%20files/wind%20energy%20in%20turkey %202020.pdf?la=en (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Marzu 2021).

(79)  Ara p. 18-20, disponibbli fuq https://www.shura.org.tr/wp-content/uploads/2019/01/ SHURA_Opportunities-to-strengthen-the-YEKA-auction-model-for-enhancing-the-regulatory-framework-of-Turkeys-power-system.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Marzu 2021).

(80)  Jinsabu https://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Marzu 2021).

(81)  Disponibbli fuq https://www.macmap.org/en/query/regulatory-requirement (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Marzu 2021).

(82)  Disponibbli fuq https://www.iea.org/reports/renewables-2020/wind (ikkonsultat l-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2021).

(83)  Ara p. 10, disponibbli fuq http://aures2project.eu/wp-content/uploads/2019/12/AURES_II_case_study_ Mexico.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2021).

(84)  Disponibbli fuq https://www.iea.org/reports/renewables-2020/wind (ikkonsultat l-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2021). Qabbel ma’ https://gwec.net/north-and-latin-america-increased-wind-power-installations-by-62-in-2020/ (ikkonsultat l-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2021).

(85)  Disponibbli fuq https://www.iea.org/reports/renewables-2020/wind (ikkonsultat l-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2021).

(86)  Disponibbli fuq https://www.iea.org/reports/renewables-2020/wind (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Ottubru 2021).

(87)  Disponibbli fuq https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S2211467X2030122X (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Ottubru 2021).

(88)  Tinsab fuq http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Mejju 2021).

(89)  Tinsab fuq https://ilostat.ilo.org/data/ u fuq https://www.oecd-ilibrary.org/sites/3c92e215-en/index.html?itemId=/content/component/ 3c92e215-en (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Mejju 2021).

(90)  Tinsab fuq https://app.cfe.mx/Aplicaciones/CCFE/Tarifas/TarifasCREIndustria/Industria.aspx u fuq https://www.globalpetrolprices.com/Mexico/electricity_prices/ (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Mejju 2021).

(91)  Disponibbli fuq https://www.cre.gob.mx/IPGN/index.html (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Mejju 2021).

(92)  Għalkemm mhux il-produtturi esportaturi kollha użaw it-tliet inputs kollha, il-Kummissjoni stmat fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li dawk l-inputs aggregati jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-ispiża tal-produzzjoni.

(93)  Disponibbli fuq https://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=CIF_FOB_ITIC (ikkonsultat l-aħħar fil-31 ta’ Mejju 2021).

(94)  Id-Digriet tal-5 ta’ Ġunju 2018 li jinsab fuq http://dof.gob.mx/nota_detalle.php?codigo=5525036&fecha=05/06/2018 (ikkonsultat l-aħħar fil-31 ta’ Mejju 2021).

(95)  Id-Digriet tal-20 ta’ Mejju 2019 li jinsab fuq https://www.dof.gob.mx/nota_detalle.php?codigo =5560685&fecha=20/05/2019 (ikkonsultat l-aħħar fil-31 ta’ Mejju 2021).

(96)  Dikjarazzjoni Bi Sħab mill-Istati Uniti tal-Amerka u mill-Messiku dwar id-Dazji fuq l-Azzar u l-Aluminju skont it-Taqsima 232 tinsab fuq https://ustr.gov/sites/default/files/Joint_Statement_by_the_United_States_and_Mexico.pdf (ikkonsultat l-aħħar fil-31 ta’ Mejju 2021).

(97)  Strutturi (minbarra bini prefabbrikat tal-intestatura 9406) u partijiet ta’ strutturi (pereżempju, pontijiet u sezzjonijiet ta’ pontijiet, xtiebi li jissakkru ("lock-gates"), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għat-tisqif, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u l-għetiebi għal bibien, xaters, balavostri, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, sezzjonijiet, tubi u l-bqija, ippreparati għall-użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar; Oħrajn.

(98)  Oġġetti oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar; Oħrajn.

(99)  Verżjoni sensittiva tar-rapport RCC (p. 19) kondiviża mal-kumpanija, Nru ta’ referenza t21.005413.

(100)  Tabella F.3 – Xiri ta’ Materjali tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi.

(101)  L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(102)  Disponibbli fuq https://ilostat.ilo.org/data/ (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Mejju 2021).

(103)  Disponibbli fuq https://www.oecd-ilibrary.org/sites/3c92e215-en/index.html?itemId=/content/component/ 3c92e215-en (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Mejju 2021).

(104)  Disponibbli fuq https://app.cfe.mx/Aplicaciones/CCFE/Tarifas/TarifasCREIndustria/Industria.aspx (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Marzu 2021).

(105)  Disponibbli fuq https://www.doingbusiness.org/en/doingbusiness (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Mejju 2021).

(106)  Disponibbli fuq https://www.cre.gob.mx/IPGN/index.html (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Mejju 2021).

(107)  Disponibbli fuq https://www.fortisbc.com/about-us/corporate-information/facilities-operations-and-energy-information/how-gas-is-measured (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Mejju 2021).

(108)  Rapport annwali tal-2019 (p. 47) jinsab fuq https://s2.q4cdn.com/158938184/files/ doc_financials/2019/ar/NC10009566-ARCOSA-INC._10K_E-bookproof_2020_V1-(002).pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Mejju 2021).

(109)  Disponibbli fuq https://www.dnb.com/ie/products/finance-credit-risk/global-financials.html (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Mejju 2021).

(110)  It-Tabella G tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi.

(111)  Il-Premessi minn (188) sa (190) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, 13.10.2020, p. 8).

(112)  Ara l-Anness R4 għall-ilment.

(113)  L-ilment identifika 23 produttur tal-Unjoni, iżda xi wħud saru insolventi u/jew ma kellhom l-ebda produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(114)  t21.004376.

(115)  WindEurope hija rreġistrata wkoll bħala parti interessata f’dan il-proċediment.

(116)  Fost l-oħrajn, paġna 7 tas-“sottomissjoni tad-dannu” u paġna 28 tal-korp tat-tweġiba għall-kwestjonarju f’t20.008818 (Vestas).

(117)  Għad-dettalji dwar l-iskedi ta’ żmien, ara paġni 6, 8 u 9 ta’ t20.007935 (WindEurope). L-iskadenza għall-installazzjoni ta’ proġetti fuq l-art tista’ tkun sa erba’ snin u għal proġetti lil hinn mill-kosta sa sitt snin.

(118)  “L-enerġija mir-riħ fl-Ewropa fl-2019 - Xejriet u statistika”, WindEurope, Frar 2020, paġna 11. Ir-rapport jista’ jitniżżel minn fuq https://windeurope.org/intelligence-platform/product/wind-energy-in-europe-in-2019-trends-and-statistics/

(119)  F'paġna 7 tas-“sottomissjoni tad-dannu” tagħha disponibbli f’t20.008818, Vestas kitbet: “It-turbini eoliċi jinbiegħu b’data ta’ konsenja (kummissjonar) ta’ tipikament madwar sena wara li tkun ġiet iffirmata ordni ta’ ditta.”

(120)  Is-CCCME staqsiet dwar id-differenza fin-numri fit-tliet sottomissjonijiet mhux biss fir-rigward tal-konsum, iżda wkoll fir-rigward ta’ diversi indikaturi oħrajn. L-ispjegazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni f’din il-premessa tkopri wkoll id-differenzi bejn it-tliet sottomissjonijiet għal indikaturi minbarra l-konsum.

(121)  t20.005691.

(122)  t21.003247.

(123)  t21.004376.

(124)  t21.004624.

(125)  Pereżempju, ara paġna 5 ta’ t21.001734 (Vestas).

(126)  https://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/11563131/3-16062021-AP-EN.pdf/72b7ff6f-1830-8182-a6ae-0d8bb61aaf24?t=1623831696586#:~:text=In%20the%20fourth%20quarter%20of,salaries%20and%20non%2Dwage%20costs.

(127)  Paġna 5 ta’ t21.000376 (EWTA).

(128)  Paġna 14 ta’ t20.007935.

(129)  Wara verifika doppja, xi wħud miċ-ċifri f’din is-sentenza u fis-sentenza preċedenti kienu riveduti kemxejn bejn id-dikjarazzjoni finali u l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, iżda dawn il-bidliet ma jbiddlux l-analiżi u l-konklużjonijiet b’mod materjali.

(130)  “Wind energy in Europe – 2020 statistics and the outlook for 2021-2025”, WindEurope, Frar 2021, paġni 9 u 31-32.

(131)  Paġna 3 ta’ t21.000509.

(132)  Paġna 6 ta’ t21.000376 (EWTA) u paġna 17 ta’ t21.008141 (GE), fost l-oħrajn.

(133)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1).

(134)  L-EWTA stmat li t-torrijiet tal-konkrit u dawk ibridi jammontaw għal madwar 6 % tat-torrijiet totali użati fit-turbini eoliċi kkonsmati fl-EU27 matul il-perjodu ta’ referenza, mingħajr ebda żieda sinifikanti matul is-snin. Hija nnotat ukoll li t-torrijiet tal-konkrit u dawk ibridi kollha jimmuntaw sezzjoni tat-torrijiet tal-azzar fil-parti ta’ fuq tagħhom, li magħha titwaħħal il-gondola (t21.004376).

(135)  t21.000144 (EWTA).

(136)  Dan huwa l-profitt medju ponderat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(137)  t21.006703, p. 7.

(138)  Ilment, p. 44.

(139)  Wara d-dikjarazzjoni finali, produttur wieħed tal-Unjoni (Windar) innota t-telf ta’ 73 impjieg wara l-għeluq ta’ fabbrika waħda fi Spanja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(140)  Paġna 7 ta’ t20.007935 (WindEurope).

(141)  Sors tal-estimi: ilment u t-Taqsima I.3 tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(142)  L-investigazzjonijiet 701-TA-486 u 731-TA-1195-1196 (Rieżami) of the United States International Trade Commission, ntemmu fil-5 ta’ Frar 2019, https://usitc.gov/investigations/701731/2018/utility_scale_wind_towers_china_and_vietnam/full_review.htm

(143)  “ADRP Report No. 100, Wind Towers exported from the People’s Republic of China and the Republic of Korea”, April 2020, Anti-dumping Review Panel, Australian Government & Minister's Decision ippubblikata fid-9 ta’ Lulju 2020, https://www.industry.gov.au/data-and-publications/anti-dumping-review-panel-past-reviews/wind-towers-exported-from-the-peoples-republic-of-china-and-the-republic-of-korea

(144)  “Resolución final de la investigación antidumping sobre las importaciones de torres de viento originarias de la República Popular China, independientemente del país de procedencia”, 21.09.2020, Estados Unidos Mexicanos.- ECONOMÍA.- Secretaría de Economía. http://www.dof.gob.mx/nota_detalle.php?codigo=5601838&fecha=05/10/2020

(145)  Paġna 1 ta’ t20.007935 (WindEurope).

(146)  Kummenti wara d-dikjarazzjoni finali, disponibbli fuq paġna 6 ta’ t21.006735.

(147)  Wara d-dikjarazzjoni finali, SGRE ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx mgħammra biex tipprovdi għad-domanda dejjem tiżdied għal SWTs fuq skala kbira. Il-parti qalet li, fil-preżent, ma kien hemm l-ebda kapaċità fl-Unjoni biex tissodisfa d-domandi tad-“dimensjoni ta’ torri XXL”.

(148)  F’paġna 7 ta’ t20.007935, WindEurope nnotat li, fuq bażi medja globali, it-torrijiet jikkostitwixxu aktar minn 20 % tal-ispiża ta’ turbina eolika (kemm fuq l-art kif ukoll lil hinn mill-kosta).

(149)  t21.001706.

(150)  “Vestas Annual Report 2020 – Continued leadership in a challenging year”, tħabbira tal-kumpanija nru 01/2021 minn Vestas Wind Systems A/S, https://www.vestas.com/~/media/vestas/investor/investor%20pdf/financial%20reports/2020/q4/210210_01_company_announcement.pdf

(151)  F’paġna 2 ta’ t20.007935, WindEurope tikteb li l-utenti jistgħu jieħdu f’idejhom il-ġestjoni tal-proġetti; l-inġinerija, l-akkwist, il-kostruzzjoni u l-installazzjoni; l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni; u l-aggregazzjoni tal-enerġija wara l-kostruzzjoni u s-servizzi ta’ negozjar.

(152)  “L-enerġija mir-riħ u l-irkupru ekonomiku fl-Ewropa”, WindEurope, 2020, paġna 37, it-tielet graff. Disponibbli f’t20.007935. F’paġna 14 ta’ t20.007935, WindEurope ddikjarat li l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni huma xprunatur dejjem aktar importanti tat-tkabbir fid-dħul.

(153)  “Vestas Annual Report 2020”, paġna 36, https://nozebra.ipapercms.dk/Vestas/investor-relations/annual-report-2020/?page=36

(154)  “Wind energy and Economic recovery in Europe”, WindEurope, 2020, paħna 37, graff “EBIT margin development by business segments”. Disponibbli f’t20.007935.

(155)  Ara t21.006735 (SGRE). F’t21.006703, paġna 17, GE ddikjarat li se tirrapporta profitt negattiv għall-perjodu 2021-2022.

(156)  Għal xi raġunijiet mixxellanji, ara, pereżempju, il-kummenti ta’ WindEurope wara d-dikjarazzjoni finali li jinsabu f’t21.006721.

(157)  Il-kummenti ta’ WindEurope wara d-dikjarazzjoni finali jinsabu f’t21.006721 jinnotaw li “l-ispiża tal-enerġija mir-riħ fl-Ewropa naqas bi kważi 50% matul l-aħħar 10 snin”.

(158)  Paġna 33 ta’ t21.006724.

(159)  Stima bbażata fuq (20 % x 50 %) x 20 sena. L-EWTA qieset li SWT kien jirrappreżenta 20 % ta’ turbina eolika, li minnha nnifisha tikkostitwixxi 50 % tan-nefqa kapitali (CAPEX) ta’ proġett. SWT fuq l-art ġeneralment ikollu ħajja ekonomika ta’ 20 sena.

(160)  “Wind energy and Economic recovery in Europe”, WindEurope, 2020, l-Illustrazzjoni 10 f’paġna 20. Disponibbli f’t20.007935.

(161)  “Global renewables Outlook, Energy transformation, European Union”, IRENA, 2020, https://www.irena.org/-/media/Files/IRENA/Agency/Publication/2020/Apr/IRENA_GRO_R04_European_Union.pdf?la=en&hash=D206134796E3C72CF086657266295C45574B58BC (paġna 7).

(162)  t21.006735

(163)  Fuq https://www.welcon.dk/capabilities/facilities/, il-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun Welcon jirrapporta l-kapaċitajiet għal sezzjonijiet b’għoli sa 45 metru u dijametru sa 9 metri (il-paġna web ġiet aċċessata l-aħħar fil-11 ta’ Ottubru 2021).

(164)  Paġna 4 ta’ t21.000376.

(165)  F’paġna 4 ta’ t21.000509, GE rrikonoxxiet li kienet qed timporta miċ-Ċina, fejn diversi fornituri huma ċċertifikati minn GE, u mit-Turkija u mill-Korea t’Isfel.

(166)  Il-biċċa intelliġenza tas-suq hija disponibbli fil-fajl tal-każ, referenza tad-dokument t20.008013, l-Anness 2 – Raising Black Swans To Become Golden Eagles, Laplace Conseil, Ottubru 2020.

(167)  F’“xenarju baxx” WindEurope tipprevedi l-installazzjoni ta’ 15-il GW kull sena bejn l-2021 u l-2025. Il-GW imbassra li jiġu installati huma ogħla fix-“xenarju ta’ aspettattivi realistiċi”. Għad-dettalji dwar ix-xenarji, ara “L-enerġija mir-riħ fl-Ewropa – l-istatistika tal-2020 u l-prospetti għas-snin 2021-2025”, WindEurope, Frar 2021.

(168)  Ara l-Kapitolu 5 (“Benefiċċji għall-komunitajiet) tal-pubblikazzjoni “L-enerġija mir-riħ u l-irkupru ekonomiku fl-Ewropa”, WindEurope, 2020. Il-kapitolu u l-pubblikazzjoni kollha huma disponibbli f’t20.007935.

(169)  “Wind energy and Economic recovery in Europe”, WindEurope, 2020, l-Illustrazzjoni 10 f’paġna 20. Disponibbli f’t20.007935.

(170)  “Wind energy and Economic recovery in Europe", WindEurope, 2020, paġna 41. Disponibbli f’t20.007935.

(171)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Wetstraat 170 Rue de la Loi, 1040 Brussels, Belgium.

(172)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(173)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(174)  L-Anness I “Nomenklatura Magħquda” tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex fil-kampjun

Pajjiż

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Fujian Fuchuan Yifan New Energy Equipment Manufacturing Co., Ltd

C729

RPĊ

Shanghai Taisheng Wind Power Equipment Co., Ltd

C730


Início