Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32021R0341
Commission Regulation (EU) 2021/341 of 23 February 2021 amending Regulations (EU) 2019/424, (EU) 2019/1781, (EU) 2019/2019, (EU) 2019/2020, (EU) 2019/2021, (EU) 2019/2022, (EU) 2019/2023 and (EU) 2019/2024 with regard to ecodesign requirements for servers and data storage products, electric motors and variable speed drives, refrigerating appliances, light sources and separate control gears, electronic displays, household dishwashers, household washing machines and household washer-dryers and refrigerating appliances with a direct sales function (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/341 tat-23 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/424, (UE) 2019/1781, (UE) 2019/2019, (UE) 2019/2020, (UE) 2019/2021, (UE) 2019/2022, (UE) 2019/2023 u (UE) 2019/2024 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data, muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli, apparat refriġeranti, sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat, unitajiet tal-wiri elettroniċi, magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/341 tat-23 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/424, (UE) 2019/1781, (UE) 2019/2019, (UE) 2019/2020, (UE) 2019/2021, (UE) 2019/2022, (UE) 2019/2023 u (UE) 2019/2024 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data, muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli, apparat refriġeranti, sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat, unitajiet tal-wiri elettroniċi, magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/923
ĠU L 68, 26.2.2021, p. 108–148
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
26.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/108 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/341
tat-23 ta’ Frar 2021
li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/424, (UE) 2019/1781, (UE) 2019/2019, (UE) 2019/2020, (UE) 2019/2021, (UE) 2019/2022, (UE) 2019/2023 u (UE) 2019/2024 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data, muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli, apparat refriġeranti, sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat, unitajiet tal-wiri elettroniċi, magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’funzjoni ta’ bejgħ dirett
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/125/KE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija. |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-ekodisinn ta’ servers u ta’ prodotti tal-ħżin tad-data, ta’ muturi elettriċi u ta’ sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli, ta’ apparat refriġeranti, ta’ sorsi tad-dawl u ta’ tagħmir ta’ kontroll separat, ta’ unitajiet tal-wiri elettroniċi, ta’ magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, u ta’ apparati refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ġew stabbiliti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2019/424 (2), (UE) 2019/1781 (3), (UE) 2019/2019 (4), (UE) 2019/2020 (5), (UE) 2019/2021 (6), (UE) 2019/2022 (7), (UE) 2019/2023 (8) u (UE) 2019/2024 (9) (minn hawn ’il quddiem imsejħa r-“Regolamenti emendati”). |
(3) |
Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni għall-manifatturi u għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq dwar il-valuri li għandhom jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika, u fir-rigward tat-tolleranzi tal-verifika, jenħtieġ li fir-Regolamenti emendati tiżdied definizzjoni tal-valuri dikjarati. |
(4) |
Sabiex jittejbu l-effettività u l-kredibbiltà tar-Regolamenti speċifiċi għall-prodotti u sabiex jiġu protetti l-konsumaturi, jenħtieġ li l-prodotti li jkunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati u li awtomatikament ibiddlu l-prestazzjoni tagħhom f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri speċifikati f’dawn ir-Regolamenti jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi kwalunkwe dokumentazzjoni pprovduta ma jitħallewx jitqiegħdu fis-suq. |
(5) |
Jenħtieġ li l-parametri rilevanti tal-prodotti jitkejlu jew jiġu kkalkolati b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Jenħtieġ li dawk il-metodi jikkunsidraw metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(6) |
Prodotti li fihom sorsi tad-dawl li minnhom dawn is-sorsi tad-dawl ma jistgħux jitneħħew għall-verifika mingħajr ma ssir ħsara lil wieħed jew aktar minnhom, jenħtieġ li jiġu ttestjati bħala sorsi tad-dawl għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika. |
(7) |
Għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi u għas-servers u għall-prodotti tal-ħżin tad-data, għadhom ma ġewx żviluppati standards armonizzati, u l-istandards rilevanti eżistenti ma jkoprux il-parametri regolati kollha meħtieġa, b’mod partikolari fir-rigward tal-Medda Dinamika Qawwija u tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi u għall-klassi tal-kundizzjonijiet operattivi għas-servers u għall-prodotti tal-ħżin tad-data. Sakemm jiġu adottati standards armonizzati mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għal dan il-grupp ta’ prodotti, jenħtieġ li jintużaw il-metodi tranżizzjonali stabbiliti f’dan ir-Regolament jew metodi oħra affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-aktar teknoloġija avvanzata rikonoxxuta b’mod ġenerali, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-kejl u tal-kalkoli. |
(8) |
L-unitajiet tal-wiri elettroniċi għall-użu professjonali bħall-editjar tal-vidjo, id-disinjar permezz tal-kompjuter, il-grafika jew għas-settur tax-xandir, għandhom prestazzjoni mtejba u karatteristiċi speċifiċi ħafna li, għalkemm normalment jinvolvu użu akbar tal-potenza, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità Mixgħul stabbiliti għal prodotti aktar ġeneriċi. L-unitajiet tal-wiri industrijali ddisinjati għall-użu f’kundizzjonijiet operattivi ħorox għall-kejl, għall-ittestjar jew għall-monitoraġġ u għall-kontroll tal-proċessi għandhom rekwiżiti speċifiċi u għoljin, bħal dawk għal-livell minimu ta’ protezzjoni mill-intrużjoni (IP) 65 kif iddefinit f’EN 60529 u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti dwar l-ekodisinn stabbiliti għal prodotti ddisinjati għall-użu f’ambjenti kummerċjali jew domestiċi. |
(9) |
Il-kabinetti vertikali tal-arja statika b’bibien mhux trasparenti huma apparat refriġeranti professjonali u huma ddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 (11) u, għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu esklużi mir-Regolament (UE) 2019/2024. |
(10) |
Jenħtieġ li jsiru aktar emendi sabiex jittejbu ċ-ċarezza u l-konsistenza fost ir-Regolamenti. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew diskussi mill-Forum Konsultattiv f’konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE. |
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2019/424, (UE) 2019/1781, (UE) 2019/2019, (UE) 2019/2020, (UE) 2019/2021, (UE) 2019/2022, (UE) 2019/2023 u (UE) 2019/2024 jiġu emendati skont dan. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2009/125/KE. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/424
Ir-Regolament (UE) 2019/424 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduta f’konformità mal-punt 3.4 tal-Anness II u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli stabbiliti fl-Anness III u, fejn applikabbli, fl-Anness II.2 ta’ dan ir-Regolament.”; |
(2) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Ċirkomvenzjoni Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed fis-suq prodotti ddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (pereżempju billi jirrikonoxxu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test) u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi kwalunkwe dokumentazzjoni pprovduta.”; |
(3) |
L-Annessi I, III u IV huma emendati u jiżdied l-Anness IIIa kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/1781
Ir-Regolament (UE) 2019/1781 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Annessi I, II u III huma emendati kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/2019
Ir-Regolament (UE) 2019/2019 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Ċirkomvenzjoni u aġġornamenti tas-software Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed fis-suq prodotti ddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (pereżempju billi jirrikonoxxu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test) u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi kwalunkwe dokumentazzjoni pprovduta. Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u kwalunkwe parametru ieħor iddikjarat ma għandux jiddeterjora wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta jitkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament. Ma għandu jsir l-ebda tibdil fil-prestazzjoni minħabba r-rifjut tal-aġġornament. Aġġornament tas-software qatt ma għandu jkollu l-effett li jbiddel il-prestazzjoni tal-prodott b’mod li jagħmlu mhux konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità.”; |
(3) |
Jiżdied l-Artikolu 11 li ġej: “Artikolu 11 Ekwivalenza ta’ konformità tranżizzjonali Jekk l-ebda unità li tappartjeni għall-istess mudell jew għall-mudelli ekwivalenti ma tkun tqiegħdet fis-suq qabel l-1 ta’ Novembru 2020, l-unitajiet tal-mudelli mqiegħda fis-suq bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u t-28 ta’ Frar 2021 li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009.”; |
(4) |
L-Annessi I sa IV huma emendati kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/2020
Ir-Regolament (UE) 2019/2020 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ prodotti kontenenti għandhom jiżguraw li s-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat jistgħu jitneħħew mingħajr ma ssirilhom ħsara permanenti għal skopijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tipprovdi struzzjonijiet dwar kif għandu jsir dan.”; |
(3) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Ċirkomvenzjoni u aġġornamenti tas-software Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed fis-suq prodotti ddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (pereżempju, billi jirrikonoxxu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test) u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri fid-dokumentazzjoni teknika jew inkluż fi kwalunkwe dokumentazzjoni pprovduta. Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u kwalunkwe parametru ieħor iddikjarat ma għandux jiddeterjora wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta jitkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament. Ma għandu jsir l-ebda tibdil fil-prestazzjoni minħabba r-rifjut tal-aġġornament. Aġġornament tas-software qatt ma għandu jkollu l-effett li jbiddel il-prestazzjoni tal-prodott b’mod li jagħmlu mhux konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità.”; |
(4) |
Jiżdied l-Artikolu 12 li ġej: “Artikolu 12 Ekwivalenza ta’ konformità tranżizzjonali Jekk l-ebda unità li tappartjeni għall-istess mudell jew mudelli ekwivalenti ma tkun tqiegħdet fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2021, l-unitajiet tal-mudelli mqiegħda fis-suq bejn l-1 ta’ Lulju 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021 li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012.”; |
(5) |
L-Annessi I sa IV huma emendati kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/2021
Ir-Regolament (UE) 2019/2021 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1(2) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi r-raġuni għaliex ċerti partijiet tal-plastik, jekk ikun hemm, mhumiex immarkati skont l-eżenzjoni stabbilita fil-punt D(2) tal-Anness II, u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli stipulati fl-Annessi II u III ta’ dan ir-Regolament.”; |
(4) |
Fl-Artikolu 6, it-tieni u t-tielet paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej: “Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u kwalunkwe wieħed mill-bqija tal-parametri ddikjarati ma għandhomx jiddeterjoraw wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta mkejla bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, għajr bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament. Ma għandu jsir l-ebda tibdil fil-prestazzjoni minħabba r-rifjut tal-aġġornament. Aġġornament tas-software qatt ma għandu jkollu l-effett li jbiddel il-prestazzjoni tal-prodott b’mod li jagħmlu mhux konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità.”; |
(5) |
Jiżdied l-Artikolu 12 li ġej: “Artikolu 12 Ekwivalenza ta’ konformità tranżizzjonali Jekk l-ebda unità li tappartjeni għall-istess mudell jew għall-mudelli ekwivalenti ma tkun tqiegħdet fis-suq qabel l-1 ta’ Novembru 2020, l-unitajiet tal-mudelli mqiegħda fis-suq bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u t-28 ta’ Frar 2021 li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 642/2009.”; |
(6) |
L-Annessi I sa IV huma emendati u jiżdied l-Anness IIIa kif stabbilit fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 6
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/2022
Ir-Regolament (UE) 2019/2022 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Ċirkomvenzjoni u aġġornamenti tas-software Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed fis-suq prodotti ddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (pereżempju billi jirrikonoxxu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test) u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi kwalunkwe dokumentazzjoni pprovduta. Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u kwalunkwe parametru ieħor iddikjarat ma għandux jiddeterjora wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta jitkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament. Ma għandu jsir l-ebda tibdil fil-prestazzjoni minħabba r-rifjut tal-aġġornament. Aġġornament tas-software qatt ma għandu jkollu l-effett li jbiddel il-prestazzjoni tal-prodott b’mod li jagħmlu mhux konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità.”; |
(2) |
Jiżdied l-Artikolu 13 li ġej: “Artikolu 13 Ekwivalenza ta’ konformità tranżizzjonali Jekk l-ebda unità li tappartjeni għall-istess mudell jew għall-mudelli ekwivalenti ma tkun tqiegħdet fis-suq qabel l-1 ta’ Novembru 2020, l-unitajiet tal-mudelli mqiegħda fis-suq bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u t-28 ta’ Frar 2021 li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1016/2010”; |
(3) |
L-Annessi I, III u IV huma emendati kif stipulat fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 7
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/2023
Ir-Regolament (UE) 2019/2023 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Ċirkomvenzjoni u aġġornamenti tas-software Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed fis-suq prodotti ddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (pereżempju billi jirrikonoxxu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test) u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi kwalunkwe dokumentazzjoni pprovduta. Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u kwalunkwe parametru ieħor iddikjarat ma għandux jiddeterjora wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta jitkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament. Ma għandu jsir l-ebda tibdil fil-prestazzjoni minħabba r-rifjut tal-aġġornament. Aġġornament tas-software qatt ma għandu jkollu l-effett li jbiddel il-prestazzjoni tal-prodott b’mod li jagħmlu mhux konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità.”; |
(3) |
Jiżdied l-Artikolu 13 li ġej: “Artikolu 13 Ekwivalenza ta’ konformità tranżizzjonali Jekk l-ebda unità li tappartjeni għall-istess mudell jew għall-mudelli ekwivalenti ma tkun tqiegħdet fis-suq qabel l-1 ta’ Novembru 2020, l-unitajiet tal-mudelli mqiegħda fis-suq bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u t-28 ta’ Frar 2021 li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1015/2010.”; |
(4) |
L-Annessi I, III, IV u VI huma emendati kif stipulat fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 8
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/2024
Ir-Regolament (UE) 2019/2024 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1(3), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Annessi I, III u IV huma emendati kif stipulat fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L -Artikolu 1(3), l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(4) u l-Artikolu 8(3) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Mejju 2021. L-Artikolu 2 u l-Artikolu 4(4) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2021. L-Artikolu 4(1), (2) u (5) għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/424 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti għall-ħażna tad-data skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (ĠU L 74, 18.3.2019, p. 46–66).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (ĠU L 272, 25.10.2019, p. 74).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 187).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 209).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 241).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 267).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 285).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 313).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u hillers tal-proċess (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 19).
ANNESS I
L-Annessi I, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/424 huma emendati u jiżdied l-Anness IIIa kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Anness III, jiddaħħal it-tieni paragrafu li ġej: “Fin-nuqqas ta’ standards rilevanti eżistenti u sal-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards armonizzati rilevanti fil-Ġurnal Uffiċjali, għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness IIIa jew metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħrajn, li jqisu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku ġeneralment rikonoxxut.”; |
(3) |
jiżdied l-Anness IIIa li ġej: “ANNESS IIIa Metodi Tranżitorji Tabella 1 Referenzi u noti ta’ kwalifika għas-servers
Tabella 2 Referenzi u noti ta’ kwalifika għall-prodotti tal-ħżin tad-data
|
(4) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(1) Dan huwa meħtieġ minħabba l-varjazzjoni wiesgħa ta’ kards APA fis-suq u l-fatt li l-għodda SERT ma tinkludi l-ebda worklet li teżerċita APA. Għalhekk, ir-riżultati tal-effiċjenza tal-SERT għas-servers bil-kards APA ta’ espansjoni jew b’kards addizzjonali oħra ma jkunux rappreżentattivi tal-kapaċità tal-prestazzjoni/potenza tas-server.
(2) Fil-każ ta’ servers li jkunu ddikjarati bħala parti minn familja ta’ prodotti tas-servers, il-punt 1 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/424 jipprevedi li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jittestjaw il-konfigurazzjoni tal-prestazzjoni inferjuri jew il-konfigurazzjoni tal-prestazzjoni superjuri u, skont id-definizzjonijiet 21 u 22 tal-Anness I, dawn il-konfigurazzjonijiet għandu jkollhom il-kanali tal-memorja kollha mimlija bl-istess disinn u kapaċità tal-kard DIMM mhux ipproċessata.
ANNESS II
L-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) 2019/1781 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Anness II, parti 1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, għas-seba’ punti operattivi skont il-punt (13) tal-Anness I.2, it-telf għandu jiġi ddeterminat jew permezz ta’ kejl dirett input-output jew permezz ta’ kalkolu.”; |
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS III
L-Annessi I sa IV tar-Regolament (UE) 2019/2019 huma emendati kif ġej
(1) |
fl-Anness I, jiżdied il-punt (38) li ġej:
|
(2) |
fl-Anness II, parti 2, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
l-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(1) fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif stabbilit fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.”.
ANNESS IV
L-Annessi I sa IV tar-Regolament (UE) 2019/2020 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, il-punt (52) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).”;’
ANNESS V
L-Annessi I sa IV tar-Regolament (UE) 2019/2021 huma emendati u jiżdied l-Anness IIIa kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II, il-punt A.1 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness III huwa mmodifikat kif ġej:
|
(4) |
jiddaħħal l-Anness IIIa li ġej: “ANNESS IIIa Metodi tranżitorji 1. ELEMENTI ADDIZZJONALI GĦALL-KEJL U GĦALL-KALKOLI Tabella 3b Rekwiżiti tat-tagħmir tat-test u konfigurazzjoni tal-UUT (*1)
1.1. Sommarju tal-ordni tal-ittestjar
1.2. Dettalji tal-ittestjar 1.2.1. Konfigurazzjoni tal-UUT (unità tal-wiri) u tal-istrument tal-kejl
Illustrazzjoni 1: Konfigurazzjoni fiżika tal-Unità tal-wiri u tas-sors tad-dawl ambjentali Jekk il-funzjoni ABC tkun disponibbli u l-UUT tiġi fornuta bi stand, din għandha titwaħħal mal-parti tal-unità tal-wiri u l-UUT għandha titqiegħed fuq mejda jew fuq pjattaforma orizzontali f’għoli ta’ mill-inqas 0,75 ta’ metru miksija b’materjal iswed b’riflettività baxxa (il-materjali tipiċi huma l-pannu, is-suf jew l-isfond teatrali tal-kanvas). Il-partijiet kollha tal-istand għandhom jibqgħu esposti. L-unitajiet tal-wiri maħsuba primarjament għall-immuntar mal-ħajt għandhom ikunu mmuntati fuq qafas għall-faċilità ta’ aċċess bit-tarf ta’ isfel tal-unità tal-wiri tal-inqas 0,75 ta’ metru mill-art. Is-superfiċe tal-art taħt l-unità tal-wiri u sa 0,5 ta’ metru quddiem l-unità tal-wiri ma tistax tkun riflettiva ħafna u idealment tkun miksija b’materjal iswed u b’riflettività baxxa. Il-post fiżiku tas-senser tal-ABC tal-UUT għandu jiġi ddeterminat u l-koordinati ta’ dak il-post, relattiv għal punt fiss barra l-UUT, għandhom jiġu nnotati. Id-distanzi H u D kif ukoll l-angolu tar-raġġ tal-proġettur (ara l-Illustrazzjoni 1) għandhom jiġu nnotati sabiex jgħinu fir-ripetibbiltà tal-kejliet. Skont ir-rekwiżiti tal-livell tal-illuminanza tas-sors tad-dawl, id-distanzi H u D normalment għandhom ikunu ugwali għal ± 5 mm u jirriżultaw f’kejl ta’ bejn 1,5 m u 3 m. Għall-aġġustament tal-angolu tar-raġġ tal-proġettur, tista’ tintuża slide sewda b’kaxxa ċentrali bajda żgħira sabiex il-fokus ikun fuq is-senser tal-ABC u jiġi pprovdut raġġ dejjaq tad-dawl għall-kejl angolari. Jekk senser tal-ABC ikun iddisinjat sabiex jaħdem bl-aħjar mod b’angolu ta’ raġġ ta’ illuminanza ’l barra mill-45 o rakkomandat, jista’ jintuża dan l-angolu preferut u jiġu rrekordjati d-dettalji. Meta jintuża miter tal-luminanza mingħajr kuntatt (f’pożizzjoni mbiegħda) b’angolu tar-raġġ baxx għas-sors tad-dawl, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li s-sors ma jkunx rifless fiż-żona tal-unità tal-wiri użata għall-kejl tal-luminanza. Għandu jiġi mmuntat miter tal-illuminanza kemm jista’ jkun qrib tas-senser tal-ABC, filwaqt li jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġu evitati riflessjonijiet tad-dawl ambjentali mill-kejsing tal-miter li jidħol fis-senser. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ diversi metodi flimkien, inklużi t-tgeżwir tal-miter tal-illuminanza f’feltru iswed u l-iffaċilitar ta’ mmuntar mekkaniku aġġustabbli li ma jippermettix li l-kejsing tal-miter jisporġi lil hinn mill-parti ta’ quddiem tas-senser tal-ABC. Il-proċedura pprovata li ġejja hija rrakkomandata għal illoggjar preċiż u ripetibbli tal-livelli ta’ illuminanza tas-senser tal-ABC b’minimu ta’ sfidi mekkaniċi għall-immuntar. Din il-proċedura tippermetti l-korrezzjoni ta’ kwalunkwe żball ta’ illuminanza introdott bl-impossibbiltà prattika li l-miter tal-illuminanza jiġi mmuntat eżattament fl-istess pożizzjoni fiżika bħas-senser tal-ABC għall-illuminazzjoni simultanja. Għalhekk, il-proċedura tippermetti illuminazzjoni simultanja tas-senser tal-ABC u tal-miter tal-illuminazzjoni mingħajr disturb fiżiku tal-UUT u tal-miter wara li jiġi kkonfigurat. Bis-software tal-illoggjar xieraq, it-tibdil meħtieġ tal-istadju fl-illuminanza jista’ jiġi ssinkronizzat mal-kejl tal-potenza fil-modalità mixgħul u mal-kejl tal-luminanza tal-unità tal-wiri sabiex l-illoggjar u t-tfassil tal-profil tal-ABC isiru b’mod awtomatiku. Il-miter tal-illuminanza għandu jitqiegħed ftit ċentimetri ’l bogħod mis-senser tal-ABC sabiex jiġi żgurat li r-riflessjonijiet diretti tar-raġġ tal-proġettur, mill-kejsing tal-miter, ma jkunux jistgħu jidħlu fis-senser tal-ABC. L-assi orizzontali tad-detettur tal-miter tal-illuminanza għandu jkun fuq l-istess assi orizzontali bħas-senser tal-ABC bl-assi vertikali tal-miter strettament parallel mal-pjan vertikali tal-unità tal-wiri. Għandhom jitkejlu u jiġu nnotati l-koordinati fiżiċi tal-punt tal-immuntar tal-miter relattiv għall-punt estern fiss użat għar-reġistrazzjoni tal-post fiżiku tas-senser tal-ABC. Il-proġettur għandu jiġi mmuntat f’pożizzjoni bl-assi tar-raġġ ipproġettat tiegħu f’linja ma’ pjan vertikali perpendikolari mas-superfiċe tal-unità tal-wiri u li jgħaddi mill-assi vertikali tas-senser tal-ABC (ara l-Illustrazzjoni 1). L-għoli, l-inklinazzjoni u d-distanza tal-pjattaforma tal-proġettur mill-UUT għandhom jiġu aġġustati sabiex jippermettu l-immaġini projettata tal-abjad massimu b’qafas sħiħ tiffoka fuq żona li tkopri s-senser tal-ABC u l-miter tal-illuminanza filwaqt li jitwassal il-livell massimu tal-illuminazzjoni ambjentali (lux) meħtieġ fis-senser għall-ittestjar. F’dan il-kuntest għandu jiġi nnutat li xi Unitajiet tal-Wiri tas-Sinjalar Diġitali għandhom ABC operattiv f’kundizzjonijiet tad-dawl ambjentali minn massimu ta’ 20 000 lux sa inqas minn 100 lux. Il-miter tal-luminanza ta’ kuntatt għall-kejl tal-luminanza tal-unità tal-wiri għandu jiġi armat sabiex ikun allinjat maċ-ċentru tal-iskrin tal-UUT. L-immaġni ta’ illuminanza projettata mrikkba fuq is-superfiċe orizzontali taħt l-unità tal-wiri UUT ma għandhiex testendi lil hinn mill-pjan vertikali tal-unità tal-wiri sakemm ma jkunx hemm stand riflettiva li tidħol f’żona ta’ quddiem akbar minn din, f’liema każ it-tarf tal-immaġni għandu jiġi allinjat mal-estremitajiet tal-istand (ara l-Illustrazzjoni 1). Ix-xifer orizzontali ta’ fuq tal-immaġni pprojettata ma għandux ikun inqas minn 1 cm taħt ix-xifer ta’ isfel tat-tgeżwira tal-miter tal-luminanza ta’ kuntatt. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ aġġustament ottiku jew permezz tal-pożizzjonament fiżiku tal-proġettur, fi ħdan il-limiti tal-angolu tar-raġġ ta’ 45° meħtieġ u l-illuminanza massima meħtieġa fis-senser tal-ABC. Bil-koordinati tal-pożizzjoni tal-UUT u tal-miter tal-illuminanza nnotati u bil-proġettur li jipproduċi illuminanza stabbli fil-medda li trid titkejjel (normalment l-istabbiltà tinkiseb ftit minuti minn meta jinxtegħel b’magni ta’ bozoz fi stat solidu), il-UUT għandha titmexxa b’mod suffiċjenti sabiex il-wiċċ ta’ quddiem u ċ-ċentru tad-detettur tal-miter tal-illuminanza jkunu allinjati mal-koordinati tal-pożizzjoni fiżika nnotati għas-senser tal-ABC tal-UUT. L-illuminanza mkejla f’dan il-punt għandha tiġi nnotata u l-miter għandu jiġi rritornat għall-pożizzjoni tal-konfigurazzjoni oriġinali tiegħu flimkien mal-UUT. L-illuminanza għandha terġa’ titkejjel fil-pożizzjoni tal-konfigurazzjoni. Id-differenza perċentwali bejn l-illuminanza mkejla fiż-żewġ pożizzjonijiet tat-test (jekk ikun hemm) tista’ tiġi applikata fir-rapportar finali bħala fattur ta’ korrezzjoni għall-kejl tal-illuminanza ulterjuri kollu (dan il-fattur ta’ korrezzjoni ma jinbidilx mal-livell tal-illuminanza). Dan jipprovdi sett preċiż ta’ data għall-illuminanza fis-senser tal-ABC minkejja li l-istrument tal-kejl tal-lux ma jkunx jinsab f’dak il-punt u jippermetti li l-ipplottjar simultanju tal-luminanza, tal-potenza u tal-illuminanza tal-unità domestika joħloq profil preċiż tal-ABC. Ma għandu jsir l-ebda tibdil fiżiku ieħor fil-konfigurazzjoni tat-test. Għall-kuntrarju tat-televiżjonijiet, l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali jista’ jkollhom aktar minn senser tad-dawl ambjentali wieħed. Għall-finijiet tal-ittestjar, it-tekniku għandu jiddetermina senser wieħed li għandu jintuża fit-test, filwaqt li jelimina s-sensers tad-dawl l-oħra billi joskurahom b’tejp opak. Sensers mhux mixtieqa jistgħu wkoll jiġu diżattivati jekk ikun ipprovdut il-kontroll sabiex isir dan. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-aktar senser adattat għall-użu jkun wieħed li jħares lejn in-naħa ta’ quddiem. Il-metodi ta’ kejl għall-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali b’sensers tad-dawl multipli jistgħu jiġu esplorati aktar bħala rfinar tal-metodu ta’ ttestjar li għandu jiġi kkwalifikat fi standard armonizzat. Għal-laboratorji tat-testijiet li jippreferu jużaw sors ta’ bozza li jista’ jitbaxxa minflok sors tad-dawl proġettur fil-konfigurazzjoni deskritta tat-test, għandha tapplika l-ispeċifikazzjoni tal-bozza li ġejja u għandhom jiġu rreġistrati l-karatteristiċi mkejla tal-bozza. Is-sors tad-dawl użat sabiex jillumina s-senser tal-ABC għal livelli speċifiċi ta’ illuminanza għandu juża bozza riflettur LED li tista’ titbaxxa u għandu jkollu dijametru ta’ 90 mm ± 5 mm . L-angolu tar-raġġ nominali tal-bozza għandu jkun ta’ 40 ° ± 5 °. It-temperatura tal-kulur korrelatata nominali (CCT) għandha tkun ta’ 2700 K ± 300 K tul il-medda ta’ illuminanza ta’ 12-il lux sal-ogħla illuminanza meħtieġa għall-ittestjar. L-indiċi tar-rendiment tal-kulur (CRI) nominali għandu jkun ta’ 80 ± 3. Il-wiċċ ta’ quddiem tal-bozza għandu jkun ċar (jiġifieri mhux ikkulurit jew miksi b’materjal li jimmodifika l-ispettru) u jista’ jkollu wiċċ ta’ quddiem lixx jew granulari; meta jiddi fuq superfiċe bajda uniformi, id-disinn tad-diffużjoni għandu jidher lixx għall-għajn. L-assemblaġġ tal-bozza ma għandux jimmodifika l-ispettru tas-sors LED, inklużi l-meded tal-IR u tal-UV. Il-karatteristiċi tad-dawl ma għandhomx ivarjaw tul il-medda kollha tat-tbaxxija tad-dawl meħtieġa għall-ittestjar tal-ABC. 1.2.2. Verifika tal-implimentazzjoni korretta ta’ “konfigurazzjoni normali” u twissijiet tal-impatt tal-potenza. Miter tal-potenza għandu jitqabbad mal-UUT għal skopijiet ta’ osservazzjoni u tal-inqas għandu jiġi pprovdut sors wieħed tas-sinjal tal-vidjo. Matul dan it-test għandha tiġi kkonfermata l-persistenza tal-ABC fil-konfigurazzjonijiet prestabbiliti l-oħra kollha, ħlief għall-“konfigurazzjoni tal-ħanut”. 1.2.3. Issettjar tal-Awdjo Għandu jiġi pprovdut sinjal tal-input li jkun fih l-awdjo u l-vidjo (it-ton ta’ 1 kHz fuq il-materjal tat-test tal-potenza tal-vidjo SDR huwa ideali). L-issettjar tal-volum tal-ħoss għandu jitnaqqas għal indikazzjoni ta’ wiri żero, jew jiġi attivat kontroll tat-tifi tal-awdjo. Irid jiġi kkonfermat li l-attivazzjoni tal-kontroll tat-tifi tal-awdjo ma jkollha l-ebda effett fuq il-parametri tal-istampa tal-“konfigurazzjoni normali”. 1.2.4. L-identifikazzjoni tal-mudell tal-luminanza bajda massima għall-kejl tal-luminanza bajda massima Meta UUT turi disinn tal-abjad massimu, l-unità tal-wiri tista’ tnaqqas id-dawl malajr fl-ewwel ftit sekondi u gradwalment tnaqqas id-dawl sakemm ikun stabbli. Dan jagħmilha impossibbli li jitkejlu, b’mod konsistenti u ripetibbli, il-valuri tal-potenza u tal-luminanza, immedjatament wara li tintwera l-immaġni. Sabiex ikun hemm kejl li jista’ jiġi ripetut, irid jinkiseb ċertu livell ta’ stabbiltà. L-ittestjar fuq l-unitajiet tal-wiri li jużaw teknoloġija attwali jindika li 30 sekonda għandhom ikunu ħin biżżejjed li jippermetti għall-istabbiltà tal-luminanza ta’ immaġni bajda massima. Bħala osservazzjoni prattika, din il-medda ta’ ħin tippermetti wkoll li jisparixxi kwalunkwe wiri tal-istatus fuq l-iskrin. Il-prodotti tal-wiri attwali spiss ikollhom prodotti elettroniċi inkorporati u software tad-drive tal-unità tal-wiri li jipproteġu l-provvista tal-enerġija tal-unità tal-wiri milli titħaddem iżżejjed u l-iskrin milli jsofri minn persistenza (burn-in) billi jillimitaw l-enerġija totali li tmur għall-iskrin. Dan jista’ jirriżulta f’luminanza limitata u f’konsum limitat tal-enerġija meta tintwera, pereżempju, żona kbira ta’ disinn tat-test dinamiku abjad. F’din il-metodoloġija tat-test, il-kejl tal-luminanza massima jsir filwaqt li jintwera mudell tat-test dinamiku abjad ta’ 100 %, iżda ż-żona tal-abjad tkun limitata empirikament sabiex jiġi evitat l-iskattar tal-mekkaniżmi ta’ protezzjoni. Id-disinn tat-test dinamiku xieraq jiġi ddeterminat billi tintwera l-firxa ta’ tmien mudelli tat-test dinamiċi “kaxxa u kontorn” fuq il-bażi ta’ mudelli tat-test dinamiku VESA “L” mill-iżgħar (L 10) sal-akbar (L 80), filwaqt li jiġu rreġistrati l-potenza u l-luminanza tal-iskrin. Graff tal-potenza u tal-luminanza tal-iskrin vs disinn L għandha tgħin fid-determinazzjoni ta’ jekk u meta jkun qed iseħħ il-limitar tad-drive tal-unità tal-wiri. Pereżempju, jekk il-konsum tal-enerġija qed jiżdied minn L 10 għal L 60, filwaqt li l-luminanza jew tkun qed tiżdied jew tibqa’ kostanti (mhux qed tonqos), allura dawk il-mudelli ma jidhrux li qed jikkawżaw limitazzjoni. Jekk id-disinn tat-test dinamiku L 70 ma jindika l-ebda żieda fil-konsum tal-enerġija jew fil-luminanza (fejn kien hemm żieda fil-mudelli L preċedenti), dan ikun jindika li l-limitazzjoni qed isseħħ f’L 70 jew bejn L 60 u L 70. Jista’ jkun ukoll li l-limitazzjoni seħħet bejn L 50 u L60 u l-punti mmarkati fil-graff f’L 60 kienu fil-fatt inklinati ’l isfel. Għalhekk, l-akbar mudell fejn aħna ċerti li ma jseħħx limitu huwa L 50 u dan huwa l-mudell korrett li għandu jintuża għall-kejl tal-luminanza massima. Meta jkun irid jiġi ddikjarat proporzjon tal-luminanza, l-għażla tad-disinn tal-luminanza għandha ssir fl-aktar konfigurazzjoni luminuża prestabbilita. Jekk il-UUT tkun magħrufa li jkollha karatteristiċi tad-drive tal-luminanza tal-unità tal-wiri li ma jippermettux l-għażla tal-aħjar disinn tat-test dinamiku tal-luminanza bajda massima bil-proċedura tal-għażla msemmija hawn fuq, jista’ jintuża l-proċess tal-għażla simplifikat li ġej. Għall-unitajiet tal-wiri li fihom 15,24 cm (6 pulzieri) jew akbar, u inqas minn 30,48 cm (12-il pulzier) djagonalment, għandu jintuża s-sinjal L 40 PeakLumMotion. Għall-unitajiet tal-wiri li fihom 30,48 cm (12-il pulzier) jew akbar djagonalment, għandu jintuża s-sinjal L 20 PeakLumMotion. Il-mudell dinamiku tat-test dinamiku tal-luminanza bajda massima magħżul bi kwalunkwe waħda mill-proċeduri għandu jiġi ddikjarat u jintuża għall-ittestjar kollu tal-luminanza. 1.2.5. Determinazzjoni tal-medda tal-kontroll tad-dawl ambjentali tal-ABC u tal-latenza tal-azzjoni tal-ABC. Għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/2021, konċessjoni tal-potenza tal-ABC hija pprovduta fid-dikjarazzjoni tal-EEI jekk il-karatteristika tal-kontroll tal-ABC tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-kontroll tal-luminanza tal-unità tal-wiri bejn il-livelli tad-dawl ambjentali ta’ 100 lux u 12-il lux b’punti tad-datum ta’ 60 lux u ta’ 35 lux. It-tibdil fil-luminanza tal-unità tal-wiri bejn 100 lux u 12-il lux irid jipprovdi tnaqqis ta’ mill-inqas 20 % fir-rekwiżit tal-potenza tal-unità tal-wiri għall-konformità ma’ konċessjoni tal-potenza tal-ABC tar-regolament. Id-disinn tat-test dinamiku tal-luminanza dinamika “L” użat għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kontroll tal-luminanza tal-ABC jista’ jintuża wkoll fl-istess ħin sabiex tiġi vvalutata l-konformità tat-tnaqqis tal-potenza. Għall-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali, tista’ tapplika firxa ħafna usa’ ta’ kontroll tal-ABC b’tibdil fl-illuminanza u l-metodoloġija tat-test deskritta hawnhekk tista’ tiġi estiża sabiex tiġbor data għal reviżjonijiet futuri tar-Regolament. 1.2.5.1 Tfassil tal-Profili tal-Latenza tal-ABC Il-latenza tal-funzjoni ta’ kontroll tal-ABC hija d-dewmien fil-ħin bejn it-tibdil tad-dawl ambjentali individwat fid-detettur tal-ABC u t-tibdil li jirriżulta fil-luminanza tal-unità tal-wiri UUT. Id-data tal-ittestjar uriet li dan id-dewmien jista’ jkun twil 60 sekonda u dan irid jitqies meta jsir it-tfassil tal-profil tal-kontroll tal-ABC. Għall-istima tal-latenza, l-islide ta’ 100 lux (ara 1.2.5.2), f’kundizzjoni stabbli tal-luminanza tal-unità tal-wiri, tinqaleb għas-slide ta’ 60 lux u jiġi rreġistrat l-intervall tal-ħin meħtieġ sabiex jinkiseb livell aktar baxx stabbli ta’ luminanza tal-unità tal-wiri. Fil-livell aktar baxx stabbli ta’ luminanza, is-slide ta’ 60 lux tinqaleb għas-slide ta’ 100 lux u l-intervall tal-ħin sabiex jinkiseb livell ogħla stabbli nnotat ta’ luminanza. L-ogħla valur tal-intervall ta’ ħin huwa dak użat għal-latenza b’10 sekondi diskrezzjonali miżjuda. Dan jiġi ssejvjat bħala l-perjodu ta’ projezzjoni tal-islide show għal kull slide. 1.2.5.2 Kontroll tal-Illuminazzjoni tas-Sors tad-Dawl Għat-tfassil tal-profil tal-ABC, disinn tat-test dinamiku tal-abjad massimu kif identifikat f’1.2.4 jintwera fuq il-UUT, peress li l-luminożità tas-sors tad-dawl tinbidel mill-abjad permezz ta’ firxa ta’ slides griżi li jissimulaw tibdiliet fl-illuminazzjoni ambjentali. Għall-kontroll tal-livell ta’ illuminazzjoni, it-trasparenza griża tal-ewwel slide tinbidel sabiex jinkiseb il-punt tat-tluq tat-tfassil tal-profil (eż. 120 lux) billi jitkejjel il-livell tal-lux fil-miter tal-illuminanza. Is-slide tiġi ssejvjata u kkopjata. Jiġi stabbilit livell ġdid ta’ trasparenza griża għall-kopja tal-punt tad-datum meħtieġ ta’ 100 lux u s-slide tiġi ssejvjata u kkopjata. Il-proċess jiġi ripetut għall-punti tad-datum ta’ 60 lux, ta’ 35 lux u ta’ 12-il lux. Hawnhekk tista’ tiżdied slide tal-illuminanza sewda (trasparenza ta’ 0 %) għas-simetrija tal-ipplottjar tad-data u s-slides tal-punt tad-datum jiġu kkopjati u introdotti f’ordni ta’ illuminazzjoni axxendenti lura għal 120 lux. 1.2.5.3 Kontroll tat-Temperatura tal-Kulur tas-Sors tad-Dawl Rekwiżit ieħor huwa li tiġi stabbilita temperatura tal-kulur għall-punt abjad tad-dawl ipproġettat sabiex tiġi żgurata r-ripetibbiltà tad-data tat-test jekk jintuża sors tad-dawl tal-proġettur differenti għal finijiet ta’ verifika. Għal din il-metodoloġija tat-test, temperatura tal-kulur tal-punt abjad ta’ 2700K ± 300K hija speċifikata għall-konsistenza mal-metodoloġija tal-ABC fl-istandards tat-test preċedenti. Dan il-punt abjad jiġi ssettjat faċilment fi kwalunkwe applikazzjoni ewlenija tal-kompjuter għall-ħolqien ta’ slides bl-użu ta’ mili solidu b’kulur xieraq (eż. Aħmar/Oranġjo) u bl-aġġustament tat-trasparenza. B’dawn l-għodod, il-punt abjad ta’ proġettur li normalment ikun inqas jgħajjat ikun jista’ jiġi aġġustat għall-2700K issuġġeriti, billi tinbidel it-trasparenza tal-kulur magħżul filwaqt li titkejjel it-temperatura tal-kulur permezz ta’ funzjoni tal-miter tal-illuminanza. Ladarba tintlaħaq it-temperatura meħtieġa, din tiġi applikata fuq l-islides kollha. 1.2.5.4 Reġistrazzjoni tad-Data Il-konsum tal-enerġija, il-luminanza tal-iskrin u l-illuminanza fis-senser tal-ABC jitkejlu u jiġu lloggjati matul is-slide show. Din id-data trid tikkorrelata maż-żmien. Il-punti tad-data għal tliet parametri jridu jiġu lloggjati sabiex il-konsum tal-enerġija jkun relatat mal-luminanza tal-iskrin u mal-illuminanza tas-senser tal-ABC. Kwalunkwe numru ta’ slides jista’ jinħoloq bejn il-punti tad-datum għal granularità għolja tad-data fil-limiti tad-durata tal-ħin tat-test disponibbli. Għal DSD iddisinjata sabiex topera f’firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet tad-dawl ambjentali, il-medda operattiva tal-kontroll tal-ABC fuq il-luminanza tal-unità tal-wiri tista’ tiġi stabbilita manwalment bil-kontroll tat-trasparenza tal-iswed li jopera fuq slide proġettata waħda tal-abjad massimu prestabbilit għat-temperatura tal-kulur meħtieġa. Il-konfigurazzjoni prestabbilita rakkomandata tad-DSD għal firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet operattivi tad-dawl ambjentali għandha tintgħażel mill-menu tal-utent. F’punt stabbli tal-luminanza tal-unità tal-wiri, is-slide projettata għandha tinbidel minn trasparenza tal-iswed ta’ 0 % għal 100 % sabiex jiġi stabbilit il-perjodu ta’ latenza. Dan imbagħad għandu jiġi applikat għal stadji ta’ trasparenza tal-griż tas-slides minn iswed għal punt fejn ma jseħħ l-ebda tibdil fil-luminanza tal-unità tal-wiri sabiex tiġi stabbilita l-medda operattiva tal-ABC. Imbagħad jista’ jinħoloq slide show fil-granularità meħtieġa għall-profil ta’ dik il-medda. 1.2.6. Kejl tal-luminanza tal-unità tal-wiri Bl-ABC attivat u bil-livell tad-dawl ambjentali ta’ 100 lux imkejjel fil-miter tal-illuminanza, il-UUT għandha turi d-disinn tal-luminanza bajda massima magħżul (ara 1.2.4) b’luminanza stabbli. Għall-konformità mar-Regolament, il-kejl tal-luminanza għandu jikkonferma li l-livell ta’ luminanza tal-unità tal-wiri huwa ta’ 220 cd/m2 jew aktar għall-kategoriji kollha tal-unitajiet tal-wiri għajr għall-iskrins. Għall-iskrins, huwa meħtieġ livell ta’ konformità ta’ 150 cd/m2 jew aktar. Għall-unitajiet tal-wiri mingħajr ABC jew għal apparati li ma jasserixxux il-konċessjoni tal-ABC, il-kejl jista’ jsir mingħajr il-parti tad-dawl ambjentali tal-bank tat-test. Għal dawk l-unitajiet tal-wiri li, skont l-intenzjoni tad-disinn, ikollhom livell iddikjarat ta’ luminanza bajda massima ta’ unità tal-wiri, fil-konfigurazzjoni normali, ta’ inqas mir-rekwiżit ta’ konformità ta’ 220 cd/m2 jew ta’ 150 cd/m2, kif applikabbli, għandu jsir kejl abjad massimu ieħor fil-konfigurazzjoni ta’ wiri prestabbilita li tipprovdi l-ogħla luminanza bajda massima mkejla. Għall-konformità mar-Regolament, il-proporzjon ikkalkolat tal-kejl tal-luminanza bajda massima tal-konfigurazzjoni ta’ viżwalizzazzjoni normali u l-ogħla kejl tal-luminanza bajda massima għandhom ikunu ta’ 65 % jew aktar. Dan huwa ddikjarat bħala l-“proporzjon tal-luminanza”. Għal dawk il-UUT b’ABC li jista’ jintefa, għandu jitwettaq Test tal-konformità ieħor fil-konfigurazzjoni normali. Il-mudell tal-luminanza bajda massima stabbilizzata għandu jintwera fil-kundizzjoni tal-illuminazzjoni ambjentali mkejla ta’ 100 lux. Għandu jiġi kkonfermat li r-rekwiżit tal-potenza tal-UUT, imkejjel bl-ABC mixgħul, ikun l-istess bħal jew inqas mir-rekwiżit tal-potenza mkejla b’luminanza stabbilizzata bl-ABC mitfi. Jekk il-potenza mkejla ma tkunx l-istess, għandha tintuża l-modalità li trendi l-ogħla potenza mkejla għall-enerġija fil-modalità mixgħul. 1.2.7. Kejl tal-potenza fil-modalità mixgħul Għal kull waħda mis-sistemi ta’ xegħil tal-UUT koperti hawn taħt, il-potenza SDR għandha titkejjel fil-konfigurazzjoni normali, bl-użu tal-verżjoni HD tal-fajl “SDR dynamic video power test” ta’ 10 minuti, sakemm il-kompatibbiltà tas-sinjal tal-input ma tkunx ristretta għal SD. Is-sors tal-fajl u l-interfaċċa tal-input tal-UUT għandhom jiġu kkonfermati bħala li kapaċi jwasslu livelli ta’ data tal-vidjo b’iswed sħiħ u b’abjad sħiħ. Kwalunkwe upscaling tar-riżoluzzjoni ta’ vidjo HD għar-riżoluzzjoni nattiva tal-unità tal-wiri UUT trid tiġi pproċessata mill-UUT u mhux minn apparat estern meta l-UUT tkun tippermetti dan. Jekk irid jintuża apparat estern sabiex jinkiseb upscaling għar-riżoluzzjoni nattiva tal-UUT, allura għandhom jiġu rreġistrati d-dettalji ta’ dak l-apparat u tal-interfaċċa tiegħu mal-UUT. Id-dikjarazzjoni tal-potenza hija l-potenza medja ddeterminata matul l-eżekuzzjoni tal-fajl sħiħ ta’ 10 minuti. Il-potenza tal-HDR, fejn tapplika l-funzjoni, titkejjel bl-użu ta’ żewġ fajls HDR ta’ 5 minuti “HDR-HLG power” u “HDR- HDR10 power”. Jekk waħda minn dawn il-modalitajiet tal-HDR ma tkunx sostnuta, il-potenza tal-HDR għandha tiġi ddikjarata fil-modalità sostnuta. Il-karatteristiċi tal-istrumentazzjoni tat-test u l-kundizzjonijiet tat-test kif spjegati fl-istandards rilevanti japplikaw għall-ittestjar kollu tal-potenza. It-tisħin tal-prodott bit-teknoloġija attwali tal-unitajiet domestiċi UUT ma għandux bżonn jieħu ħafna ħin u jitwettaq bl-aktar mod konvenjenti bil-mudell dinamiku tat-test dinamiku tal-luminanza bajda massima identifikat fit-taqsima 1.2.4 aktar ’il fuq. Meta l-qari tal-potenza jkun stabbli bil-UUT li turi din il-potenza tal-mudell, ikun jista’ jibda l-kejl bil-fajls tat-test dinamiku tal-potenza tal-vidjo SDR u HDR. Meta prodott ikollu ABC, dan għandu jintefa. Jekk ma jkunx jista’ jintefa, il-prodott għandu jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet tad-dawl ambjentali mkejla ta’ 100 lux deskritti fit-taqsima 1.2.5 aktar ’il fuq. Għal UUT maħsuba għall-użu fuq mejns AC inklużi dawk li jużaw input DC standardizzat iżda bi provvista tal-enerġija esterna (EPS) ipprovduta flimkien mal-UUT, il-potenza fil-modalità mixgħul għandha titkejjel fil-punt tal-provvista AC.
Għall-finijiet tal-metodoloġija, japplikaw il-kwalifiki li ġejjin: Batterija kompletament iċċarġjata: Punt waqt l-iċċarġjar meta skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, skont l-indikatur jew il-perjodu ta’ żmien, il-prodott ma jkollux bżonn jibqa’ jiġi ċċarġjat. It-tfassil ta’ profil viżwali ta’ dan il-punt għandu jsir għal referenza sussegwenti b’rappreżentazzjoni grafika tar-reġistru tal-iċċarġjar tal-miter tal-potenza magħmul b’kejl tal-potenza ta’ granularità ta’ sekonda (1) f’perjodu ta’ 30 minuta qabel u wara l-punt ta’ ċċarġjar komplut. Batterija kompletament skarikata: Punt fil-modalità mixgħul, bil-UUT skonnessa minn sors tal-enerġija estern, meta l-unità tal-wiri tintefa awtomatikament (mhux permezz ta’ funzjonijiet awtomatiċi ta’ standby) jew tieqaf tiffunzjona waqt li tkun qed turi immaġni. Jekk ma jkun hemm l-ebda indikatur jew perjodu ta’ ħin ta’ ċċarġjar iddikjarat, il-batterija għandha tiġi skarikata għalkollox. Imbagħad, il-batterija għandha terġa’ tiġi ċċarġjata bil-funzjonijiet kollha kkontrollati mill-utent tal-unità tal-wiri mitfija. L-input tal-potenza kontra l-ħin bi granularità tad-data ta’ mhux inqas minn qari wieħed fis-sekonda għandu jiġi lloggjat b’mod awtomatiku. Meta r-reġistru juri l-bidu ta’ modalità ta’ manutenzjoni tal-batterija flat line b’konsum tal-enerġija baxx jew il-bidu ta’ perjodu b’potenza baxxa ħafna b’żidiet f’daqqa fil-potenza kull ċertu intervall, il-ħin illoggjat sa dak il-punt mill-bidu taċ-ċiklu tal-iċċarġjar tal-batterija, għandu jitqies bħala l-ħin bażiku tal-iċċarġjar. Preparazzjoni tal-batterija: Kwalunkwe batterija Li-ion mhux użata għandha tiġi ċċarġjata għalkollox u tiġi skarikata kompletament darba, qabel ma jsir l-ewwel test fuq UUT. It-tipi l-oħra kollha mhux użati tal-kimika/teknoloġija tal-batteriji għandhom jiġu ċċarġjati kompletament u skarikati kompletament tliet darbiet qabel ma jsir l-ewwel test fuq il-UUT. Metodu Issettja l-UUT għall-ittestjar rilevanti kollu kif deskritt f’dan id-dokument tal-metodoloġija tal-ittestjar. Għall-għażla tad-dikjarazzjoni tal-kejl tal-potenza AC jew DC, applika t-twissijiet fuq ix-xegħil ta’ hawn fuq. Is-sekwenzi tat-test dinamiku kollha li jinvolvu l-kejl tal-potenza għall-konformità mar-regolament u għad-dikjarazzjoni għandhom jitwettqu bil-batterija tal-prodott iċċarġjata kompletament u bis-sors tal-enerġija esterna skonnessa. Il-kundizzjoni ċċarġjata bis-sħiħ għandha tiġi kkonfermata mill-graff tar-reġistru tal-profil tal-iċċarġjar tal-miter tal-potenza. Il-prodott għandu jinxtegħel għall-modalità tal-kejl meħtieġa u s-sekwenza tat-test dinamiku għandha tinbeda minnufih. Wara li titlesta s-sekwenza tat-test dinamiku, il-prodott għandu jintefa u għandha tinbeda sekwenza ta’ ċċarġjar illoggjata. Meta l-profil tal-log tal-iċċarġjar jindika kundizzjoni ċċarġjata għalkollox, il-potenza medja rreġistrata mill-bidu lloggjat tal-iċċarġjar sal-bidu lloggjat tal-kundizzjoni ċċarġjata kompletament tintuża biex tiġi kkalkulata l-potenza li trid tiġi rreġistrata għar-rekwiżit tar-Regolament. Il-modalitajiet standby, standby b’konnessjoni man-network u mitfi (jekk applikabbli) jeħtieġu perjodi twal ta’ tagħbija tal-batterija sabiex jipprovdu ripetibbiltà tajba tad-data mill-potenza medja ta’ rriċarġjar (eż. 48 siegħa għal mitfi jew għal standby u 24 siegħa għal standby b’konnessjoni man-network) Għall-kejl tal-luminanza u għat-tfassil ta’ profil tal-luminanza tal-ABC, is-sors estern tal-enerġija jista’ jibqa’ konness. Għat-test tat-tnaqqis tal-potenza tal-ABC, is-sekwenza tal-luminanza massima dinamika xierqa għandha tiġi eżegwita kontinwament għal 30 minuta f’kundizzjoni ta’ dawl ambjentali ta’ 12-il lux. Il-batterija għandha tiġi rriċarġjata minnufih u għandha tiġi nnotata l-potenza medja. L-istess għandu jiġi ripetut għall-kundizzjoni ambjentali ta’ 100 lux u d-differenza bejn il-potenzi medji ta’ rriċarġjar għandha tiġi kkonfermata bħala 20 % jew aktar. Għad-dikjarazzjoni tal-potenza tal-SDR, is-sekwenza xierqa ta’ kejl dinamiku tal-potenza tal-SDR ta’ 10 minuti għandha tiġi eżegwita 3 darbiet b’mod sekwenzjali u r-rekwiżit medju tal-potenza ta’ rriċarġjar tal-batterija lloggjat (P measured (SDR) = potenza ta’ rriċarġjar/ħin totali ta’ eżekuzzjoni). Għad-dikjarazzjoni dwar il-potenza tal-SDR, kull wieħed miż-żewġ fajls ta’ kejl dinamiku tal-potenza HDR ta’ ħames minuti għandu jiġi eżegwit tliet darbiet wara xulxin u r-rekwiżit medju tal-potenza tar-riċarġjar tal-batterija lloggjat (P measured (HDR) Watts = sigħat Watts ta’ potenza ta’ rriċarġjar/ħin totali ta’ eżekuzzjoni f’sigħat). 1.2.8. Kejl tar-rekwiżit tal-potenza tal-modalitajiet ta’ konsum tal-enerġija baxx u mitfi L-istrumentazzjoni tat-test u l-kundizzjonijiet tat-test kif spjegati fl-istandards rilevanti japplikaw għall-ittestjar kollu tal-potenza f’modalità ta’ konsum tal-enerġija baxx u mitfi. Għandhom jintużaw l-avviżi tal-kejl tal-potenza AC jew DC ta’ 1.2.7 aktar ’il fuq u fejn applikabbli għandha tintuża l-proċedura speċjali tat-test għall-unitajiet tal-wiri li jaħdmu bil-batterija koperti f’1.2.7. |
(5) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Unità li qed Tiġi Ttestjata
ANNESS VI
L-Annessi I, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/2022 għandhom jiġu emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, jiżdied il-punt (19) li ġej:
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS VII
L-Annessi I, III, IV u VI tar-Regolament (UE) 2019/2023 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, jiżdied il-punt (29) li ġej:
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Anness VI, il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(*1) Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif stabbilit fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.”;
ANNESS VIII
L-Annessi I, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/2024 għandhom jiġu emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, il-punt (22) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|