This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0814
Council Decision (CFSP) 2021/814 of 20 May 2021 amending Decision (CFSP) 2017/915 on Union outreach activities in support of the implementation of the Arms Trade Treaty
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/814 tal-20 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/814 tal-20 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi
ST/8194/2021/INIT
ĠU L 180, 21.5.2021, p. 151–151
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2022
|
21.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/151 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/814
tal-20 ta’ Mejju 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 (1). |
|
(2) |
Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1134 (2), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 u estendiet il-perijodu ta’ implimentazzjoni għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
(3) |
Fil-31 ta’ Marzu 2021, il-Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle, u fis-6 ta’ April 2021, l-Expertise France, fil-kapaċitajiet rispettivi tagħhom bħala Aġenziji ta’ Implimentazzjoni, talbu l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex tiġi estiża għat-tieni darba l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915, sal-31 ta’ Jannar 2022, minħabba sfidi kontinwi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19. |
|
(4) |
Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji sal-31 ta’ Jannar 2022, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tiskadi fil-31 ta’ Jannar 2022.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SANTOS SILVA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 tad-29 ta’ Mejju 2017 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 139, 30.5.2017, p. 38).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1134 tat-30 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 247, 31.7.2020, p. 24).