Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 32020R2015
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/2015 of 21 August 2020 specifying details of the implementation of the landing obligation for certain fisheries in Western Waters for the period 2021-2023
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2015 tal-21 ta’ Awwissu 2020 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2021-2023
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2015 tal-21 ta’ Awwissu 2020 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2021-2023
C/2020/5645
ĠU L 415, 10.12.2020, pp. 22-38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Já não está em vigor, Data do termo de validade: 31/12/2023: Este ato foi alterado. Versão consolidada atual:
01/01/2024
|
10.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 415/22 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2015
tal-21 ta’ Awwissu 2020
li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2021-2023
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu l-għan li jelimina b’mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għall-qabdiet ta’ speċijiet li huma soġġetti għal-limiti tal-qbid. |
|
(2) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi l-adozzjoni ta’ pjanijiet pluriennali li jkun fihom miżuri ta’ konservazzjoni għas-sajd li jisfrutta ċerti stokkijiet f’żona ġeografika rilevanti. |
|
(3) |
Dawn il-pjanijiet pluriennali jispeċifikaw id-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art u jistgħu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tispeċifika aktar dawk id-dettalji abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2019/472 jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. L-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għall-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet fl-Ilmijiet tal-Punent li għalihom japplika l-obbligu ta’ ħatt l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, kif previst fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(5) ta’ dak ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2239 (3) speċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu 2020-2021, wara rakkomandazzjoni konġunta mressqa mill-Belġju, mid-Danimarka, minn Franza, mill-Ġermanja, min-Netherlands, mill-Iżvezja u mir-Renju Unit (4) li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett tas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana. |
|
(6) |
Wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Majjistral u mal-Kunsill Konsultattiv tal-Istokkijiet Pelaġiċi, fil-5 ta’ Mejju 2020, il-Belġju, Spanja, Franza, l-Irlanda u n-Netherlands ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni dwar pjan għall-iskartar għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2021-2023. L-Istati Membri analizzaw ir-rakkomandazzjoni konġunta fid-29 ta’ Lulju 2020. |
|
(7) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2237 (5) jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu 2020-2021, wara rakkomandazzjoni konġunta mressqa mill-Belġju, mid-Danimarka, minn Franza, mill-Ġermanja, min-Netherlands, mill-Iżvezja u mir-Renju Unit li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett tas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana. |
|
(8) |
Wara li fl-24 ta’ April 2020 ikkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Lbiċ u mal-Kunsill Konsultattiv tal-Istokkijiet Pelaġiċi, fil-5 ta’ Mejju 2020, il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni dwar pjan għall-iskartar għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu 2021-2023. L-Istati Membri analizzaw ir-rakkomandazzjoni konġunta fis-16 ta’ Lulju 2020. |
|
(9) |
Inkisbu kontributi xjentifiċi mingħand il-korpi xjentifiċi rilevanti, li ġew analizzati mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (“STECF”) (6). Il-Kummissjoni ppreżentat il-miżuri kkonċernati lil grupp ta’ esperti magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri fit-28 ta’ Lulju 2020 f’laqgħa li għaliha attenda l-Parlament Ewropew bħala osservatur. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni qieset kemm il-valutazzjoni tal-STECF kif ukoll il-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu ta’ ħatt l-art. F’bosta każijiet, tressqet evidenza ġdida, iżda l-STECF deherlu li hemm bżonn titjib fl-informazzjoni pprovduta. F’dawk il-każijiet, jixraq jingħataw eżenzjonijiet fuq bażi temporanja. Permezz tal-attivitajiet tas-sajd kontinwi, il-ġbir tad-data se jitjieb u se jiġu indirizzati l-kunsiderazzjonijiet tal-STECF. |
|
(11) |
Il-gruppi reġjonali sostnew li hemm żieda potenzjali fil-kostijiet bħala konsegwenza tal-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa għall-biċċa l-kbira tal-eżenzjonijiet de minimis. L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f’dan ir-rigward tjiebet. Madankollu, l-STECF jinnota li għadd hemm bżonn jitjieb il-ġbir tad-data, filwaqt li t-titjib tas-selettività jenħtieġ ikun prijorità biex jitnaqqas il-livell tal-qabdiet mhux mixtieqa. Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, l-eżenzjonijiet se jingħataw fuq bażi ta’ każ b’każ għal sena jew sentejn. L-Istati Membri jenħtieġ jipprovdu data addizzjonali li tirriżulta minn provi u studji xjentifiċi li għadhom għaddejjin. |
|
(12) |
L-eżenzjonijiet tas-sopravivenza għolja li ġejjin għall-obbligu ta’ ħatt l-art jenħtieġ japplikaw għall-Ilmijiet tal-Majjistral. |
|
(13) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza, kif previst mill-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013, għall-iskampu li jinqabad bin-nases jew bil-kavetti fis-subżoni 6 u 7 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”). L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF evalwa l-evidenza mressqa mill-Istati Membri fis-snin preċedenti u kkonkluda (7) li l-eżenzjoni hi ġustifikata. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk dik l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(14) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza għall-iskampu li jinqabad bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ta’ 100 mm jew akbar u għall-iskampu li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ta’ 70-99 mm flimkien ma’ alternattivi ta’ rkaptu selettiv (sajd TRI u TR2) fis-subżona 7 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. Fis-snin preċedenti, l-STECF analizza l-evidenza pprovduta mill-Istati Membri u kkonkluda (8) li l-istudju tas-sopravivenza li sar bix-xibka tat-tkarkir Seltra pprovda data suffiċjenti, iżda li jibqa’ diffiċli li jiġi vvalutat l-effett ġenerali fuq is-sajd estensiv tal-iskampu bi rkapti tas-sajd oħra. L-STECF innota li jekk wieħed jassumi li tapplika rata tas-sopravivenza relattivament għolja għall-irkapti kollha, dak is-sajd ikun jinvolvi rata ta’ skartar relattivament baxxa. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk dik l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm f’dan ir-Regolament bi speċifiċitajiet tal-irkaptu għaż-Żona ta’ Protezzjoni tal-Baħar Ċeltiku u għall-Baħar Irlandiż. |
|
(15) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza għall-iskampu li jinqabad fid-diviżjoni 6a tal-ICES, sa tnax-il mil nawtiku mill-kosta, billi jintużaw xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti b’daqs tal-malja ta’ 80-110 mm flimkien ma’ alternattivi ta’ rkaptu selettiv. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri fis-snin preċedenti u kkonkluda (9) li l-istudju dwar is-sopravivenza hu sod u jindika rata tas-sopravivenza relattivament għolja. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk dik l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(16) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza għal-lingwata komuni inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni (MCRS) li tinqabad bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti ta’ 80-99 mm fid-diviżjoni 7d tal-ICES sa sitt mili nawtiċi mill-kosta u barra ż-żoni ta’ tkabbir identifikati. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. Fis-snin preċedenti, l-STECF evalwa l-evidenza mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda (10) li l-evidenza kienet biżżejjed biex tagħti prova tar-rati tas-sopravivenza. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk dik l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(17) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 ta eżenzjoni tas-sopravivenza għar-rebekkini u r-raj li jinqabdu b’xi rkaptu fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza l-ġdida mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda (11) li s-sopravivenza tvarja skont l-ispeċi u t-tip ta’ sajd. L-STECF innota li għaddejjin proġetti li jenħtieġ jipprovdu informazzjoni utli dwar din l-eżenzjoni. Din il-konklużjoni tapplika għar-raja kukù (Leucoraja naevus). L-STECF innota li l-evidenza indikat rati tas-sopravivenza aktar baxxi għar-raja kukù. L-Istati Membri jenħtieġ jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali li tirriżulta minn dawn l-istudji mill-aktar fis possibbli, iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena. |
|
(18) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 ta eżenzjoni tas-sopravivenza għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad fid-diviżjonijiet 7a sa 7k tal-ICES minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu, b’potenza massima tal-magna ta’ 221 kW, tul massimu ta’ 24 metru, li jistadu sa 12-il mil nawtiku mill-kosta u b’ħinijiet ta’ rmunkar ta’ mhux aktar minn siegħa u nofs, u minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b’potenza tal-magna akbar minn 221 kW, bl-użu ta’ ħabel flip-up jew pannell tar-rilaxx bentiku. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza l-ġdida mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda (12) li l-estimi tas-sopravivenza għall-iskartar huma varjabbli bejn il-vjaġġi u l-evidenza ma kinitx biżżejjed għad-diviżjonijiet 7h, 7j u 7k tal-ICES. F’dawk iċ-ċirkostanzi, l-eżenzjoni għall-barbun tat-tbajja’ jenħtieġ tinżamm biss fid-diviżjonijiet 7a sa 7 g tal-ICES. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ jippreżentaw l-evidenza mill-aktar fis possibbli, iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena. Il-Kummissjoni tinnota li l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jippreżentaw skeda taż-żmien għat-tlestija tal-pjan direzzjonali bir-rapport annwali li jmiss sal-1 ta’ Mejju 2021. |
|
(19) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad b’pariti jew xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti fid-diviżjonijiet 7d sa 7 g tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri fis-snin preċedenti u kkonkluda (13) li l-istudju dwar is-sopravivenza hu robust u jindika rata tas-sopravivenza relattivament għolja. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk dik l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(20) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 ta eżenzjoni tas-sopravivenza tal-barbun tat-tbajja’ li jinqabad bit-tartaruni Daniżi fid-diviżjoni 7d tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. Fis-snin preċedenti, l-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda (14) li d-data tal-istudju dwar ir-rati tas-sopravivenza hi affidabbli u tagħti estimi sodi tas-sopravivenza għal dak it-tip ta’ sajd. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk dik l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(21) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza għall-ispeċijiet li jinqabdu fin-nases u fil-kavetti fl-Ilmijiet tal-Majjistral (is-subżoni 5, 6 u 7 tal-ICES). L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika biex juru r-rati għolja tas-sopravivenza tal-qbid skartat għall-ispeċijiet li jinqabdu f’dak it-tip ta’ sajd. L-STECF analizza l-evidenza fis-snin preċedenti u kkonkluda (15) li s-sopravivenza tal-ispeċijiet skartati mis-sajd bin-nases u bix-xbieki nassa aktarx tkun sostanzjali. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk din l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(22) |
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1393/2014 (16) jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza għall-kavalli u l-aringi li jinqabdu b’tartaruni tal-borża f’ċerti kundizzjonijiet fis-subżona 6 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza ġustifikattiva fis-snin preċedenti u kkonkluda (17) li r-rati tas-sopravivenza jiddependu fuq iż-żmien tal-iffullar u d-densità tal-ħut fix-xibka, li ġeneralment ikunu limitati f’dawn it-tipi ta’ sajd. Jekk wieħed jassumi li r-riżultati tal-istudju dwar is-sopravivenza huma rappreżentattivi tar-rati tas-sopravivenza waqt l-operazzjonijiet tas-sajd kummerċjali, il-proporzjon ta’ superstiti tal-kavalli meħlusa aktarx ikun madwar 70 %. Id-densitajiet ikunu wkoll aktar baxxi mid-densità fejn ikun ġie osservat li l-mortalità tal-aringi żdiedet. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk din l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm f’dan ir-Regolament. |
|
(23) |
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1393/2014 jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza għall-kavalli u l-aringi li jinqabdu fis-sajd bit-tartarun tal-lampara li jimmira għall-ispeċijiet mhux tal-kwota fid-diviżjonijiet 7e u 7f tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri fis-snin preċedenti u kkonkluda (18) li r-rati tas-sopravivenza aktarx li kienu simili għar-rati tas-sopravivenza mis-sajd bit-tartarun tal-borża u l-evidenza ġustifikattiva kienet simili għall-evidenza li tiġġustifika eżenzjonijiet oħra inklużi fil-pjanijiet preċedenti għall-iskartar. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(24) |
L-eżenzjonijiet tas-sopravivenza għolja li ġejjin jenħtieġ japplikaw għall-Ilmijiet tal-Lbiċ. |
|
(25) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 jinkludi eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art għall-iskampu li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES u għall-paġella ħamra li tinqabad bl-irkaptu artiġjanali “voracera” fid-diviżjoni 9a tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF evalwa l-eżenzjoni fuq l-iskampu fis-snin preċedenti u kkonkluda (19) li l-evidenza kienet soda. Għall-paġella ħamra, l-STECF ikkonkluda fil-valutazzjonijiet preċedenti (20) li l-istudji kienu jirrappreżentaw b’mod raġonevoli evidenza xjentifika tajba għas-sopravivenza tal-paġella ħamra. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk dawn iż-żewġ eżenzjonijiet jenħtieġ jinżammu. |
|
(26) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 ta eżenzjoni tas-sopravivenza għar-rebekkini u r-raj li jinqabdu bl-irkapti kollha fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li din l-eżenzjoni titkompla u pprovdew evidenza ġdida. L-STECF ikkonkluda (21) li kien hemm sforz sinifikanti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-data, b’diversi proġetti għadhom għaddejjin. Madankollu jeħtieġ jitjieb il-ġbir tad-data. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett jenħtieġ jippreżentaw evidenza xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2022, li tirriżulta mill-proġetti li għaddejjin. Għalhekk l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(27) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 ta eżenzjoni għar-raja kukù li tinqabad bil-pariti fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES u li tinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fis-subżona 8 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li din l-eżenzjoni titkompla u pprovdew evidenza ġdida. L-STECF analizza l-evidenza u nnota (22) li kien hemm sforz sinifikanti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-data u li hemm għadd sinifikanti ta’ proġetti li għadhom għaddejjin. Madankollu jeħtieġ jitjieb il-ġbir tad-data. Minħabba li r-rati tas-sopravivenza fil-passat għar-raja kukù wrew li huma aktar baxxi minn dawk għal rebekkini u raj oħrajn, jenħtieġ li l-eżenzjoni tinżamm sal-31 ta’ Diċembru 2022 għar-raja kukù li tinqabad bil-pariti fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES u sal-31 ta’ Diċembru 2021 għar-raja kukù li tinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fis-subżona 8 tal-ICES. L-Istati Membri jenħtieġ jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli, li tirriżulta mill-proġetti li għadhom għaddejjin. |
|
(28) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 ta eżenzjoni tas-sopravivenza għall-paġella ħamra li tinqabad bl-irkaptu artiġjanali “voracera” fid-diviżjoni 9a tal-ICES u bis-snanar u x-xlief fis-subżoni 8 u 10 tal-ICES u fid-diviżjoni 9a tal-ICES. L-Istati Membri talbu li jkomplu din l-eżenzjoni u pprovdew evidenza ġdida. Madankollu jenħtieġ jitjieb il-ġbir tad-data. L-STECF innota (23) li diversi proġetti xjentifiċi dwar is-sopravivenza ppjanati għall-perjodu 2019-2020 ma twettqux minħabba restrizzjonijiet fil-kisba tal-materjal. L-eżenzjoni tista’ tingħata sal-31 ta’ Diċembru 2022. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett jenħtieġ jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2022, li tappoġġja l-eżenzjoni. |
|
(29) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 (24) jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza għolja għall-inċova, għas-sawrell u għall-kavalli fis-sajd bit-tartarun tal-borża (PS) artiġjanali, sakemm ix-xibka ma tkunx kompletament abbord. L-Istati Membri talbu li din l-eżenzjoni titkompla u pprovdew evidenza ġdida. L-STECF innota (25) li l-evidenza turi rati għoljin tas-sopravivenza għall-inċova, għas-sawrell u għall-kavalli meta l-ħin tal-iffullar relatat mal-proċedura ta’ tħarrib jiġi stmat li hu inqas minn 5 minuti, li huwa l-ħin tal-iffullar stmat f’kundizzjoni ta’ sajd reali. Għalhekk, jenħtieġ li l-eżenzjoni tinżamm. |
|
(30) |
L-eżenzjonijiet de minimis li ġejjin mill-obbligu ta’ ħatt l-art jenħtieġ japplikaw għall-Ilmijiet tal-Majjistral. |
|
(31) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 jinkludi eżenzjonijiet de minimis mill-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. Fis-snin preċedenti, l-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda (26) li l-argumenti dwar l-ispejjeż sproporzjonati fil-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa kienu raġonevoli. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk l-eżenzjonijiet de minimis jixraq jinżammu għal:
|
|
(32) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-merluzz tal-linja sewda li jinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ta’ 80 mm jew aktar fid-diviżjonijiet 7b, 7c u 7e sa 7k tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF (27) analizza l-evidenza l-ġdida mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda li l-merluzz tal-linja sewda hu speċi bi kwota limitanti ta’ riskju għoli f’din iż-żona. Madankollu, l-STECF innota wkoll li l-bakkaljaw u l-merlangu naqsu ħafna fil-Baħar Ċeltiku u ta parir biex jitnaqqas il-livell tal-qabdiet mhux mixtieqa ta’ dawn l-ispeċijiet. Għalhekk, l-eżenzjoni tista’ tingħata għal xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ta’ 100 mm jew akbar, it-tartaruni u għajr ix-xbieki tat-tkarkir bi travu u s-sajd dirett għall-iskampu; għall-bastimenti li jimmiraw għall-iskampu b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 80 mm għas-sajd dirett għall-iskampu; u għax-xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ 80 mm jew akbar b’pannell Fjamming. Din l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(33) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 ta eżenzjoni de minimis għas-sajd demersali mħallat magħmul minn bastimenti li jimmiraw għall-gamblu tar-ramel u li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu fid-diviżjoni 7a tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. Fis-snin preċedenti, l-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda (28) li l-eżenzjoni għal dan is-sajd hi ddokumentata sew fil-Baħar tat-Tramuntana u aktarx li s-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana jkun rappreżentattiv tas-sajd fil-Baħar Irlandiż. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(34) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 ta eżenzjoni de minimis għall-pixxi trumbetta li tinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fid-diviżjonijiet 7b, 7c u 7f sa 7k tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza d-data l-ġdida ppreżentata mill-Istati Membri u kkonkluda (29) li hemm evidenza ta’ żieda fl-ispejjeż assoċjati mal-ġestjoni u l-ħażna tal-qabdiet mhux mixtieqa fis-sajd rilevanti. Madankollu jenħtieġ li t-titjib tas-selettività jkun il-prijorità. L-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm sal-31 ta’ Diċembru 2022. L-Istati Membri kkonċernati jippreżentaw evidenza addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard minn Mejju 2022, li tappoġġja din l-eżenzjoni. |
|
(35) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 ta eżenzjoni de minimis għall-megrim inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li jinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ 80-119 mm fis-subżona 7 tal-ICES u li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ f’kundizzjonijiet speċifiċi. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza d-data l-ġdida mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda (30) li hemm indikazzjonijiet ta’ spejjeż addizzjonali għall-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa. L-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm għal sentejn bi speċifikazzjonijiet addizzjonali li jippermettu l-ġbir ta’ data addizzjonali. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ jippreżentaw evidenza addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u samhux aktar tard minn Mejju 2021, li tappoġġja din l-eżenzjoni. |
|
(36) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 ta eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni li tinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ 80-119 mm b’żieda fis-selettività (pannell Fjamming) fid-diviżjonijiet 7a, 7j u 7k tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza l-ġdida mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda (31) li kienu meħtieġa speċifikazzjonijiet tekniċi addizzjonali dwar l-irkapti tas-sajd. The exemption should be maintained for two years but only for ICES division 7a and Member States should submit as soon as possible, and not later than by 1 May 2022 the evidence supporting the exemption. |
|
(37) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-arġentina silus li tinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ta’ 100 mm jew aktar fid-diviżjoni 5b tal-ICES u fis-subżona 6 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza l-ġdida mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda (32) li hemm evidenza ta’ żieda fl-ispejjeż assoċjati mal-ġestjoni u l-ħażna tal-qabdiet mhux mixtieqa. L-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm għal sentejn, u l-Istati Membri jenħtieġ jippreżentaw evidenza addizzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2022, li tappoġġja din l-eżenzjoni. |
|
(38) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 ta eżenzjoni de minimis għall-kavalli u għas-sawrell li jinqabdu fis-sajd demersali mħallat minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, it-tartaruni u x-xbieki tat-tkarkir bi travu fis-subżona 6 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 7b sa 7k tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri u kkonkluda li hemm evidenza ta’ żieda fl-ispejjeż assoċjati mal-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa, kif konkluż fl-evalwazzjonijiet preċedenti. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm għal sentejn, u l-Istati Membri jenħtieġ jippreżentaw evidenza addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2022, li tappoġġja l-eżenzjoni. |
|
(39) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 ta eżenzjoni de minimis għall-merluzz tal-linja sewda inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li jinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja sa 119 mm fis-sajd għall-iskampu fil-Punent tal-Iskozja fid-diviżjoni 6a tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri u nnota (33) li l-konklużjonijiet tar-rapport 19-08 tal-STECF kienu għadhom validi u li l-argumenti tal-ispejjeż sproporzjonati jidhru raġonevoli. Minħabba l-livell attwali ta’ qabdiet mhux mixtieqa f’dan is-sajd, l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm, iżda biss għall-bastimenti li jużaw irkapti selettivi ħafna. |
|
(40) |
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1393/2014 ta eżenzjoni de minimis għat-tipi ta’ sajd pelaġiku li ġejjin:
|
|
(41) |
L-Istati Membri talbu li jkomplu l-eżenzjoni de minimis għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fis-sajd industrijali b’bastiment tat-tkarkir pelaġiku li jimmira għal dik l-ispeċi fid-diviżjonijiet 5b, 6 u 7 tal-ICES u għall-ipproċessar ta’ dik l-ispeċi abbord biex tinkiseb bażi tas-surimi. L-STECF analizza din l-eżenzjoni b’mod pożittiv fis-snin preċedenti (34) u din kienet ingħatat minħabba d-diffikultajiet biex tittejjeb is-selettività. Iċ-ċirkostanzi tas-sajd ma nbidlux u għalhekk l-eżenzjonijiet jenħtieġ jinżammu. L-Istati Membri jenħtieġ jipprovdu evidenza dwar ix-xejriet tas-sajd sal-1 ta’ Mejju 2023. |
|
(42) |
L-Istati Membri talbu li jkomplu l-eżenzjoni de minimis għall-alonga (Thunnus alalunga) fis-sajd dirett għall-alonga bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir pelaġiku bil-paranzi (PTM) fis-subżona 7 tal-ICES. L-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri dwar l-ispejjeż sproporzjonati tal-ħażna u l-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa fis-snin preċedenti u kkonkluda (35) li t-talba hi relatata mat-telf ta’ qabdiet kummerċjabbli. L-Istati Membri ddiskutew l-ispejjeż tal-ħażna u l-ġestjoni fuq il-baħar u fuq l-art. Iċ-ċirkostanzi tas-sajd ma nbidlux u għalhekk l-eżenzjonijiet jenħtieġ jinżammu. L-Istati Membri jenħtieġ jipprovdu evidenza dwar ix-xejriet tas-sajd sal-1 ta’ Mejju 2023. |
|
(43) |
L-Istati Membri talbu li jkomplu l-eżenzjoni de minimis għall-kavalli, għas-sawrell, għall-aringi u għall-merlangu li jinqabdu minn bastimenti tat-tkarkir pelaġiku b’tul kumplessiv sa 25 m bl-użu tax-xbieki tat-tkarkir pelaġiku fid-diviżjoni 7d tal-ICES. L-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri fis-snin preċedenti u kkonkluda (36) li l-argumenti kwalitattivi motivati appoġġjaw l-eżenzjoni minħabba spejjeż sproporzjonati. Iċ-ċirkostanzi tas-sajd ma nbidlux u għalhekk l-eżenzjonijiet jenħtieġ jinżammu. L-Istati Membri jenħtieġ jipprovdu evidenza dwar ix-xejriet tas-sajd sal-1 ta’ Mejju 2023. |
|
(44) |
L-eżenzjonijiet de minimis li ġejjin mill-obbligu ta’ ħatt l-art jenħtieġ japplikaw għall-Ilmijiet tal-Lbiċ. |
|
(45) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 jinkludi eżenzjoni de minimis għal:
|
|
(46) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-merluzz li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir u tartaruni fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza l-ġdida mressqa mill-Istati Membri fl-2020. L-STECF ikkonkluda (37) li l-analiżi dwar l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa tfasslet apposta għall-flotot li jimmiraw għall-merluzz, u r-riżultati jindikaw li se jiżdied il-ħin tal-ġestjoni u s-separazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa. L-evidenza hi komprensiva u biżżejjed biex tappoġġja l-eżenzjoni u jenħtieġ li din tinżamm. L-eżenzjoni jenħtieġ tingħata wkoll għall-merluzz u l-lingwata komuni li jinqabdu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bil-paranzi u xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTM, PTM). |
|
(47) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 jinkludi eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni li tinqabad bix-xbieki tat-tkarkir bi travu u bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES u għal-lingwata komuni li tinqabad bil-pariti u bl-għeżula fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjonijiet jitkomplew. L-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri fis-snin preċedenti u kkonkluda (38) li r-rakkomandazzjoni konġunta tinkludi argumenti motivati li juru diffikultajiet biex jiżdiedu s-selettività u spejjeż sproporzjonati tal-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk dawn l-eżenzjonijiet de minimis jenħtieġ jinżammu. L-eżenzjoni jenħtieġ tingħata wkoll għal-lingwata komuni li tinqabad minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bil-paranzi u x-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTM, PTM). |
|
(48) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-fonsa ħamra li tinqabad bis-snanar u fis-subżona 10 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF analizza l-evidenza mressqa mill-Istati Membri fis-snin preċedenti u kkonkluda (39) li l-informazzjoni pprovduta tinkludi argumenti motivati li juru li hu diffiċli jinkiseb aktar titjib fis-selettività jew dan jimplika spejjeż sproporzjonati fil-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk dik l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(49) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 jinkludi eżenzjoni de minimis għal:
|
|
(50) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2033 jinkludi eżenzjoni de minimis għal:
|
|
(51) |
L-Istati Membri talbu li dawn l-eżenzjonijiet jitkomplew u li din tingħata għall-petriċa kbira li tinqabad bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku. L-Istati Membri pprovdew analiżi ekonomika dettaljata dwar l-ispejjeż sproporzjonati tal-qabdiet mhux mixtieqa li ġiet evalwata mill-STECF (40). L-STECF ikkonkluda li għalkemm l-istudju hu dettaljat u estensiv, l-STECF ma setax jevalwa bis-sħiħ il-metodoloġija tiegħu waqt il-proċedura bil-miktub. Minħabba l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u li l-STECF ma setax jivvaluta l-metodoloġija tal-istudju, jenħtieġ li dawk l-eżenzjonijiet jiġu inklużi f’dan ir-Regolament. L-Istati Membri jenħtieġ jipprovdu data addizzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, li tappoġġja l-eżenzjoni. |
|
(52) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 jinkludi eżenzjoni de minimis għal:
|
|
(53) |
L-Istati Membri talbu li dawn l-eżenzjonijiet jitkomplew għall-merlangu li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir u bit-tartaruni fis-subżona 8 tal-ICES, u li din tingħata għall-merlangu li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku. L-Istati Membri pprovdew evidenza ġdida. L-STECF ikkonkluda (41) li hemm indikazzjonijiet li hu diffiċli li jinkiseb titjib fis-selettività fis-sajd demersali mħallat, li fih jinqabad il-merlangu mingħajr telf sinifikanti ta’ qabdiet kummerċjabbli oħra, kif ukoll li għaddejjin studji ġodda. L-eżenzjoni jenħtieġ tingħata għal sentejn. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ jipprovdu informazzjoni xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, li tirriżulta mill-istudji li għaddejjin. |
|
(54) |
L-Istati Membri talbu li titkompla l-eżenzjoni de minimis għall-merlangu li jinqabad bl-għeżula fis-subżona 8 tal-ICES u pprovdew evidenza ġdida. L-STECF ikkonkluda (42) li hu diffiċli li jinkiseb titjib fis-selettività fis-sajd bl-għeżula. Madankollu jeħtieġ titjieb fl-informazzjoni pprovduta dwar l-ispejjeż sproporzjonati. L-eżenzjoni jenħtieġ tingħata għal sentejn u l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ jipprovdu data addizzjonali mill-aktar fis possibbli iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena. |
|
(55) |
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1394/2014 jinkludi eżenzjonijiet de minimis għal:
|
|
(56) |
L-Istati Membri talbu li l-eżenzjonijiet jitkomplew fir-rigward tas-sajd pelaġiku. Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1394/2014 jipprevedi dawn l-eżenzjonijiet wara valutazzjoni pożittiva tal-STECF fis-snin preċedenti (43) u l-eżenzjonijiet kienu ngħataw minħabba d-diffikultajiet iffaċċjati biex titjieb is-selettività għall-istokkafixx, għas-sawrell u għall-kavalli; u spejjeż għoljin għall-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa fil-każ tal-alonga u tal-inċova. Iċ-ċirkostanzi ma nbidlux u għalhekk dik l-eżenzjoni jenħtieġ tinżamm. |
|
(57) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet konġunti ġodda, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2239 u r-Regolament Delegat (UE) 2019/2237 jixraq jitħassru u jiġu sostitwiti b’Regolament ġdid. |
|
(58) |
Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, dan ir-Regolament jenħtieġ jidħol fis-seħħ minnufih mal-pubblikazzjoni. Dan jenħtieġ jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art
Fl-ilmijiet tal-Majjistral (is-subżona 5 tal-ICES (minbarra d-diviżjoni 5a u l-ilmijiet tal-Unjoni biss tad-diviżjonijiet 5b), 6 u 7) u fl-ilmijiet tal-Lbiċ (is-subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES (l-ilmijiet madwar l-Azores), u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF (l-ilmijiet madwar Madeira u l-Gżejjer Kanarji), l-obbligu ta’ ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika fis-sajd demersali u pelaġiku f’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-perjodu 2021-2023.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. “Pannell Fjamming” tfisser l-aħħar parti tal-malja tax-xibka tat-tkarkir bi travu, li tidjieq għal xejn u li:
|
— |
il-parti ta’ wara tagħha tkun imqabbda direttament mal-manka; |
|
— |
il-partijiet ta’ fuq u ta’ taħt tax-xbieki jkunu magħmula minn malji b’daqs ta’ mill-inqas 120 mm meta jitkejlu bejn għoqda u oħra; u |
|
— |
it-tul imġebbed ikun mill-inqas 3 m. |
2. “Pannell Seltra” tfisser apparat tas-selettività li:
|
— |
hu magħmul minn pannell ta’ fuq b’daqs tal-malja mill-inqas 270 mm (malja maqrut) jew minn pannell ta’ fuq b’daqs tal-malja mill-inqas 300 mm (malja kwadra), imqiegħed f’sezzjoni f’forma ta’ kaxxa b’erba’ pannelli, fil-parti dritta ta’ manka; |
|
— |
ikun twil mill-inqas 3 metri; |
|
— |
jitqiegħed mhux aktar minn 4 m ’l bogħod mis-siegla tal-għeluq; u |
|
— |
jkun daqs il-wisa’ kollu tas-saff ta’ fuq tax-xibka tas-sezzjoni f’forma ta’ kaxxa tax-xibka tat-tkarkir (jiġifieri minn ċmusa sa ċmusa). |
3. “Apparat ta’ selettività tan-Netgrid” tfisser apparat ta’ selettività li jikkonsisti f’sezzjoni magħmula minn erba’ pannelli mdaħħla f’xibka tat-tkarkir b’żewġ pannelli b’xibka inklinata ta’ malja maqrut b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 200 mm, li twassal għal toqba minn fejn jaħrab il-ħut fil-parti ta’ fuq tax-xibka tat-tkarkir;
4. “Netgrid tas-CEFAS” tfisser apparat ta’ selettività tan-Netgrid żviluppat minn The Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science għall-qabdiet ta’ awwisti fil-Baħar Irlandiż;
5. “Xibka tat-tkarkir flip-flap” tfisser xibka tat-tkarkir mgħammra bi grilja ta’ xbieki żviluppata biex tnaqqas il-qabdiet ta’ bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda u merlangu fis-sajd għall-iskampu;
6. “Ħabel flip-up” tfisser irkaptu tax-xbieki tat-tkarkir bi travu demersali modifikat biex jgħin sabiex ġebel u blat kbir lixx ma jitħallewx jidħlu fix-xibka u jikkawżaw ħsara kemm lill-irkaptu u kif ukoll lill-qabdiet;
7. “Pannell tar-rilaxx bentiku” tfisser pannell tax-xbieki b’malja ikbar jew b’malja kwadra mwaħħla fil-pannell ta’ isfel ta’ xibka tat-tkarkir, ġeneralment xibka tat-tkarkir bi travu biex jinħareġ kwalunkwe materjal bentiku u fdal ta’ qiegħ il-baħar qabel ma dan jgħaddi fil-manka;
8. “Żona ta’ Protezzjoni tal-Baħar Ċeltiku” tfisser l-ilmijiet fid-diviżjonijiet 7f, 7 g tal-ICES u fil-parti ta’ 7j li tinsab fit-Tramuntana tal-latitudni 50° N u fil-Lvant ta’ 11° W.
9. “Voracera” tfisser xlief bis-sunnara mekkanizzat iddisinjat u mibni lokalment, li jintuża mill-flotta tas-sajd artiġjanali li tistad għall-paġella ħamra fin-Nofsinhar ta’ Spanja fid-diviżjoni 9a tal-ICES.
KAPITOLU II
EŻENZJONIJIET TAS-SOPRAVIVENZA FL-ILMIJIET TAL-MAJJISTRAL
Artikolu 3
Eżenzjoni tas-sopravivenza għall-iskampu
1. L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għal:
|
(a) |
Norway lobster (Nephrops norvegicus) caught in pots, traps or creels (gear codes (44): FPO u FIX u FYK), fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES; |
|
(b) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) b’daqs tal-malja ta’ 100 mm jew akbar fis-subżona 7 tal-ICES; |
|
(c) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad fis-subżona 7 tal-ICES, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) b’daqs tal-malja ta’ 70 sa 99 mm flimkien ma’ alternattivi ta’ rkaptu selettiv ħafna, kif stabbilit fil-paragrafi 2 u 3; |
|
(d) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) b’daqs tal-malja ta’ 80 sa 110 mm fid-diviżjoni 6a tal-ICES sa tnax-il mil nawtiku mill-kosta. |
2. L-eżenzjoni permezz tal-paragrafu 1(c) għandha tapplika għall-bastimenti li jistadu fiż-Żona ta’ Protezzjoni tal-Baħar Ċeltiku, sakemm jużaw wieħed mill-irkapti selettivi li ġejjin:
|
(a) |
pannell b’malja kwadra ta’ mill-inqas 300 mm; |
|
(b) |
pannell b’malja kwadra ta’ mill-inqas 200 mm għal bastimenti b’tul ta’ inqas minn 12 m; |
|
(c) |
pannell Seltra; |
|
(d) |
Gradilja selettiva bi spazju massimu ta’ 35 mm bejn il-vireg kif definit fil-Parti B tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45) jew apparat ta’ selettività tan-Netgrid ekwivalenti; |
|
(e) |
manka ta’ 100 mm b’pannell ta’ malja kwadra ta’ 100 mm; |
|
(f) |
Manka doppja bil-manka ta’ fuq nett mibnija b’malja T90 ta’ mill-inqas 90 mm u mmuntata b’pannell ta’ separazzjoni b’daqs massimu tal-malja ta’ 300 mm. |
3. L-eżenzjoni permezz tal-paragrafu 1(c) għandha tapplika għall-bastimenti li jistadu fid-diviżjoni 7a tal-ICES, sakemm jużaw wieħed mill-irkapti selettivi li ġejjin:
|
(a) |
pannell b’malja kwadra ta’ mill-inqas 300 mm; |
|
(b) |
pannell b’malja kwadra ta’ mill-inqas 200 mm għal bastimenti b’tul ta’ inqas minn 12 m; |
|
(c) |
pannell Seltra; |
|
(d) |
Gradilja selettiva bi spazju massimu ta’ 35 mm bejn il-vireg kif definit fil-Parti B tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241; |
|
(e) |
Netgrid tas-CEFAS; |
|
(f) |
Xibka tat-tkarkir flip-flap. |
4. Meta jiġi skartat l-iskampu li jinqabad fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles sħiħ, minnufih u fiż-żona fejn ikun inqabad.
Artikolu 4
Eżenzjoni tas-sopravivenza għal-lingwata komuni
1. L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fid-diviżjoni 7d tal-ICES, sa sitt mili nawtiċi mill-kosta iżda barra miż-żoni ta’ tkabbir identifikati, għall-qabdiet tal-lingwata komuni (Solea solea) inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni bl-użu ta’ rkapti tax-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (kodiċijiet tal-irkaptu: OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) b’daqs tal-malja tal-manka ta’ 80-99 mm, minn bastimenti:
|
(a) |
li għandhom tul massimu ta’ 10 m u potenza massima tal-magna ta’ 221 kW; u |
|
(b) |
li jistadu f’ilmijiet b’fond ta’ 30 m jew inqas u b’ħinijiet ta’ rmunkar sa disgħin minuta. |
2. Meta tiġi skartata l-lingwata komuni li tinqabad fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-lingwata komuni għandha tinħeles minnufih.
Artikolu 5
Eżenzjoni tas-sopravivenza għar-rebekkini u r-raj
1. L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għar-rebekkini u r-raj (Rajiformes) li jinqabdu b’xi rkaptu tas-sajd fl-Ilmijiet tal-Majjistral (is-subżoni 6 u 7 tal-ICES).
2. Kull sena, l-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju, li tappoġġja l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jivvaluta dik l-informazzjoni xjentifika sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena.
3. L-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għar-raja kukù. Member States having a direct management interest shall submit, every year as soon as possible and not later than by 1 May, additional scientific information supporting that exemption including provisional information on Cuckoo ray catches, Cuckoo ray discards and the progress of Cuckoo ray vitality or survival research in relevant fisheries. L-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika pprovduta qabel il-31 ta’ Lulju ta’ kull sena.
4. Meta jiġu skartati r-rebekkini u r-raj li jinqabdu fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinħelsu minnufih.
Artikolu 6
Eżenzjoni tas-sopravivenza għall-barbun tat-tbajja’
1. L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għal:
|
(a) |
il-barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) li jinqabad fid-diviżjonijiet 7d sa 7 g tal-ICES bil-pariti (kodiċijiet tal-irkaptu: GTR, GTN, GEN, GN); |
|
(b) |
il-barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) li jinqabad fid-diviżjonijiet 7d sa 7 g tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (kodiċijiet tal-irkaptu: OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX); |
|
(c) |
il-barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) li jinqabad fid-diviżjonijiet 7a sa 7 g tal-ICES minn bastimenti b’potenza massima tal-magna akbar minn 221 kW, u li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB) immuntati b’ħabel flip-up jew b’pannell tar-rilaxx bentiku; |
|
(d) |
il-barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) li jinqabad fid-diviżjonijiet 7a sa 7 g tal-ICES minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB), b’potenza massima tal-magna ta’ 221 kW jew tul massimu ta’ 24 metru, mibnija biex jistadu sa 12-il mil nawtiku mill-kosta u b’medja ta’ ħin tal-irmunkar sa disgħin minuta; |
|
(e) |
il-barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) li jinqabad fid-diviżjoni 7d tal-ICES bit-tartaruni Daniżi (kodiċi tal-irkaptu: SDN). |
2. Għall-eżenzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) u (d), l-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, li tappoġġja dawn l-eżenzjonijiet, inkluż informazzjoni provviżorja dwar il-qabdiet tal-barbun tat-tbajja’, l-iskartar u l-progress tar-riċerka dwar il-vitalità jew is-sopravivenza fis-sajd rilevanti. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw ukoll skeda taż-żmien għat-tlestija tal-pjan direzzjonali maqbul sal-1 ta’ Mejju 2021. L-STECF għandu jivvaluta dik l-informazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2021.
3. Meta jiġi skartat il-barbun tat-tbajja’ fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles minnufih.
Artikolu 7
Eżenzjoni tas-sopravivenza għal speċijiet li jinqabdu fin-nases u fil-kavetti
1. L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għal speċijiet li jinqabdu bin-nases u bil-kavetti (kodiċijiet tal-irkaptu: FPO, FIX, FYK) fis-subżoni 5 (minbarra 5a u inkluż 5b għall-ilmijiet tal-Unjoni biss), 6 u 7 tal-ICES.
2. Meta jiġi skartat il-ħut li jinqabad fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-ħut għandu jinħeles minnufih.
Artikolu 8
Eżenzjoni tas-sopravivenza għall-ispeċijiet pelaġiċi
1. L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-qabdiet tal-kavalli u tal-aringi fis-sajd bit-tartarun tal-borża fis-subżona 6 tal-ICES, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-qabda tinħeles qabel ma jingħalaq ċertu persentaġġ (stabbilit fil-paragrafi 2 u 3 hawn taħt) tas-sajd bit-tartarun tal-borża (“il-punt tal-irkupru”); |
|
(b) |
l-irkaptu tas-sajd bit-tartarun tal-borża jkun immuntat b’bagi li jidhru li jimmarkaw b’mod ċar il-limitu għall-punt tal-irkupru; |
|
(c) |
il-bastiment u l-irkaptu tas-sajd bit-tartarun tal-borża jkunu mgħammra b’sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u b’dokumentazzjoni meta, fejn u sa liema punt ikun ġie rmunkat il-bastiment bit-tartarun tal-borża għall-operazzjonijiet tas-sajd kollha. |
2. Il-punt tal-irkupru għandu jkun meta l-bastiment bit-tartarun tal-borża jkun 80 % magħluq fis-sajd għall-kavalli u meta jkun 90 % magħluq fis-sajd għall-aringi.
3. Jekk il-ġliba ħut imdawra tkun tikkonsisti f’taħlita ta’ dawn iż-żewġ speċijiet, il-punt tal-irkupru għandu jkun meta l-bastiment bit-tartarun tal-borża jkun 80 % magħluq.
4. Għandu jiġi pprojbit li l-qabdiet tal-kavalli u tal-aringi jinħelsu wara l-punt tal-irkupru.
5. Għandu jittieħed kampjun tal-ġliba ħut imdawra qabel tinħeles, biex jiġu stmati l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, il-kompożizzjoni tad-daqs tal-ħut u l-kwantità tal-ħut.
6. L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-qabdiet tal-kavalli u tal-aringi fis-sajd bit-tartarun tal-lampara li jimmira għal speċijiet pelaġiċi li mhumiex soġġetti għal kwoti fid-diviżjonijiet 7e u 7f tal-ICES, jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati mutatis mutandis.
KAPITOLU III
EŻENZJONIJIET TAS-SOPRAVIVENZA FL-ILMIJIET TAL-LBIĊ
Artikolu 9
Eżenzjoni tas-sopravivenza għall-iskampu
1. L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, TBB, OT, PT u TX).
2. Meta jiġi skartat l-iskampu li jinqabad fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles minnufih fiż-żona fejn ikun inqabad.
Artikolu 10
Eżenzjoni tas-sopravivenza għar-rebekkini u r-raj
1. L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għar-rebekkini u r-raj (Rajiformes) li jinqabdu bl-irkapti kollha fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES.
2. Meta jiġu skartati r-rebekkini u r-raj li jinqabdu fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinħelsu minnufih.
3. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2022, li tappoġġja l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1. L-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika sal-31 ta’ Lulju 2022.
4. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika għar-raja kukù:
|
(a) |
li tinqabad bil-pariti fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES sal-31 ta’ Diċembru 2022. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2022, li tappoġġja din l-eżenzjoni għar-raja kukù li tinqabad bil-pariti. L-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika sal-31 ta’ Lulju 2022; |
|
(b) |
li tinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fis-subżona 8 tal-ICES sal-31 ta’ Diċembru 2021. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2021, li tappoġġja din l-eżenzjoni għar-raja kukù li tinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. L-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika sal-31 ta’ Lulju 2021. |
Artikolu 11
Eżenzjoni tas-sopravivenza għall-paġella ħamra
1. L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) li tinqabad bl-irkaptu artiġjanali voracera użat fid-diviżjoni 9a tal-ICES u għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) li tinqabad bis-snanar u x-xlief (kodiċijiet tal-irkaptu: LHP, LHM, LLS, LLD) sal-31 ta’ Diċembru 2022 fis-subżoni 8 u 10 tal-ICES u fid-diviżjoni 9a tal-ICES.
2. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2022, li tappoġġja l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għall-paġella ħamra li tinqabad bis-snanar u x-xlief fis-subżona 8 tal-ICES u fid-diviżjoni 9a tal-ICES. L-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika pprovduta sal-31 ta’ Lulju 2022.
3. Meta tiġi skartata l-paġella ħamra li tinqabad fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, din għandha tinħeles minnufih.
Artikolu 12
Eżenzjoni tas-sopravivenza għall-inċova, għas-sawrell u għall-kavalli
L-eżenzjoni tas-sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-qabdiet tal-inċova (Engraulis encrasicolus), tas-sawrell (Trachurus spp.) u tal-kavalli (Scomber scombrus) fis-sajd bit-tartarun tal-borża (PS), diment li x-xibka ma tkunx kompletament abbord.
KAPITOLU IV
EŻENZJONIJIET DE MINIMIS FL-ILMIJIET TAL-MAJJISTRAL
Artikolu 13
Eżenzjonijiet de minimis fl-Ilmijiet tal-Majjistral
1. B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin fl-Ilmijiet tal-Majjistral skont l-Artikolu 15(5)(c) ta’ dak ir-Regolament, soġġetti għall-paragrafi 2 sa 7:
|
(a) |
għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni b’daqs tal-malja ta’ 80 mm jew akbar (OTB, OTT, OT, PTB, PT, SSC, SDN, SPR, SX, SV, TBN, TBS, TB, TX), ix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) u x-xbieki tat-tkarkir bi travu (BT2) b’daqs tal-malja ta’ 80-119 mm fid-diviżjonijiet 7b sa 7k tal-ICES; |
|
(b) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw il-pariti u l-għeżula (GN, GNS, GND, GNC, GTN, GTR, GEN, GNF) biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-diviżjonijiet 7d sa 7 g tal-ICES; |
|
(c) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-irkaptu TBB b’daqs tal-malja ta’ 80-119 mm mgħammra b’pannell Fjamming, biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-diviżjonijiet 7d sa 7h tal-ICES; |
|
(d) |
għall-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi li tinqabad:
|
|
(e) |
fis-sajd demersali mħallat li jsir minn bastimenti li jimmiraw għall-gambli tar-ramel u li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB) b’daqs tal-malja ta’ 31 mm jew aktar fid-diviżjoni 7a tal-ICES: kwantità kkombinata ta’ speċijiet ta’ ħut inqas mill-MCRS, sa 0,85 % tal-qabdiet annwali totali tal-barbun tat-tbajja’ u sa 0,15 % tal-qabdiet annwali totali tal-merlangu fis-sajd demersali mħallat; |
|
(f) |
għall-pixxi trumbetta (Caproidae), sa massimu ta’ 0,5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) fid-diviżjonijiet 7b, 7c u 7f sa 7k tal-ICES; |
|
(g) |
għall-megrim (Lepidorhombus spp.) inqas mill-MCRS, sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB) b’daqs tal-malja ta’ 80-119 mm (BT2) fis-subżona 7 tal-ICES; u bl-użu tax-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(h) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ 80-119-il mm (BT2) b’żieda fis-selettività (pannell Fjamming) fid-diviżjoni 7a tal-ICES; |
|
(i) |
għall-arġentina silus (Argentina silus), li tinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) b’daqs tal-malja ta’ 100 mm jew akbar (TR1) fid-diviżjoni 5b tal-ICES (ilmijiet tal-UE) u fis-subżona 6 tal-ICES, sa 0,6 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi mill-irkapti kollha f’dawk iż-żoni; |
|
(j) |
għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet inċidentali annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet, li jinqabdu fis-sajd demersali mħallat, minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, it-tartaruni u x-xbieki tat-tkarkir bi travu (OTB, OTT, OT, PTB, PT, SSC, SDN, SPR, SX, SV, TBB, TBN, TBS, TB, TX) fis-subżona 6 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 7b sa 7k tal-ICES; |
|
(k) |
għall-kavalli (Scomber scombrus), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet inċidentali annwali totali ta’ dik l-ispeċi, li tinqabad fis-sajd demersali mħallat, minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, it-tartaruni u x-xbieki tat-tkarkir bi travu (OTB, OTT, OT, PTB, PT, SSC, SDN, SPR, SX, SV, TBB, TBN, TBS, TB, TX) fis-subżona 6 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 7b sa 7k tal-ICES; |
|
(l) |
għall-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni, sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja sa 119 mm (OTB, OTT, OT, TBN, TB) fis-sajd għall-iskampu (Nephrops Norvegicus) fil-Punent tal-Iskozja fid-diviżjoni 6a tal-ICES, sakemm il-bastimenti jużaw l-alternattivi ta’ rkaptu selettiv ħafna deskritti fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament; |
|
(m) |
għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali fis-sajd industrijali b’bastiment tat-tkarkir pelaġiku li jimmira għal dik l-ispeċi fis-subżoni 5b, 6 u 7 tal-ICES u għall-ipproċessar ta’ dik l-ispeċi abbord biex tinkiseb bażi tas-surimi; |
|
(n) |
għall-alonga (Thunnus alalunga) fis-sajd dirett għall-alonga, sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali bl-użu tax-xbieki tat-tkarkir pelaġiku bil-paranzi (PTM) fis-subżona 7 tal-ICES; |
|
(o) |
għall-kavalli (Scomber scombrus), għas-sawrell (Trachurus spp.), għall-aringi (Clupea harengus) u għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali fis-sajd pelaġiku b’bastimenti tat-tkarkir pelaġiku b’tul kumplessiv sa 25 metru, bl-użu tax-xibka tat-tkarkir pelaġiku (OTM u PTM), li jimmira għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjoni 7d tal-ICES. |
2. L-eżenzjonijiet de minimis stipulati fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2021. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2021, dwar il-kompożizzjoni tal-qabdiet. L-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika pprovduta sal-31 ta’ Lulju 2021.
3. L-eżenzjonijiet de minimis stipulati fil-punt (g) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2022. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2022, dwar l-ispejjeż tal-megrim inqas mill-MCRS li tinħażen fuq il-bastimenti u data dwar il-flotot. L-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika pprovduta sal-31 ta’ Lulju 2022.
4. L-eżenzjonijiet de minimis stipulati fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2022. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett fl-eżenzjoni de minimis għandhom jippreżentaw informazzjoni addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2022, dwar is-selettività u l-użu ta’ din l-eżenzjoni de minimis. L-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika pprovduta sal-31 ta’ Lulju 2022.
5. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2022, dwar is-selettività u l-ispejjeż sproporzjonati, li tappoġġja l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-punti (f) u (i) sa (k) tal-paragrafu 1. L-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika pprovduta sal-31 ta’ Lulju 2022.
6. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2023, dwar ix-xejriet tas-sajd, li tappoġġja l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-punti (m), (n) u (o) tal-paragrafu 1. L-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika pprovduta sal-31 ta’ Lulju 2023.
7. L-eżenzjonijiet de minimis stipulati fil-punti (d), (f) u (i) sa (l) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2022.
KAPITOLU V
EŻENZJONIJIET DE MINIMIS FL-ILMIJIET TAL-LBIĊ
Artikolu 14
Eżenzjonijiet de minimis fl-Ilmijiet tal-Lbiċ
1. B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin fl-Ilmijiet tal-Lbiċ skont l-Artikolu 15(5)(c) ta’ dak ir-Regolament:
|
(a) |
għall-merluzz (Merluccius merluccius), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTM, PTM, OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
|
(b) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku, ix-xbieki tat-tkarkir bi travu u x-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (kodiċijiet tal-irkaptu: OTM, PTM, OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT u TX) fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES; |
|
(c) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw il-pariti u l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR u GEN) fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES; |
|
(d) |
għall-fonsa ħamra (Beryx spp.), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw is-snanar u x-xlief (kodiċijiet tal-irkaptu: LHP, LHM, LLS, LLD) fis-subżona 10 tal-ICES; |
|
(e) |
għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ sawrell minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
|
(f) |
għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali tas-sawrell minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u fiż-żoni 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 tas-CECAF; |
|
(g) |
għall-kavalli (Scomber scombrus), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
|
(h) |
għall-kavalli (Scomber scombrus), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES u fiż-żoni 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 tas-CECAF; |
|
(i) |
għall-megrim (Lepidorhombus spp.), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali tal-megrim minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
|
(j) |
għall-megrim (Lepidorhombus spp.), sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali tal-megrim minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
|
(k) |
għall-petriċa kbira (Lophiidae), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali tal-petriċa kbira minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku, ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTM, PTM, OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
|
(l) |
għall-petriċa kbira (Lophiidae), sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali tal-petriċa kbira minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
|
(m) |
għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku, ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-subżona 8 tal-ICES; |
|
(n) |
għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-subżona 8 tal-ICES; |
|
(o) |
għall-inċova (Engraulis encrasicolus), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, TBB, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
|
(p) |
għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, TBB, SDN, SX, SV) fil-parti tal-Golf ta’ Cadiz tas-subżona 9a tal-ICES; |
|
(q) |
għal-lingwata (Solea spp.), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali tal-lingwata minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, TBB, SDN, SX, SV) fil-parti tal-Golf ta’ Cadiz tas-subżona 9a tal-ICES; |
|
(r) |
għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou) sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali fis-sajd industrijali b’bastiment tat-tkarkir pelaġiku, li jimmira għall-istokkafixx fis-subżona 8 tal-ICES bl-użu tax-xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM) u x-xbieki tat-tkarkir pelaġiku bil-paranzi (PTM) u għall-ipproċessar ta’ dik l-ispeċi abbord biex tinkiseb bażi tas-surimi; |
|
(s) |
għall-alonga (Thunnus alalunga) sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali fis-sajd dirett għall-alonga bl-użu tax-xbieki tat-tkarkir pelaġiku bil-paranzi (PTM) u x-xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM) fis-subżona 8 tal-ICES; |
|
(t) |
għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għall-kavalli (Scomber scombrus) u għas-sawrell (Trachurus spp.) sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali fis-sajd bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku, li jimmira għall-inċova, għall-kavalli u għas-sawrell fis-subżona 8 tal-ICES bl-użu tax-xbieki tat-tkarkir pelaġiku; |
|
(u) |
għas-sawrell (Trachurus spp.) u għall-kavalli (Scomber scombrus) sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali u għall-inċova (Engraulis encrasicolus) sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali bl-użu tat-tartaruni tal-borża (PS) fis-subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 tas-CECAF. |
2. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, li tappoġġja l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(e) sa (q).
3. L-eżenzjonijiet de minimis stipulati fil-punti (m) u (n) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2022.
KAPITOLU VI
DOKUMENTAZZJONI TAL-QABDIET
Artikolu 15
Dokumentazzjoni tal-qabdiet għall-flotot pelaġiċi
Il-kwantitajiet ta’ ħut meħlus bl-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 8 u r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni meħtieġ skont l-Artikolu 8(5) għandhom jiġu rrapportati fil-ġurnal ta’ abbord.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 16
Tħassir
Ir-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2239 u (UE) 2019/2237 jitħassru.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1-1
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2239 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2020-2021 (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 47).
(4) Ir-Renju Unit ma baqax Stat Membru mill-1 ta’ Frar 2020.
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2237 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu tip ta’ sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu mill-2020 sal-2021 (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 26).
(6) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(7) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1099561/STECF+PLEN+15-02.pdf
(8) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(9) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(10) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1099561/STECF+PLEN+15-02.pdf
(11) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(12) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(13) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(14) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(15) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(16) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 tal-20 ta’ Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 25).
(17) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/812327/STECF+PLEN+14-02.pdf
(18) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1710831/STECF+17-08+-+Evaluation+of+LO+joint+recommendations.pdf/d7110d8a-c4da-498c-8b30-98d0b5c2fc22
(19) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1710831/STECF+17-08+-+Evaluation+of+LO+joint+recommendations.pdf
(20) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2124128/STECF+18-06+-+Evaluation+of+LO+joint+recommendations.pdf
(21) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(22) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(23) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(24) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 tal-20 ta’ Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 31).
(25) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(26) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1099561/STECF+PLEN+15-02.pdf
(27) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(28) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(29) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(30) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(31) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(32) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(33) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(34) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/812327/STECF+PLEN+14-02.pdf
(35) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/812327/STECF+PLEN+14-02.pdf
(36) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/812327/STECF+PLEN+14-02.pdf
(37) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(38) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1099561/STECF+PLEN+15-02.pdf
(39) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(40) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(41) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(42) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf
(43) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/812327/STECF+PLEN+14-02.pdf
(44) Il-kodiċijiet tal-irkaptu li ntużaw f’dan ir-Regolament jirreferu għal dawk il-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għall-bastimenti li l-LOA tagħhom ikun inqas minn 10 m, il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f’din it-tabella jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.
(45) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).