Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020H1202(01)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza 2020/C 417/01

ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Novembru 2020

dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza

(2020/C 417/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 166 u 165 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) tirrikonoxxi l-edukazzjoni u l-aċċess għat-taħriġ vokazzjonali u kontinwu bħala dritt fundamentali, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti jipprevedu li sal-2030 ikun hemm aċċess ugwali għan-nisa u għall-irġiel kollha għall-edukazzjoni teknika, vokazzjonali u terzjarja kif ukoll għall-università bi prezz raġonevoli u ta' kwalità, u żieda sostanzjali fin-numru ta' żgħażagħ u adulti li jkollhom ħiliet rilevanti, inkluż ħiliet tekniċi u vokazzjonali, għall-impjieg, għall-impjiegi deċenti u għall-intraprenditorija.

(2)

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2), li ġie pproklamat fis-17 ta' Novembru 2017 jistabbilixxi għadd ta' prinċipji li jappoġġaw swieq tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzjonaw sew, li jinkludu l-Prinċipju 1 dwar id-dritt għal edukazzjoni ta' kwalità u inklużiva, għal taħriġ u apprendiment tul il-ħajja, u l-Prinċipju 4 dwar l-appoġġ attiv għall-impjieg.

(3)

L-edukazzjoni vokazzjonali u s-sistemi ta' taħriġ ta' kwalità għolja u innovattivi jipprovdu lin-nies bil-ħiliet għal xogħol, żvilupp personali u ċittadinanza, li jgħinuhom jaddattaw għat-trażizzjonijiet diġitali u ekonoloġiċi tewmin u jwettquhom, sabiex ikampaw mas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ma' skossi ekonomiċi, filwaqt li jappoġġaw ukoll it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali. Għaldaqstant jipprovdulhom ħiliet li jgħinuhom jiksbu l-impjiegi mitluba fis-suq tax-xogħol jew li joħolquhom.

(4)

Kif stabbilit fl-Artikolu 145 TFUE, politiki effettivi dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma essenzjali wkoll biex jintlaħaq l-għan li tiġi promossa forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u adattabbli u swieq tax-xogħol li jirreaġixxu f'waqthom għall-bidla ekonomika.

(5)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-"Patt Ekoloġiku Ewropew" (3) hi l-istrateġija l-ġdida tal-Ewropa għat-tkabbir li għandha l-għan tbiddel l-ekonomija u s-soċjetà tagħha u tqiegħedhom fi triq aktar sostenibbli. L-iskejjel, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ u l-universitajiet jinsabu f'pożizzjoni tajba biex jinvolvu l-iskulari, il-ġenituri, in-negozji u l-komunità b'mod ġenerali fil-bidliet meħtieġa għal tranżizzjoni b'suċċess. Hemm bżonn ta' ħiliet proattivi ta' taħriġ mill-ġdid u ta' titjib tal-ħiliet biex jaħsdu l-benefiċċji tat-tranżizzjoni ekoloġika.

(6)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ewropa soċjali b'saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti" (4) tenfasizza l-ħtieġa li niffukaw fuq il-ħiliet, l-impjegabbiltà u l-kapital uman permezz ta' Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (5), akkumpanjata minn proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Il-Komunikazzjoni tħabbar ukoll ħidma ulterjuri dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u qafas ġdid ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ mal-Istati Membri.

(7)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa (6) tappella għal azzjoni deċiżiva sabiex l-apprendiment tul il-ħajja jsir realtà għal kulħadd u jiġi ggarantit li l-edukazzjoni u t-taħriġ iżommu mal-pass tat-tranżizzjonijiet tewmin. Tappella wkoll sabiex l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għolja jipprovdu aktar xjentisti, inġiniera u tekniċi għas-suq tax-xogħol. Il-Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (7) u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (8) jenfasizzaw ir-rwol kruċjali tal-ħiliet fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u nadifa.

(8)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (9) tenfasizza li d-disponibbiltà ta' persunal b'ħiliet speċjalizzati jew ta' maniġers b'esperjenza saret l-aktar problema importanti għal kwart mill-kumpanniji mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) tal-UE u li n-nuqqas ta' impjegati b'ħiliet speċjalizzati hu l-akbar ostaklu għall-investiment il-ġdid mal-UE kollha. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma partikolarment rilevanti għall-SMEs biex jiżguraw li l-forza tax-xogħol tagħhom għandhom il-ħiliet meħtieġa.

(9)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija dwar l-Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri 2020-2025 (10) tenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għan-nisa u għall-irġiel biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fi professjonijiet li huma tradizzjonalment iddominati mill-irġiel jew min-nisa, biex tindirizza l-istereotipi tal-ġeneri.

(10)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-baġit tal-UE li jmexxi l-pjan ta' rkupru għall-Ewropa (11) tistabbilixxi pjan ambizzjuż u komprensiv għall-irkupru Ewropew li hu msejjes fuq Strument Ewropew ta' Rkupru ta' Emerġenza ("Next Generation EU") u qafas finanzjarju pluriennali msaħħaħ għall-2021-2027. Dan il-pjan huwa msejjes fuq is-solidarjetà u l-ġustizzja, u għandu l-għeruq tiegħu fil-prinċipji u l-valuri kondiviżi tal-Unjoni. Il-pjan jistipula kif l-ekonomija Ewropeja għandha titqajjem, kif tingħata spinta lit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u kif tista' ssir aktar ġusta, aktar reżiljenti u aktar sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri.

(11)

Mill-2013 'l hawn, l-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (12) għenet liż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol billi offritilhom offerta ta' impjieg ta' kwalità; edukazzjoni kontinwa, apprendistati jew traineeships fi żmien erba' xhur minn mindu saru qiegħda jew li telqu mill-iskola. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kienu effettivi fit-tranżizzjoni bla intoppi lejn is-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ li kienu f'riskju li jiġu esklużi. Fil-ġejjieni, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali attraenti u rilevanti għas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari l-apprendistati jistgħu jkollhom rwol aktar b'saħħtu fl-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ sabiex jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jisfaw qiegħda u jħejjuhom għall-opportunitajiet tal-ġejjieni tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari bħala parti mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

(12)

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) għandha l-għan li tiżgura rilevanza aħjar tas-suq tax-xogħol tas-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll aċċess ugwali għal opportunitajiet ta' apprendiment tul il-ħajja għal kulħadd, permezz ta' perkorsi ta' titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid.

(13)

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jipprovdi li n-natura integrata tal-programm 2014–2020 li tkopri l-apprendiment fil-kuntesti kollha - formali, mhux formali u informali, u f'kull stadju tal-ħajja - jenħtieġ li tinżamm sabiex tagħti spinta lill-modi ta' tagħlim flessibbli li jippermettu lill-individwi jiżviluppaw dawk il-kompetenzi li huma meħtieġa sabiex jiffaċċjaw l-isfidi tas-seklu wieħed u għoxrin.

(14)

Din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq għadd ta' inizjattivi fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-ħiliet li ġew żviluppati fuq livell Ewropew, kif miġbur fil-qosor fl-Anness I u ser tikkontribwixxi għall-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, għall-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, għaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u għall-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

(15)

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tissodisfa l-objettiv taż-żona Ewropea tal-Edukazzjoni li jiġi żviluppat spazju ġenwin ta' apprendiment Ewropew fejn l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja u inklussivi mhumiex imfixkla mill-fruntieri u li għandha l-għan li tneħħi x-xkiel għar-rikonoxximent ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u tal-perijodi ta' apprendiment barra minn pajjiż, u li taħdem lejn il-validazzjoni transfruntiera bla intoppi tal-eżiti tat-taħriġ u tal-apprendiment tul il-ħajja.

(16)

Imsejsa fuq il-prijoritajiet ta' kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (il-proċess ta' Copenhagen), li ġiet adottata bħala Riżoluzzjoni tal-Kunsill fid-19 ta' Diċembru 2002 (13), l-objettivi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta' kwalità għolja u flessibbli, u ta' mobbiltà tranżnazzjonali baqgħu fil-qalba tal-viżjoni globali għall-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ddefiniti fl-2010 mill-Ministri inkarigati fil-Komunikazzjoni ta' Bruges.

(17)

Fil-konklużjonijiet ta' Riga tat-22 ta' Ġunju 2015, il-Ministri inkarigati mill-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali qablu dwar sett ta' prijoritajiet li jappoġġaw il-kisba ta' din il-viżjoni, kif integrat fir-Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-2015 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (14) u fl-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa tal-2016 (15) li tat imbuttatura qawwija oħra lill-politika tal-VET tal-Unjoni b'fokalizzazzjoni akbar fuq l-attraenza u l-kwalità.

(18)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali ("EQAVET") (16) stipulat qafas ta' referenza li jappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-kwalità tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali tagħhom u li jikkontribwixxi għal trasparenza akbar tal-iżviluppi ta' politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bejn l-Istati Membri. Tul l-għaxar snin tal-implimentazzjoni tiegħu, l-EQAVET stimula riformi fis-sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità nazzjonali, iżda ma kkontribwiex b'mod sinifikanti għat-titjib tat-trasparenza tal-arranġamenti tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Barra minn hekk, dan ġie applikat fil-biċċa l-kbira għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali fl-ambitu tal-iskejjel. Għalhekk, jenħtieġ li l-qafas tal-EQAVET tal-2009 jiġi integrat f'din ir-Rakkomandazzjoni u li jinżdiedu elementi li jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-implimentazzjoni tiegħu fir-rigward tal-kwalità tal-eżiti tal-apprendiment, taċ-ċertifikazzjoni u tal-valutazzjoni, tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, tar-rwol tal-għalliema u ta' min iħarreġ, tal-apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol u tal-flessibbiltà tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Sabiex jittejjeb l-apprendiment reċiproku, tissaħħaħ it-trasparenza u l-konsistenza tal-arranġamenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità fil-forniment tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri tal-UE, jenħtieġ li jiġu introdotti rieżamijiet bejn il-pari fil-livell tal-UE ta' assigurazzjoni tal-kwalità fil-livell tas-sistema.

(19)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali ("ECVET") (17) stabbiliet l-objettiv li ttejjeb ir-rikonoxximent, l-akkumulazzjoni u t-trasferiment tal-eżiti tal-apprendiment, li tappoġġa l-mobbiltà u l-apprendiment tul il-ħajja kif ukoll li tistabbilixxi sistema ta' krediti tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Tul l-għaxar snin tal-implimentazzjoni tagħha, l-ECVET ikkontribwiet b'mod ġenerali għall-iżvilupp ta' esperjenza ta' mobbiltà ta' kwalità aħjar permezz tal-użu u tad-dokumentazzjoni ta' unitajiet tal-eżiti tal-apprendiment. Madankollu, il-kunċett tal-punti tal-ECVET b'mod ġenerali, ma ġiex applikat u l-ECVET ma wasslitx għall-iżvilupp ta' sistema Ewropea ta' krediti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tinkludi l-prinċipji ewlenin tal-ECVET (eż. unitajiet tal-eżiti tal-apprendiment) marbuta mal-flessibbiltà. L-għodod tal-ECVET (eż. ftehim ta' apprendiment u memorandum ta' qbil) li jappoġġaw il-mobbiltà ta' studenti vokazzjonali, għandhom jiġu żviluppati aktar fil-qafas ta' strumenti oħra tal-UE bħal dawk appoġġati mill-programm Erasmus+. Is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti tista' tiġi applikata għall-kwalifiki vokazzjonali fil-livell postsekondarju u dak terzjarju, kif diġà qed isir.

(20)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (18) tidentifika 14-il kriterju kruċjali li jenħtieġ li l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jużaw biex jiżviluppaw apprendistati ta' Kwalità u Effettivi filwaqt li jiġi żgurat kemm l-iżvilupp tal-ħiliet marbuta max-xogħol kif ukoll l-iżvilupp personali tal-apprendisti.

(21)

Il-monitoraġġ tas-Cedefop tal-prijoritajiet miftehma fil-konklużjonijiet ta' Riga tat-22 ta' Ġunju 2015 juri għadd ta' oqsma fejn il-pajjiżi mxew 'il quddiem fir-rigward tal-aġenda ta' modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-apprendistati u mal-apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol, mal-assigurazzjoni tal-kwalità, mat-twaqqif ta' mekkaniżmi ta' antiċipazzjoni tal-ħiliet u ta' korpi konsultattivi li jinvolvu s-sħab soċjali, maż-żieda tal-permeabbiltà u tal-flessibbiltà u dan l-aħħar saret enfasi akbar fuq il-ħiliet diġitali. Madankollu, fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali hemm il-ħtieġa li tiġi estiża u mtejba b'mod sinifikanti l-offerta ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għaż-żgħażagħ u għall-adulti, filwaqt li tiżdied ukoll l-attraenza u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali.

(22)

Bosta pajjiżi għandhom inizjattivi stabbiliti li jippromwovu l-eċċellenza fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u li jżewġu aħjar il-VET mal-innovazzjoni u mal-ekosistemi tal-ħiliet. Imsejsa fuq dawn l-eżempji, il-kunċett ta' Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali qiegħed jitmexxa bil-ħsieb li jsiru punti ta' referenza fuq livell dinji għat-taħriġ f'oqsma speċifiċi kemm għat-taħriġ inizjali kif ukoll għat-titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid kontinwu.

(23)

Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Ġejjieni tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, adottata f'Diċembru 2018, il-Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ Vokazzjonali ("ACVT") stabbilixxa l-viżjoni għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali eċċellenti, inklużivi u tul il-ħajja, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ġejjieni ġġenerati minn bidliet ekonomiċi, teknoloġiċi u tas-soċjetà. Din l-Opinjoni stiednet lill-Kummissjoni biex tħejji proposta biex tissimplifika u tikkonsolida l-qafas ta' politika tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-governanza u l-istrumenti eżistenti tagħha fis-sura ta' Rakkomandazzjoni ġenerali tal-Kunsill.

(24)

Minħabba n-natura mhux vinkolanti tagħha, din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u jenħtieġ li tiġi implimentata f'konformità mal-liġi Ewropea u mal-liġi u l-prattika nazzjonali. B'mod partikolari, din ir-Rakkomandazzjoni hi mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/36/KE (19) kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE (20) dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-reġim ta' rikonoxximent awtomatiku previsti fiha.

B'kont meħud tad-definizzjoni li ġejja ta' "edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali":

Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jinftiehmu bħala l-edukazzjoni u t-taħriġ bl-għan li ż-żgħażagħ u l-adulti jingħataw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa fi professjonijiet partikolari jew b'mod aktar ġenerali fis-suq tax-xogħol (21). Dawn jistgħu jiġu pprovduti f'ambjenti formali u mhux formali, fil-livelli kollha tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), inkluż il-livell terzjarju, jekk applikabbli.

B'DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI

f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni, ir-riżorsi disponibbli, il-prijoritajiet u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, inkluż is-sitwazzjoni soċjoekonomika u l-karatteristiċi tas-sistemi nazzjonali tal-VET, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha:

a)

jaħdmu lejn l-implimentazzjoni ta' politika ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali li:

tgħammar liż-żgħażagħ u lill-adulti bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi biex jirnexxu fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà li qed jevolvu u jimmaniġġjaw l-irkupru u t-tranżizzjonijiet ġusti għall-ekonomija ekoloġika u diġitali fi żminijiet ta' tibdil demografiku u tul iċ-ċikli ekonomiċi kollha,

trawwem inklużività u opportunitajiet indaqs u tikkontribwixxi għall-kisba ta' reżiljenza, ġustizzja soċjali u prosperità għal kulħadd u

tippromwovi s-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali f'kuntest internazzjonali sabiex jiġu rikonoxxuti bħala referenza dinjija għall-istudenti vokazzjonali;

b)

jużaw azzjonijiet u investimenti għall-implimentazzjoni ta' din il-politika, f'konformità mal-prinċipji definiti hawn isfel fil-punti 1 sa 21 u

c)

jaħdmu sabiex sal-2025 jiksbu l-objettivi li ġejjin fil-livell tal-UE (22) li huma parti mill-oqfsa rilevanti ta' monitoraġġ Ewropej, inkluż fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fil-politiki soċjali u tal-impjieg:

jenħtieġ li s-sehem ta' gradwati impjegati mill-VET ikun ta' mill-inqas 82% (23);

60 % tal-gradwati reċenti mill-VET jibbenefikaw minn esponiment għal apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol tul l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tagħhom (24). Dan l-objettiv jirreferi għal kull għamla ta' apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol f'post tax-xogħol u għaldaqstant ser jikkontribwixxi wkoll għal żieda fl-opportunitajiet tal-apprendistati li jistgħu jiġu appoġġati mill-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ;

8 % tal-istudenti fil-VET jibbenefikaw minn mobbiltà għal apprendiment barra mill-pajjiż (25).

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali joffru l-flessibbiltà meħtieġa biex jaddattaw għall-bidliet tas-suq tax-xogħol

(1)

Il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali joffru taħlita bbilanċjata ta' ħiliet vokazzjonali inkluż tekniċi allinjati sew mal-impjiegi u mal-metodi ta' ħidma li qed jevolvu u kompetenzi ewlenin (26), li jinkludu ħiliet bażiċi sodi, diġitali, trasversali, ekoloġiċi u ħiliet oħra għall-ħajja li jipprovdu pedamenti sodi għar-reżiljenza, għat-tagħlim tul il-ħajja, għall-impjegabbiltà tul il-ħajja, għall-inklużjoni soċjali, għaċ-ċittadinanza attiva u għall-iżvilupp personali;

(2)

Il-kurrikuli, l-offerti tal-programmi u l-kwalifiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jiġu aġġornati regolarment, kif rilevanti, waqt li jibnu fuq informazzjoni dwar il-ħiliet (jiġifieri sistemi ta' stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati, mekkaniżmi ta' antiċipazzjoni tal-ħiliet, inkluż fil-livelli settorjali u reġjonali);

(3)

Il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom, f'konformità mal-kuntest nazzjonali, livell xieraq ta' awtonomija, flessibbiltà, appoġġ u finanzjament biex jadattaw l-offerta ta' taħriġ tagħhom għall-ħtiġijiet b'rabta mal-ħiliet li jinbidlu, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u maċ-ċikli ekonomiċi, filwaqt li jiżguraw il-kwalità;

(4)

Il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-livelli kollha jinkludu komponenti ta' apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol li jissoktaw jespandu wkoll għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kontinwi; l-iskemi ta' apprendistati (27) huma żviluppati aktar, biex itejbu l-offerti tal-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (28), u huma kumplimentati bl-appoġġ xieraq (29) u bil-miżuri biex tiġi stabbilita l-offerta tal-apprendistati, u jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi ta' kumpanniji żgħar; sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' tagħlim imsejsa fuq ix-xogħol f'setturi differenti tal-ekonomija, jistgħu jiġu pprovduti miżuri ta' inċentiv għal min iħaddem f'konformità mal-kuntest nazzjonali;

Il-flessibbiltà u l-opportunitajiet ta' progressjoni jinsabu fil-qalba tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

(5)

Il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma ffukati fuq l-istudenti, joffru aċċess għall-apprendiment wiċċ imb wiċċ, diġitali jew taħlita tat-tnejn, b'perkorsi flessibbli u modulari msejsa fuq ir-rikonoxximent tal-eżiti ta' apprendiment mhux formali u informali, u jiftħu t-triq għall-progress fil-karriera u fl-apprendiment; il-programmi ta' taħriġ vokazzjonali kontinwu huma ddisinjati biex ikunu jistgħu jiġu addattati għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, dawk settorjali jew għat-titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid tal-individwu;

(6)

Il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jissejsu fuq moduli jew unitajiet tal-eżiti tal-apprendiment u jeżistu mekkaniżmi ta' validazzjoni li jippermettu t-trasferiment, ir-rikonoxximent u l-akkumulazzjoni ta' eżiti tal-apprendiment tal-individwi bl-għan li jiksbu kwalifika, kwalifika parzjali, kif rilevanti fil-kuntest nazzjonali; (30) Fil-VET inizjali l-għan primarju huwa li jsir progress lejn kwalifika sħiħa.

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma xprun għall-innovazzjoni u t-tkabbir u jħejju għat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u għal professjonijiet ferm mitluba

(7)

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jkunu reżiljenti billi jkunu parti minn strateġiji ekonomiċi, industrijali u ta' innovazzjoni, inkluż dawk marbuta mat-tranżizzjonijiet ta' rkupru, ekoloġiċi u diġitali. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi addattata u/jew estiża b'mod sinifikanti l-offerta ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, speċjalment għall-adulti, billi titrawwem il-kisba ta' ħiliet intraprenditorjali, diġitali u ekoloġiċi;

(8)

Iċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali jaġixxu bħala katalizzaturi għall-investiment tan-negozju lokali, jappoġġaw it-tranżizzjonijiet ta' rkupru, ekoloġiċi u diġitali, l-innovazzjoni Ewropea u reġjonali u l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, l-iżvilupp ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, inkluż f'livelli ta' kwalifiki ogħla (livelli 5 sa 8 tal-QEK) f'konformità mal-kuntest nazzjonali u jipprovdu servizzi innovattivi bħal raggruppamenti u inkubaturi tan-negozju għal negozji ġodda, u bħal innovazzjoni teknoloġika għall-SMEs, u jipprovdu wkoll soluzzjonijiet innovattivi ta' taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema fir-riskju li jisfaw qiegħda;

(9)

L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom aċċess għal infrastruttura tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, għandhom strateġiji ta' diġitalizzazzjoni stabbiliti (31) f'konformità mal-kuntest nazzjonali u jinkorporaw is-sostenibbiltà ambjentali u soċjali fil-programmi u fil-ġestjoni organizzattiva tagħhom, u b'hekk jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU;

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma għażla attraenti msejsa fuq forniment modern u diġitalizzat tat-taħriġ/tal-ħiliet

(10)

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali u kontinwi huma parti mit-tagħlim tul il-ħajja. Twaqqfu perkorsi flessibbli u permeabbli kemm bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali kif ukoll dak kontinwu, l-edukazzjoni ġenerali u l-edukazzjoni għolja;

(11)

Il-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fil-livelli 5 sa 8 tal-QEK huma żviluppati aktar biex jappoġġaw ħtiġijiet dejjem akbar għal ħiliet vokazzjonali ogħla f'konformità mal-kuntest nazzjonali;

(12)

Il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jitwasslu permezz ta' taħlita xierqa ta' ambjenti ta' apprendiment miftuħa, diġitali u parteċipattivi, li jinkludu l-postijiet tax-xogħol li jħeġġu l-apprendiment u huma appoġġati minn infrastruttura, tagħmir u teknoloġija tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku kif ukoll aċċessibbli, u minn pedagoġiji u għodod versatili, pereżempju s-simulaturi bbażati fuq l-ICT, ir-realtà virtwali u awmentata li jżidu l-aċċessibbiltà u l-effiċjenza tal-għoti ta' taħriġ, inkluż għall-intrapriżi żgħar (32);

(13)

L-għalliema, min iħarreġ u persunal ieħor fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali iwettqu attivitajiet ta' żvilupp professjonali inizjali u kontinwu sabiex: iwasslu taħriġ ta' kwalità għolja; irawmu l-ħiliet tekniċi u diġitali u metodi ta' taħriġ innovattivi effettivi, inkluż tagħlim f'ambjent virtwali; f'konformità mal-pedagoġija vokazzjonali u diġitali tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, jaħdmu b'għodod ta' tagħlim diġitali, u f'ambjenti diversi u multikulturali. Il-perkorsi tal-karriera tagħhom isiru aktar attraenti permezz ta' approċċi ta' reklutaġġ usa' (33), kif ukoll permezz ta' kooperazzjoni msaħħa bejn l-għalliema/ħarrieġa vokazzjonali u l-kumpanniji u postijiet oħra tax-xogħol;

(14)

L-istrateġiji ta' internazzjonalizzazzjoni jappoġġaw approċċ strateġiku għall-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE; tali strateġiji jippromwovu prattiki nazzjonali ta' suċċess madwar id-dinja u jistgħu jiġu implimentati b'mezzi differenti bħall-mobbiltà ta' studenti u għalliema/ħarrieġa, u l-parteċipazzjoni u t-tħejjija konġunta f'kompetizzjonijiet internazzjonali tal-ħiliet;

(15)

Ġew stabbiliti opportunitajiet għall-mobbiltà tal-apprendiment ta' studenti u persunal vokazzjonali, li jinkludu l-mobbiltà virtwali, il-mobbiltà fit-tul u l-mobbiltà lejn pajjiżi terzi, li huma faċilitati bl-użu u r-rikonoxximent ta' unitajiet tal-eżiti tal-apprendiment u ta' għodod Ewropej rilevanti; (34)

(16)

Informazzjoni ċara u faċli għall-utent dwar l-opportunitajiet ta' tagħlim u ta' karriera, u opportunitajiet ta' validazzjoni, fl-UE kollha tiġi żgurata permezz ta' servizzi ta' tagħlim tul il-ħajja u ta' gwida għall-karriera ta' kwalità għolja, bl-użu sħiħ tal-Europass u servizzi diġitali oħra;

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jippromwovu opportunitajiet indaqs

(17)

Il-programmi tal-VET huma inklużivi u aċċessibbli għal gruppi vulnerabbli, bħal persuni b'diżabbiltà, persuni bi kwalifiki baxxi/b'ħiliet baxxi, minoranzi, persuni li ġejjin minn ambjent ta' migrazzjoni u persuni b'inqas opportunitajiet minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom u/jew is-sitwazzjoni soċjoekonomika żvantaġġata tagħhom; Il-miżuri mmirati u l-formati flessibbli tat-taħriġ jipprevjenu t-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ u jappoġġaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol;

(18)

Il-programmi tal-VET huma aċċessibbli permezz ta' pjattaformi ta' apprendiment diġitali, appoġġati minn għodod, apparati u konnessjoni tal-internet, b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli u għall-persuni li jgħixu f'żoni rurali jew imbiegħda;

(19)

Il-miżuri mmirati jippromwovu l-bilanċ bejn il-ġeneri fi professjonijiet "maskili" jew "femminili" u jindirizzaw stereotipi relatati mal-ġeneru u tipi oħra ta' stereotipi;

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jissejsu fuq kultura ta' assigurazzjoni tal-kwalità

(20)

Il-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (il-Qafas tal-EQAVET) kif deskritt fl-Anness II jintuża fis-sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tal-kwalità, kemm għall-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali inizjali kif ukoll għal dawk kontinwi; huwa jkopri l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-ambjenti kollha tal-apprendiment (pereżempju l-forniment fl-ambitu tal-iskejjel u l-apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol, inklużi skemi ta' apprendistati) u t-tipi kollha ta' apprendiment (wiċċ imb wiċċ, diġitali jew taħlita tat-tnejn), mogħtija kemm mill-fornituri pubbliċi kif ukoll minn dawk privati u mirfuda minn sett ta' deskritturi indikattivi u indikaturi ta' referenza komuni għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali applikati kemm fil-livell tas-sistema kif ukoll f'dak tal-fornitur, f'konformità mal-kuntest nazzjonali, kif imniżżel fl-Anness II;

(21)

Punt Nazzjonali ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jissokta jiġbor flimkien il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livelli nazzjonali u reġjonali biex:

jittieħdu inizjattivi konkreti favur implimentazzjoni u żvilupp aħjar tal-Qafas tal-EQAVET,

jiġu infurmati u mobilizzati firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati li jinkludu ċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali, biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas tal-EQAVET,

tiġi appoġġata awtoevalwazzjoni bħala mezz komplementari u effettiv għall-assigurazzjoni ta' kwalità li tippermetti li jitkejjel is-suċċess u l-identifikazzjoni ta' oqsma fejn jinħtieġ titjib, inkluż fir-rigward tal-prontezza diġitali tas-sistemi u tal-istituzzjonijiet tal-VET

ikun hemm sehem attiv fin-network Ewropew għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali,

tiġi pprovduta deskrizzjoni aġġornata tal-arranġamenti nazzjonali ta' assigurazzjoni tal-kwalità abbażi tal-Qafas tal-EQAVET,

ikun hemm involviment f'rieżamijiet bejn il-pari fil-livell tal-UE (35) tal-assigurazzjoni tal-kwalità biex jitjiebu t-trasparenza u l-konsistenza tal-arranġamenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità, u biex tissaħħaħ il-fiduċja bejn l-Istati Membri;

L-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' din il-politika fil-livell nazzjonali, flimkien mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li:

(22)

Jappoġġaw sħubijiet sostenibbli għall-governanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, f'konformità mal-kuntest nazzjonali u, fejn rilevanti, permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati. Jinvolvu s-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-industriji u n-negozji ta' kull daqs, is-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, l-għalliema u l-ħarrieġa tal-VET u r-rappreżentanti tagħhom, il-korpi intermedjarji bħall-kmamar tal-industrija, tal-kummerċ u tal-artiġjanat, il-koordinaturi nazzjonali għall-Garanzija għaż-żgħażagħ, l-FSE u inizjattivi oħrajn tal-UE, is-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, iċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali, ir-raggruppamenti, l-organizzazzjonijiet tal-istudenti u tal-ġenituri, kif ukoll l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali. Jippromwovu sħubijiet bħal dawn fil-livell reġjonali u f'dak settorjali;

(23)

Jagħmlu l-aħjar użu mill-għodda ta' trasparenza Ewropej bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS), l-Europass u l-Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO), jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u tal-eżiti tal-perijodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (36), jippermettu lill-istudenti jużaw id-diversi aspetti tal-Europass (eż. jirreġistraw l-esperjenza, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fuq profil online li jgħinhom ifittxu karriera, esperjenza ta' mobbiltà, jiksbu kredenzjali ffirmati diġitalment, u jirċievu pariri u jfittxu għal opportunitajiet ta' apprendiment u ta' impjiegi, għal kwalifiki, għal validazzjoni, għal rikonoxximent, eċċ.);

(24)

Jagħmlu l-aħjar użu tal-fondi u tal-istrumenti tal-Unjoni Ewropea li jappoġġaw riformi u/jew investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inkluż dwar id-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali, bħan-Next Generation UE, (il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ir-REACT-EU), il-Fond Soċjali Ewropew+, l-SURE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-InvestEU, l-Erasmus+, l-Orizzont Ewropa, l-Interreg, l-Ewropa Diġitali, il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond għall-Modernizzazzjoni; jistimulaw aktar investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kemm mis-setturi pubbliċi kif ukoll minn dawk privati;

(25)

Billi jibnu fuq l-arranġamenti nazzjonali u l-oqfsa finanzjarji eżistenti rilevanti, jiddefinixxu l-miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni fuq livell nazzjonali fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tagħha u jsegwu l-implimentazzjoni tagħha, inkluż permezz ta' allokazzjonijiet ta' riżorsi nazzjonali kif xierqa fil-livell nazzjonali u b'enfasi qawwija fuq l-integrazzjoni tad-diġitalizzazzjoni u tas-sostenibbiltà ambjentali mas-settur kollu tal-VET b'kunsiderazzjoni dovuta għar-responsabbiltà/l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ f'konformità mal-kuntest nazzjonali.

B'DAN JILQA' L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI, B'KUNSIDERAZZJONI DOVUTA TAS-SUSSIDJARJETÀ, LI:

timplimenta l-politika tal-Unjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, billi tappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri, inkluż billi:

(26)

Tiżgura governanza effettiva tal-politika tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali permezz tal-Kumitat Konsultattiv tripartitiku dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, abbażi ta' programm ta' ħidma kontinwu u f'kooperazzjoni mad-Diretturi Ġenerali għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (37), mar-rappreżentanti tal-istudenti u mal-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

(27)

Tiżgura li l-politika tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tmexxija tal-Pjan ta' Rkupru Ewropew, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa, l-Istrateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali u tkun parti konsistenti u koerenti mill-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, il-qafas Ewropew globali għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni;

(28)

Tkompli tipprovdi l-appoġġ għal riformi strutturali tal-apprendistati permezz tas-servizz ta' appoġġ għall-apprendistat u ta' spinta ġdida għall-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati f'sinerġija mal-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ; Tespandi s-servizzi ta' appoġġ gradwalment għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'kooperazzjoni mas-CEDEFOP;

(29)

Tesplora l-kunċett u l-użu tal-mikrokredenzjali, inkluż fil-VET, flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż fil-kuntest tal-Grupp Konsultattiv tal-QEK, kif propost fl-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet.

(30)

Tappoġġa l-għan biex jiġu stabbiliti u żviluppati gradwalment Pjattaformi Ewropej ta' Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali u tesplora l-Profili Vokazzjonali Ewlenin Ewropej flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħala parti mill-pjattaforma Europass u meta possibbli jkunu kkumplimentati b'kontenut diġitali vokazzjonali żviluppat fil-qafas tal-għodod ta' trasparenza Ewropej, bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-mobbiltà tal-istudenti u tal-ħaddiema u t-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki;

(31)

Tappoġġa d-diġitalizzazzjoni kwalitattiva u effettiva tal-forniment tal-VET għall-apprendiment fl-iskejjel u fil-post tax-xogħol billi tippromwovi l-użu tal-oqfsa ta' kompetenza Ewropej (38) u tal-għodod ta' awtovalutazzjoni (39), u tesplora l-fattibbiltà ta' stħarriġ mal-UE kollha għall-iskejjel tal-VET;

(32)

Issaħħaħ l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati u l-Koalizzjonijiet għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali kif imħabbar fl-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet;

(33)

Tippromwovi sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali f'kuntest internazzjonali sabiex jiġu rikonoxxuti bħala referenza dinjija għall-istudenti vokazzjonali, inkluż permezz tal-appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u tas-sistemi ta' taħriġ anki fir-rigward ta' pajjiżi kandidati tal-UE u ta' pajjiżi tal-Viċinat Ewropej f'kooperazzjoni mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, mal-kompetizzjonijiet tal-ħiliet u mal-kampanji ta' komunikazzjoni li jżidu l-attraenza u d-dehra tal-VET u jipprovdu aċċess faċli għall-utent għat-tagħrif dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u dwar l-opportunitajiet relatati għall-karriera, filwaqt li jiżviluppaw aktar il-karatteristiċi tal-Europass;

(34)

Tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-OECD, l-ILO, il-UNESCO u l-Bank Dinji, fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(35)

Tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, issaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, inkluż id-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali tagħhom, u tippromwovi r-riċerka fil-VET kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE permezz ta' finanzjament mill-fondi u mill-programmi rilevanti tal-Unjoni (in-Next Generation EU, (il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ir-REACT-EU), il-Fond Soċjali Ewropew+, l-SURE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-InvestEU, l-Erasmus+, l-Orizzont Ewropa, l-Interreg, l-Ewropa Diġitali, il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond għall-Modernizzazzjoni);

(36)

Tiżgura monitoraġġ kwalitattiv u kwantitattiv f'konformità mal-objettivi komuni definiti f'din ir-Rakkomandazzjoni kif ukoll data rilevanti oħra, inkluż dwar l-investiment, u li din id-data tiddaħħal fis-Semestru Ewropew u f'oqfsa Ewropej oħra rilevanti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar u tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni kull ħames snin, abbażi tad-data disponibbli fil-livell nazzjonali u dak Ewropew u tal-monitoraġġ annwali tas-Cedefop.

Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET), u r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET).

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.

(2)  Dok. 13129/17.

(3)  COM(2019) 640 final.

(4)  COM(2020) 14 final.

(5)  COM(2020) 274 final.

(6)  COM(2020) 102 final.

(7)  COM(2020) 98 final.

(8)  COM(2020) 380 final.

(9)  COM(2020) 103 final.

(10)  COM(2020) 152 final.

(11)  COM(2020) 442 final.

(12)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1).

(13)  ĠU C 13, 18.1.2003, p. 2.

(14)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.

(15)  COM(2016) 381 final.

(16)  ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1.

(17)  ĠU C 155, 8.7.2009, p. 11.

(18)  ĠU C 153, 2.5.2018., p. 1

(19)  Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

(20)  Id-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132).

(21)  Abbażi tad-definizzjoni tas-Cedefop: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali: Terminoloġija tal-Politika Ewropea dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ, 2014.

(22)  L-objettivi huma definiti bħala l-valuri medji tal-UE li għandhom jinkisbu b'mod kollettiv mill-Istati Membri. Meta tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba ta' dawn l-objettivi, inkluż fejn rilevanti fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi u ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta' finanzjament tal-Unjoni f'konformità maċ-ċirkostanzi, il-prijoritajiet u l-isfidi nazzjonali tagħhom. It-tliet objettivi kwantitattivi ma jantiċipawx deċiżjonijiet dwar kif jiġu implimentati l-istrumenti ta' finanzjament tal-Unjoni taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u n-Next Generation EU.

(23)  Dan ser ikopri l-grupp ta' età bejn l-20 u l-34 sena li ggradwaw minn sena sa tliet snin ilu mill-VET fil-livell sekondarju għoli jew postsekondarju mhux terzjarju.

(24)  Dan ser ikopri l-grupp ta' età bejn l-20 u l-34sena li jkunu waqqfu l-edukazzjoni u t-taħriġ minn sena sa tliet snin ilu. L-indikatur ser jissejjes fuq data li ser tinġabar mill-2021 bħala parti mill-European Union Labour Force Survey (Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Forza tax-Xogħol) (EU-LFS) kif definit fl-identifikatur varjabbli "HATWORK" fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2240. Dan jirreferi għal esperjenzi ta' xogħol f'post tax-xogħol f'suq jew f'unità mhux tas-suq (jiġifieri f'kumpannija, istituzzjoni tal-gvern jew organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ) li kienu parti mill-kurrikulu tal-programm formali li wassal għall-ogħla livell ta' edukazzjoni li tlesta b'suċċess. Jekk rispondent kellu diversi esperjenzi ta' xogħol, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat it-tul kumulattiv tal-esperjenzi kollha tax-xogħol. L-esperjenzi tax-xogħol jenħtieġ li jiġu espressi f'ekwivalenti full-time.

(25)  Dan ser jitkejjel bħala s-sehem ta' studenti mobbli f'sena kalendarja, bħala proporzjon ta' koorti ta' gradwati tal-VET fl-istess sena. L-indikatur ser jissejjes fuq id-data dwar il-mobbiltà li nkisbet mid-data tal-Erasmus+ u mid-data tal-gradwati tal-VET li nkisbet mill-Unesco-OECD-Eurostat. Meta tkun disponibbli u biss jekk id-data pprovduta tkun komparabbli mad-data ta' Erasmus+, inkluż it-tul ta' żmien tal-mobbiltà, id-data mill-programmi ta' mobbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali tista' tintuża wkoll biex tikkumplimenta d-data minn Erasmus+. F'każ li tiġi inkluża data mill-awtoritajiet nazzjonali, din jenħtieġ li tintwera b'mod trasparenti.

(26)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tiddefinixxi l-kompetenzi ewlenin li ġejjin: Il-kompetenza fil-litteriżmu; Il-kompetenza multilingwi; Il-kompetenza fil-matematika u l-kompetenza fix-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija; Il-kompetenza diġitali; Il-kompetenza personali, soċjali u tat-tagħlim; Il-kompetenza ta' ċittadinanza; Il-kompetenza tal-intraprenditorija kif ukoll il-Kompetenza tal-għarfien u l-espressjoni kulturali.

(27)  Kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi.

(28)  Kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ.

(29)  Dawn jistgħu jinkludu ċentri ta' apprendiment fil-kumpanniji.

(30)  F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.

(31)  Pereżempju, l-għodda ta' awtoriflessjoni SELFIE tappoġġa l-istituzzjonijiet tal-VET fl-użu effettiv tat-teknoloġiji diġitali għat-tagħlim u għall-apprendiment u ttejjeb il-kooperazzjoni tagħhom mal-impjegati fi skemi ta' apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol.

(32)  Barra minn hekk, dawn jistgħu jinkludu tagħlim kollaborattiv, apprendiment interdixxiplinari u msejjes fuq proġetti, metodi organizzattivi ġodda fl-istituzzjonijiet u fil-kumpanniji ta' taħriġ, kif ukoll l-intelliġenza artifiċjali.

(33)  Dawn jistgħu jinkludu diversi perkorsi għall-progress fil-karriera, ir-rikonoxximent ta' esperjenza professjonali preċedenti, għalliema/ħarrieġa ibridi f'konformità mal-kuntest nazzjonali.

(34)  Pereżempju, mudelli għall-Memorandum ta' Qbil u l-Ftehim ta' Apprendiment.

(35)  Ir-rieżami bejn il-pari huwa tip ta' attività ta' apprendiment reċiproku volontarju bl-objettiv li jappoġġa t-titjib u t-trasparenza ta' arranġamenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità fil-livell tas-sistema li ma jwassalx għal proċeduri ta' akkreditazzjoni, abbażi ta' metodoloġija speċifika li għandha tiġi żviluppata min-Network Ewropew għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(36)  F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perijodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż.

(37)  Id-Diretturi Ġenerali għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali jinħatru mill-Istati Membri.

(38)  Bħall-Qafas ta' Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini (DigComp), il-Qafas ta' Kompetenza Diġitali għall-Edukaturi (DigCompEdu) u l-Qafas ta' Kompetenza Diġitali għall-Organizzazzjonijiet (DigCompO).

(39)  Bħas-SELFIE.


ANNESS I

Atti rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-ħiliet, tal-edukazzjoni u t-taħriġ

(1)   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (1).

(2)   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (2).

(3)   

Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (3).

(4)   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta' titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (4).

(5)   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (5).

(6)   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2017 dwar il-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati (6).

(7)   

Deċiżjoni (UE) 2018/646 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE (7).

(8)   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (8).

(9)   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (9).

(10)   

F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perijodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (10).

(11)   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (11).

(12)   

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur (12).

(13)   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ekonomija tal-Benesseri (13).

(14)   

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-Istrateġija Annwali għall-Iżvilupp Sostenibbli 2020" (14).


(1)  ĠU C191, 1.7.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(3)  ĠU C417, 15.12.2015, p. 25.

(4)  ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.

(5)  ĠU C 189, 15.6.2017, p. 15.

(6)  ĠU C 423, 9.12.2017, p. 1.

(7)  ĠU L 112, 2.5.2018, p. 42.

(8)  ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.

(9)  ĠU C 195, 7.6.2018, p. 7.

(10)  ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1.

(11)  ĠU C 189, 5.6.2019, p. 23.

(12)  ĠU C 389, 18.11.2019, p. 1.

(13)  13432/19.

(14)  COM(2019) 650 final.


ANNESS II

Il-qafas tal-EQAVET

Parti A. Deskritturi indikattivi tal-EQAVET

Dan l-anness jipproponi deskritturi indikattivi li għandhom l-għan li jappoġġaw lill-Istati Membri u lill-fornituri tal-VET, skont kif jidhrilhom xieraq, meta jimplimentaw il-Qafas tal-EQAVET. Huma strutturati f'fażijiet taċ-ċiklu tal-kwalità: Ippjanar - Implimentazzjoni- Evalwazzjoni- Rieżami. Jistgħu jiġu applikati kemm għall-VET inizjali kif ukoll għal dawk kontinwi u japplikaw għall-ambjenti kollha tal-apprendiment: provvediment ibbażat fl-iskejjel u tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol inkluż skemi ta' apprendistat.

Kriterji ta' Kwalità

Deskritturi indikattivi fil-livell tas-sistema tal-VET

Deskritturi indikattivi fil-livell tal-fornitur tal-VET

L-ippjanar jirrifletti viżjoni strateġika komuni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u jinkludi għanijiet/objettivi, azzjonijiet u indikaturi espliċiti

L-għanijiet/objettivi tal-VET huma deskritti għall-perijodi medji u fit-tul, u huma konnessi mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u Ewropej li jqisu l-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà ambjentali

Is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jieħdu sehem fl-istabbiliment tal-għanijiet u l-objettivi tal-VET fil-livelli differenti

Il-miri huma stabbiliti u mmonitorjati permezz ta' indikaturi speċifiċi (kriterji ta' suċċess)

Il-mekkaniżmi u l-proċeduri ġew stabbiliti sabiex jidentifikaw il-ħtiġijiet tat-taħriġ tas-suq tax-xogħol u tas-soċjetà

L-għanijiet/objettivi Ewropej, nazzjonali u reġjonali tal-politika tal-VET huma riflessi fil-miri lokali stabbiliti mill-fornituri tal-VET

L-għanijiet/objettivi u l-miri espliċiti huma stabbiliti u mmonitorjati, u programmi sabiex jiksbuhom huma mfassla

Konsultazzjoni kontinwa mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha li sseħħ sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet lokali/individwali speċifiċi

Ir-responsabbiltajiet fil-ġestjoni u l-iżvilupp tal-kwalità ġew allokati espliċitament

Hemm involviment bikri tal-persunal fl-ippjanar, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp tal-kwalità

 

Il-politika ta' informazzjoni ġiet imfassla sabiex tiżgura diffużjoni ottima ta' riżultati/eżiti ta' kwalità soġġetti għar-rekwiżiti nazzjonali/reġjonali tal-protezzjoni tad-data

L-istandards u l-linji gwida għar-rikonoxximent, il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi tal-individwi ġew iddefiniti

Il-kwalifiki tal-VET huma deskritti permezz tal-eżiti tal-apprendiment

Il-mekkaniżmi huma stabbiliti għall-assigurazzjoni tal-kwalità tad-disinn, tal-valutazzjoni u tar-rieżami tal-kwalifiki

Il-programmi tal-VET jitfasslu sabiex jippermettu perkorsi ta' apprendiment flessibbli u jirreaġixxu minnufih għall-ħtiġijiet li jinbidlu tas-suq tax-xogħol

Il-fornituri jippjanaw inizjattivi ta' kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti

Il-partijiet ikkonċernati rilevanti jieħdu sehem fil-proċess ta' analiżi tal-ħtiġijiet lokali

Il-fornituri tal-VET japplikaw sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità espliċita u trasparenti

Il-miżuri huma mfassla biex jiżguraw il-konformità mar-regoli ta' protezzjoni tad-data

Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni huma mfassla f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u jinkludu prinċipji espliċiti

Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni huma stabbiliti f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, mal-fornituri tal-VET u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-livelli differenti

Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni jinkludu konsiderazzjoni tar-riżorsi meħtieġa, tal-kapaċità tal-utenti u l-għodda u tal-linji gwida meħtieġa bħala appoġġ

Il-linji gwida u l-istandards tfasslu għall-implimentazzjoni fil-livelli differenti. Dawn il-linji gwida u standards jinkludu l-valutazzjoni, il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki

Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni jinkludu appoġġ speċifiku għat-taħriġ tal-għalliema u ta' min iħarreġ, inkluż għall-ħiliet diġitali u għas-sostenibbiltà ambjentali

Ir-riżorsi huma allinjati/assenjati internament b'mod adegwat bil-ħsieb li jinkisbu l-miri stabbiliti fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni

Is-sħubijiet rilevanti u inklużivi, li jinkludu dawk bejn l-għalliema u min iħarreġ, huma appoġġati espliċitament għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ippjanati

Il-pjan strateġiku għall-iżvilupp tal-kompetenza tal-persunal jispeċifika l-ħtieġa ta' taħriġ għall-għalliema u għal dawk li jħarrġu

Il-persunal jitħarreġ regolarment u jiżviluppa kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni rilevanti għall-appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet u għat-titjib tal-kwalità, u għat-tisħiħ tal-prestazzjoni

 

Ir-responsabbiltajiet tal-fornituri tal-VET fil-proċess ta' implimentazzjoni huma espliċitament deskritti u huma trasparenti

Tfassal qafas nazzjonali u/jew reġjonali ta' assigurazzjoni tal-kwalità li jinkludi linji gwida u standards tal-kwalità fil-livell tal-fornituri tal-VET sabiex jippromwovi titjib kontinwu u awtoregolamentazzjoni

Permezz tal-programmi għall-fornituri tal-VET, l-istudenti jiksbu l-eżiti tal-apprendiment mistennija u huma involuti fil-proċess tal-apprendiment

Il-fornituri tal-VET iwieġbu għall-bżonnijiet tal-apprendiment tal-individwi permezz ta' approċċ iffukat fuq l-istudent li jippermetti lill-istudenti jiksbu l-eżiti tal-apprendiment mistennija

Il-fornituri tal-VET jippromwovu l-innovazzjoni fil-metodi ta' tagħlim u ta' apprendiment, fl-iskola u fil-post tax-xogħol, appoġġati mill-użu ta' teknoloġiji diġitali u għodod ta' apprendiment online

Il-fornituri tal-VET jużaw metodi validi, preċiżi u affidabbli biex jivvalutaw l-eżiti tal-apprendiment tal-individwu

L-evalwazzjoni tal-eżiti u tal-proċessi titwettaq regolarment u hija

appoġġata minn kejl

Tfasslet metodoloġija għall-evalwazzjoni, li tkopri evalwazzjoni interna u esterna

Jintlaħaq qbil u jiġi deskritt b'mod ċar l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni

L-istandards u l-proċessi nazzjonali/reġjonali għat-titjib u għall-assigurazzjoni tal-kwalità huma rilevanti u proporzjonati għall-ħtiġijiet tas-settur

Is-sistemi huma soġġetti għall-awtoevalwazzjoni, għar-rieżami intern u estern, kif xieraq

L-awtovalutazzjoni/awtoevalwazzjoni titwettaq perjodikament skont ir-regolamenti/l-oqfsa nazzjonali u reġjonali jew fuq inizjattiva tal-fornituri tal-VET, u tkopri wkoll il-prontezza diġitali u s-sostenibbiltà ambjentali tal-istituzzjonijiet tal-VET

L-evalwazzjoni u r-rieżami jkopru proċessi u riżultati/eżiti tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jinkludu l-valutazzjoni tas-sodisfazzjon tal-istudenti kif ukoll tal-prestazzjoni u s-sodisfazzjon tal-persunal

 

Jiġu implimentati sistemi ta' twissija bikrija

Huma applikati l-indikaturi tal-prestazzjoni

Iseħħ ġbir rilevanti, regolari u koerenti tad-data, sabiex jitkejjel is-suċċess u jiġu identifikati l-oqsma li jistgħu jitjiebu. Tfasslu metodoloġiji xierqa tal-ġbir tad-data, bħal kwestjonarji u indikaturi/metrika

L-evalwazzjoni u r-rieżami jinkludu l-ġbir u l-użu tad-data, u l-mekkaniżmi adegwati u effettivi li jinvolvu l-partijiet ikkonċernati interni u esterni

Jiġu implimentati sistemi ta' twissija bikrija

Rieżami

Il-proċeduri, il-mekkaniżmi u l-istrumenti biex iseħħu r-rieżamijiet huma definiti u użati biex itejbu l-kwalità tal-forniment fil-livelli kollha

Il-proċessi jiġu rieżaminati regolarment u jitfasslu pjanijiet ta' azzjoni għall-bidla. Is-sistemi huma aġġustati kif meħtieġ

L-informazzjoni dwar l-eżiti tal-evalwazzjoni hi disponibbli pubblikament

Tinġabar informazzjoni mill-istudenti dwar l-esperjenza tal-apprendiment individwali tagħhom u dwar l-ambjent tal-apprendiment u tat-tagħlim. Flimkien mal-informazzjoni mill-għalliema, minn min iħarreġ u mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, din tintuża bħala bażi għal azzjonijiet ulterjuri

L-informazzjoni dwar l-eżiti tar-rieżami tkun disponibbli b'mod wiesa' u pubblikament

Il-proċeduri dwar l-informazzjoni mogħtija u r-rieżami huma parti minn proċess strateġiku ta' apprendiment fl-organizzazzjoni, jappoġġaw l-iżvilupp ta' forniment ta' kwalità għolja, u jtejbu l-opportunitajiet għall-istudenti.

Ir-riżultati/l-eżiti tal-proċess tal-evalwazzjoni huma diskussi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u jiġu stabbiliti pjanijiet ta' azzjoni xierqa

Parti B: Is-sett ta' referenza tal-Indikaturi tal-EQAVET

Din it-taqsima tipproponi sett ta' indikaturi ta' referenza li jistgħu jintużaw għall-appoġġ għall-evalwazzjoni u għat-titjib tal-kwalità tas-sistemi tal-VET nazzjonali/reġjonali u/jew għall-fornituri tal-VET meta jimplimentaw il-qafas tal-EQAVET.

Indikatur

Tip ta' indikatur

Għan tal-politika

Indikaturi Ġenerali għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità

Numru 1

Rilevanza tas-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità għall-fornituri tal-VET:

a)

proporzjon tal-fornituri tal-VET li japplikaw sistemi interni ta' assigurazzjoni tal-kwalità definiti mil-liġi/b'inizjattiva proprja

b)

proporzjon tal-fornituri akkreditati tal-VET

Indikatur tal-kuntest/kontribut

Promozzjoni ta' kultura ta' titjib tal-kwalità fil-livell tal-fornituri tal-VET

Żieda fit-trasparenza tal-kwalità tat-taħriġ

Titjib tal-fiduċja reċiproka fil-forniment tat-taħriġ

Numru 2

Investiment fit-taħriġ tal-għalliema u ta' min iħarreġ:

a)

proporzjon tal-għalliema u ta' min qed iħarreġ li jieħdu sehem f'taħriġ ulterjuri

b)

ammonti ta' fondi investiti, inkluż għall-ħiliet diġitali

Indikatur tal-kontribut/proċess

Promozzjoni tas-sens ta' appartenenza tal-għalliema u ta' min iħarreġ għall-proċess tal-iżvilupp tal-kwalità fil-VET

Titjib tar-rispons tal-VET għat-tibdil fid-domanda tas-suq tax-xogħol

Żieda fil-bini tal-kapaċità tal-apprendiment individwali

Titjib tal-kisbiet tal-istudenti

Indikaturi li jappoġġaw l-objettivi tal-kwalità fil-politiki tal-VET

Numru 3

Rata ta' parteċipazzjoni fil-programmi tal-VET:

Numru ta' parteċipanti fil-programmi tal-VET (1), skont it-tip ta' programm u l-kriterji individwali (2)

Indikatur tal-kontribut/tal-proċess/tal-output

Kisba ta' informazzjoni bażika fil-livelli tas-sistemi tal-VET u tal-fornituri tal-VET dwar l-attraenza tal-VET

Identifikazzjoni tal-appoġġ għaż-żieda tal-aċċess għall-VET, inkluż għal gruppi żvantaġġati

Numru 4

Rata ta' tlestija tal-programmi tal-VET:

Għadd ta' persuni li jkunu temmew b'suċċess/abbandunaw il-programmi tal-VET, skont it-tip tal-programm u tal-kriterji individwali

Indikatur tal-proċess/tal-output/tal-eżitu

Kisba tal-informazzjoni bażika dwar il-kisbiet edukattivi u l-kwalità tal-proċessi ta' taħriġ

Kalkolu tar-rati ta' rtirar imqabbla mar-rata ta' parteċipazzjoni

Appoġġ għat-tlestija b'suċċess bħala wieħed mill-objettivi ewlenin għall-kwalità fil-VET

Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi żvantaġġati

Numru 5

Rata ta' kollokament fil-programmi tal-VET:

a)

destinazzjoni tal-istudenti tal-VET f'mument speċifiku wara t-tlestija tat-taħriġ, skont it-tip tal-programm u tal-kriterji individwali (3)

b)

proporzjon tal-istudenti li huma impjegati f'mument speċifiku wara t-tlestija tat-taħriġ, skont it-tip tal-programm u tal-kriterji individwali

Indikatur tal-eżitu

Appoġġ għall-impjegabbiltà

Titjib tar-rispons tal-VET għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol

Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi żvantaġġati

Numru 6

Użu ta' ħiliet miksuba fuq il-post tax-xogħol:

a)

informazzjoni dwar impjieg, miksuba minn individwi wara t-tlestija tat-taħriġ, skont it-tip ta' taħriġ u tal-kriterji individwali

b)

rata ta' sodisfazzjon ta' individwi u ta' min jimpjega bil-ħiliet/kompetenzi miksuba

Indikatur tal-eżitu

(taħlita ta' data kwalitattiva u kwantitattiva)

Żieda fil-kapaċità ta' impjieg

Titjib tar-rispons tal-VET għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol

Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi żvantaġġati

Informazzjoni dwar il-kuntest

Numru 7

Rata tal-qgħad (4) skont il-kriterji individwali

Indikatur tal-kuntest

Informazzjoni ta' sfond għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-politika fil-livell tas-sistemi tal-VET

Numru 8

Prevalenza ta' gruppi vulnerabbli:

a)

perċentwal ta' parteċipanti fl-VET kklassifikati bħala gruppi żvantaġġati (f'reġjun definit jew f'żona mmirata) skont l-età u s-sess

b)

rata ta' suċċess ta' gruppi żvantaġġati skont l-età u s-sess

Indikatur tal-kuntest

Informazzjoni ta' sfond għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-politika fil-livell tas-sistemi tal-VET

Appoġġ għall-aċċess għall-VET għall-gruppi żvantaġġati

Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ għal gruppi żvantaġġati

Numru 9

Mekkaniżmi għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tat-taħriġ fis-suq tax-xogħol:

a)

informazzjoni dwar il-mekkaniżmi stabbiliti biex jidentifikaw il-bidliet fid-domanda fil-livelli differenti

b)

evidenza tal-użu ta' tali mekkaniżmi u tal-effettività tagħhom

Indikatur tal-kuntest/tal-kontribut (informazzjoni kwalitattiva)

Titjib tar-rispons tal-VET għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol

Appoġġ għall-impjegabbiltà

Numru 10

Skemi użati għall-promozzjoni ta' aċċess aħjar għall-VET u biex jiggwidaw lill-istudenti (potenzjali) tal-VET:

a)

informazzjoni dwar skemi eżistenti fil-livelli differenti

b)

evidenza tal-effettività tagħhom

Indikatur tal-proċess (informazzjoni kwalitattiva)

Promozzjoni tal-aċċess għall-VET, inkluż għal gruppi żvantaġġati

Għoti ta' gwida lill-istudenti (potenzjali) tal-VET

Appoġġ għall-forniment adattat tat-taħriġ


(1)  Għall-IVT: jeħtieġ perijodu ta' sitt ġimgħat taħriġ qabel ma l-istudent jitqies bħala parteċipant. Għat-tagħlim tul il-ħajja: il-perċentwal tal-popolazzjoni aċċettata għall-programmi formali tal-VET.

(2)  Minbarra l-informazzjoni bażika dwar il-ġeneru u l-età, jistgħu jiġu applikati kriterji soċjali oħrajn, eż. min jitlaq kmieni mill-iskola, l-ogħla kisbiet edukattivi, il-migranti, il-persuni b'diżabbiltà, it-tul tal-qgħad.

(3)  Għall-IVT: inklużjoni tal-informazzjoni dwar id-destinazzjoni ta' min ma jkomplix.

(4)  Definizzjoni skont l-ILO: individwi bejn il-15 u l-74 sena mingħajr xogħol u li qed ifittxu impjieg b'mod attiv u li huma lesti biex jibdew jaħdmu.


Top