This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D2026
Council Decision (EU) 2020/2026 of 4 December 2020 on the position to be taken on behalf of the European Union within the General Council of the World Trade Organization as regards the adoption of a decision exempting certain purchases of foodstuffs from application of export prohibitions or restrictions
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2026 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li teżenta ċertu xiri ta’ oġġetti tal-ikel mill-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2026 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li teżenta ċertu xiri ta’ oġġetti tal-ikel mill-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni
ĠU L 419, 11.12.2020, pp. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 419/16 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2026
tal-4 ta’ Diċembru 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li teżenta ċertu xiri ta’ oġġetti tal-ikel mill-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ tal-1994 (il-“Ftehim tad-WTO”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (1) fit-22 ta’ Diċembru 1994 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995. |
|
(2) |
Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu IV tal-Ftehim tad-WTO, il-Konferenza Ministerjali tad-WTO) għandha l-awtorità li tieħu deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt kwalunkwe Ftehim Kummerċjali Multilaterali, jekk jiġi mitlub hekk minn Membru. |
|
(3) |
Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu IV tal-Ftehim tad-WTO, il-funzjonijiet tal-Konferenza Ministerjali għandhom jitmexxew mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-intervalli bejn laqgħa u oħra tal-Konferenza Ministerjali. |
|
(4) |
Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO, id-WTO tkompli, meta jkun possibbli, issegwi l-prassi li tieħu d-deċiżjonijiet b’konsensus. |
|
(5) |
Il-Kunsill Ġenerali tad-WTO, fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2020, jew f’laqgħa sussegwenti fl-2021, jista’ jintalab jikkunsidra u jadotta proposta mmirata lejn l-eżenzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li jkunu nxtraw għal skopijiet umanitarji u mhux kummerċjali mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) mill-projbizzjonijiet u mir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni. |
|
(6) |
Il-paragrafu 2(a) tal-Artikolu XI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1947 (GATT tal-1947) jippermetti lill-membri tad-WTO japplikaw temporanjament projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, f’ċirkostanzi speċifiċi, biex jipprevjenu jew itaffu n-nuqqas kritiku ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ prodotti essenzjali oħra għalihom. L-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, li jaqa’ taħt il-GATT 1994, jispeċifika kundizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu osservati mill-Membri tad-WTO f’każijiet bħal dawn. Matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Membri tad-WTO rrikorrew għal miżuri restrittivi bħal dawn, li jistgħu jaffettwaw ukoll l-oġġetti tal-ikel li jkunu nxtraw għal skopijiet umanitarji u mhux kummerċjali. |
|
(7) |
Ix-xiri umanitarju mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU jenħtieġ li jkun eżentat minn projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fid-dawl tal-bżonn kritiku ta’ appoġġ umanitarju pprovdut mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU, li sar saħansitra iktar kruċjali matul il-pandemija tal-COVID-19. |
|
(8) |
Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa futura rilevanti tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni fuq proposta mmirata lejn l-eżenzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li jkunu nxtraw għal skopijiet umanitarji u mhux kummerċjali mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) mill-projbizzjonijiet u mir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, minħabba li tali deċiżjoni tkun vinkolanti fuq l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), fil-laqgħa tiegħu f’Diċembru 2020, jew f’laqgħa sussegwenti fl-2021, għandha tkun din tingħaqad ma’ tali kunsens, fil-każ li dan jintlaħaq fost il-Membri tad-WTO, dwar deċiżjoni għall-eżenzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li jkunu nxtraw mill-Programm Dinji tal-Ikel għal skopijiet umanitarji u mhux kummerċjali mill-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).