This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D2024
Council Decision (EU) 2020/2024 of 4 December 2020 on the position to be adopted, on behalf of the European Union, within the EEA Joint Committee concerning an amendment to Annex IV (Energy) to the EEA Agreement (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2024 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2024 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 419, 11.12.2020, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 419/14 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2024
tal-4 ta’ Diċembru 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (4).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 tas-26 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 42).
(4) Ara d-dokument ST 12938/20 fuq http://register.consilium.europa.eu