EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0511

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/511 tat-26 ta’ Marzu 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025

ST/6097/2020/REV/1

ĠU L 113, 8.4.2020, p. 18–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/511/oj

8.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/511

tat-26 ta’ Marzu 2020

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti magħmula mill-Gvern Belġjan, dak Ġermaniż u dak Malti,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u numru ugwali ta’ membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ ħames snin skont il-proposti magħmula minn kull Stat Membru.

(3)

Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta’ Jannar 2020, jenħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda.

(4)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2). Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, il-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Ċek, Daniż, Estonjan, Ċiprijott, Latvjan, Lussemburgiż, Netherlandiż, Awstrijak, Rumen, Sloven, Slovakk u dak Żvediż. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 ħatret ukoll għall-istess perijodu tliet membri proposti mill-Gvern Belġjan, 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż, tmien membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Irlandiż, 16-il membru u 16-il membru supplenti proposti mill-Gvern Spanjol, 10 membri u 14-il membru supplenti proposti mill-Gvern Taljan, erba’ membri u erba’ membri supplenti proposti mill-Gvern Malti u tmien membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Finlandiż. Il-membri u l-membri supplenti li għalihom ma waslux proposti lill-Kunsill mill-Istati Membri rispettivi qabel il-15 ta’ Novembru 2019 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2019/2157.

(5)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (3). Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, lill-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Grieg, Franċiż, Kroat, Litwan, Ungeriż u dak Portugiż, kif ukoll erba’ membri u erba’ membri supplenti proposti mill-Gvern Belġjan, membru wieħed propost mill-Gvern Bulgaru, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Irlandiż, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Spanjol, 14-il membru u 10 membri supplenti proposti mill-Gvern Taljan u 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk. Il-membri u l-membri supplenti li għalihom ma waslux proposti lill-Kunsill mill-Istati Membri rispettivi qabel l-20 ta’ Diċembru 2019 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2020/102.

(6)

Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/144 (4). Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, erba’ membri u erba’ membri supplenti proposti mill-Gvern Spanjol, kif ukoll membru u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Finlandiż. Il-membri u l-membri supplenti li għalihom ma waslux proposti lill-Kunsill mill-Istati Membri rispettivi qabel it-23 ta’ Jannar 2020 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2020/144.

(7)

Il-Belġju ppropona l-kandidati tiegħu għas-siġġijiet tal-membri u tal-membri supplenti tiegħu li fadal, il-Ġermanja pproponiet il-kandidat tagħha għal membru supplenti wieħed u Malta pproponiet il-kandidat tagħha għal membru wieħed. Dawk il-membri u l-membri supplenti jenħtieġ li jinħatru għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika b’mod retroattiv mis-26 ta’ Jannar 2020.

(8)

Il-ħatra tal-membri u l-membri supplenti l-oħra li għalihom għad ma ġewx ikkomunikati proposti lill-Kunsill ser issir fi stadju aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025:

bħala membri, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness I;

bħala membri supplenti, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness II.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mis-26 ta’ Jannar 2020.

Magħmul fi Brussell, it-26 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tal-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16).


ANNESS I

ПРИЛОЖЕНИЕ I - ANEXO I - PŘÍLOHA I - BILAG I - ANHANG I - I LISA -ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι - ANNEX I - ANNEXE I - PRILOG I - ALLEGATO I -I PIELIKUMS - I PRIEDAS - I. MELLÉKLET - ANNESS I - BIJLAGE I -ZAŁĄCZNIK I - ANEXO I - ANEXA I - PRÍLOHA I - PRILOGA I - LIITE I - BILAGA I

Членове/Miembros/Členové/Medlemmer/Mitglieder/Liikmed/Μέλη/Members/Membres/Članovi/Membri/Locekļi/Nariai/Tagok/Membri/Leden/Członkowie/Membros/Membri/Členovia/Člani/Jäsenet/Ledamöter

BELGIË/BELGIQUE/BELGIEN

Mr Andries GRYFFROY

Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament

Ms Joke SCHAUVLIEGE

Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament

Mr Willem-Frederik SCHILTZ

Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament

Mr Koen VANDENHEUVEL

Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament

Mr Karl VANLOUWE

Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament

MALTA

Mr Anthony MIFSUD

Member of a Regional Executive: North Region


ANNESS II

ПРИЛОЖЕНИЕ II - ANEXO II - PŘÍLOHA II - BILAG II - ANHANG II - II LISA -ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙΙ - ANNEX II - ANNEXE II - PRILOG II - ALLEGATO II -II PIELIKUMS - II PRIEDAS - II. MELLÉKLET - ANNESS II - BIJLAGE II -ZAŁĄCZNIK II - ANEXO II - ANEXA II - PRÍLOHA II - PRILOGA II - LIITE II - BILAGA II

Заместник-членове/Suplentes/Náhradníci/Suppleanter/Stellvertreter/Asendusliikmed/Αναπληρωτές/Alternate members/Suppléants/Zamjenici članova/Supplenti/Aizstājēji/Pakaitiniai nariai/Póttagok/Membri Supplenti/Plaatsvervangers/Zastępcy członków/Suplentes/Supleanți/Náhradníci/Nadomestni člani/Varajäsenet/Suppleanter

BELGIË/BELGIQUE/BELGIEN

Ms Karin BROUWERS

Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament

Ms Allessia CLAES

Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament

Mr Steven COENEGRACHTS

Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament

Mr Jan DURNEZ

Representative of a regional body with political accountability to an elected Assembly: Council of the province of West-Vlaanderen

Mr Joris NACHTERGAELE

Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament

Mr Yonnec POLET

Member of a Local Assembly: Municipal Council of Berchem-Sainte-Agathe

Ms Annabel TAVERNIER

Member of a Regional Assembly: Flemish Parliament

Mr Jean-Luc VANRAES

Member of a Local Assembly: Municipal Council of Uccle

DEUTSCHLAND

Mr Andreas DITTMANN

Representative of a local body with political accountability to an elected Assembly: Landtag von Sachsen-Anhalt


Top