This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R2040
Commission Regulation (EU) 2018/2040 of 17 December 2018 establishing a prohibition of fishing for Northern albacore in the Atlantic Ocean, north of 5° N by vessels flying the flag of France
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2040 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-alonga tat-Tramuntana fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2040 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-alonga tat-Tramuntana fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża
C/2018/9083
ĠU L 327, 21.12.2018, p. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/48 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2040
tas-17 ta' Diċembru 2018
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-alonga tat-Tramuntana fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).
ANNESS
Numru |
47/TQ120 |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
ALB/AN05N |
Speċi |
L-alonga tat-Tramuntana (Thunnus alalunga) |
Żona |
L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N |
Data tal-għeluq |
Is-26.11.2018 |