Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1871

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1871 tat-23 ta' Novembru 2018 li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta' xarba spirituża fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 (“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” (IĠ))

    C/2018/7995

    ĠU L 306, 30.11.2018, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2021; Impliċitament imħassar minn 32019R0787

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1871/oj

    30.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 306/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1871

    tat-23 ta' Novembru 2018

    li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta' xarba spirituża fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 (“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” (IĠ))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(8) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ppreżentata mill-Bulgarija għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika “Карнобатска Гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“grozdova rakya ot Karnobat”.

    (2)

    Wara li ddeterminat li t-talba hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-iskeda informattiva skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

    (3)

    L-ebda dikjarazzjoni tal-oppożizzjoni, skont l-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, ma ntbagħtet lill-Kummissjoni, l-indikazzjoni “Карнобатска Гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“grozdova rakya ot Karnobat”“Гроздова ракия от Търговище/Grozdova rakya ot Targovishte” jenħtieġ li tiġi rreġistrata bħala indikazzjoni ġeografika fl-Anness III ta' dak ir-Regolament.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, fil-kategorija “Spirtu magħmul mill-inbid”, tiżdied l-entrata li ġejja:

    “Spirtu magħmul mill-inbid

    “Карнобатска Гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat”

    Il-Bulgarija”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2018.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

    (2)  ĠU C 296, 7.9.2017, p. 23.


    Top