EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1049

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1049 tal-25 ta' Lulju 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/4799

ĠU L 189, 26.7.2018, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1049/oj

26.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1049

tal-25 ta' Lulju 2018

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi (“l-MRLs”) stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament, huma mniżżlin fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ġie sostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/62 (2).

(3)

Ir-Regolament (UE) 2018/62 introduċa, inter alia, il-prodott bażiku “weraq tar-ravanell” fil-Parti B tal-Anness I u rabtu mal-prodott “kaboċċi (”kales“)” fil-Parti A tal-istess Anness. Għaldaqstant, l-MRLs għall-kaboċċi (“kales”) japplikaw ukoll għall-weraq tar-ravanell.

(4)

Informazzjoni reċenti tissuġġerixxi li l-MRLs għall-kaboċċi (“kales”) jaf ma jkunux adattati għall-weraq tar-ravanell fil-każijiet kollha u li huma meħtieġa provi tar-residwi speċifiċi fuq il-weraq tar-ravanell li jikkonfermaw l-MRLs adattati.

(5)

Għalhekk, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju qabel ma l-MRLs għall-kaboċċi (“kales”) jibdew japplikaw għall-prodott “weraq tar-ravanell” sabiex ikun jista' jsir il-ġbir tad-data neċessarja. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiddaħħal nota ġdida f'qiegħ il-paġna (3) marbuta mal-prodott “weraq tar-ravanell” fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(7)

Sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm tfixkil żejjed fil-kummerċ minħabba l-modifiki għall-weraq tar-ravanell introdotti mir-Regolament (UE) 2018/62 u sabiex jiġi permess it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li l-istaġun tal-ħsad tagħhom jibda fir-Rebbiegħa 2018, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-1 ta' April 2018.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tiddaħħal in-nota f'qiegħ il-paġna (3) u tintrabat mal-entrata għal “weraq tar-ravanell”:

“(3)

L-MRLs għandhom japplikaw għall-weraq tar-ravanell mill-1 ta' Jannar 2022”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/62 tas-17 ta' Jannar 2018 li jibdel l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 23.1.2018, p. 1).


Top