This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0549
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/549 of 6 April 2018 amending Annex I to Council Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/549 tas-6 ta' April 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/549 tas-6 ta' April 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana
C/2018/2004
ĠU L 91, 9.4.2018, pp. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/549
tas-6 ta' April 2018
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, (minn hawn 'il quddiem in-“Nomenklatura Magħquda” jew “NM”), li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
In-nota addizzjonali 6 tal-Kapitolu 17 tan-Nomenklatura Magħquda tiddefinixxi l-“ġulepp tal-inulina” għall-finijiet tas-subintestaturi 1702 60 80 u 1702 90 80. Dan huwa prodott immedjat miksub mill-idroliżi tal-inulina jew tal-oligofruttożi, li fl-istat xott ikun fih ammont definit ta' fruttożju fil-forma ħielsa jew bħala sukrożju. |
|
(3) |
Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u l-Artikolu 7(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-“Test ta' Profiċjenza dwar iz-Zokkor u Prodotti li Fihom iz-Zokkor 2016” (3) sar fil-qafas tal-Azzjoni 2 (4) tan-Netwerk Ewropew tal-Laboratorji Doganali. Dan kixef li l-laboratorji doganali tal-Unjoni jinterpretaw il-frażi “fruttożju f'forma ħielsa jew bħala sukrożju” li tissemma fin-Nota Addizzjonali 6 tal-Kapitolu 17 b'mod differenti. |
|
(4) |
It-test ta' dik in-nota Addizzjonali jenħtieġ għalhekk li jiġi ċċarat. Il-kwantità ta' zokkor preżenti — espress fuq il-materja xotta - jenħtieġ li jiġi determinat permezz tal-metodu ta' Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja, li huwa l-aktar metodu preċiż disponibbli. |
|
(5) |
Fl-interess taż-żamma ta' ċertezza ġuridika, huwa meħtieġ li dik in-nota Addizzjonali tiġi emendata biż-żieda ta' paragrafu ġdid lit-test eżistenti. |
|
(6) |
Biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda madwar l-Unjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta' ġulepp tal-inulina kopert mis-subintestaturi tan-NM 1702 60 80 u 1702 90 80, jenħtieġ li n-Nota Addizzjonali 6 tal-Kapitolu 17 tan-Nomenklatura Magħquda tiġi emendata. |
|
(7) |
Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fin-Nota Addizzjonali 6 tal-Kapitolu 17 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“Il-kwantità ta' “fruttożju f'forma ħielsa jew bħala sukrożju” għandha tiġi determinata permezz tal-formula F + 0,5 S/0,95 kkalkulata fuq il-materja xotta, fejn “F” huwa l-kontenut ta' fruttożju u “S” huwa l-kontenut ta' sukrożju, kif determinat mill-metodu ta' Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja.”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014–2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni 624/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209).
(3) Rapport finali maħruġ fl-24 ta' April 2017 mill-Kummissjoni Ewropea u mqassam lin-Netwerk Ewropew tal-Laboratorji Doganali.
(4) L-Azzjoni 2 tittratta paraguni reċiproki u validazzjonijiet tal-metodi tal-laboratorji doganali.