Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1943

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1943 tal-10 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 li tappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118 (2013) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/DEC.1 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva

    ST/14276/2018/INIT

    ĠU L 314, 11.12.2018, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1943/oj

    11.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 314/58


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1943

    tal-10 ta' Diċembru 2018

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 li tappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118 (2013) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/DEC.1 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 12-il xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.

    (3)

    Fit-3 ta' Ottubru 2018, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (“l-OPCW”), li hija responsabbli mill-implimentazzjoni teknika tal-proġett, talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex testendi l-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 bi 12-il xahar. Dik l-estensjoni tippermetti lill-OPCW tkompli bl-implimentazzjoni tal-attivitajiet kif supplimentati mid-Deċiżjoni li Tindirizza t-Theddida mill-Użu ta' Armi Kimiċi (C-SS-4/DEC.3) tal-Konferenza tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom u tilħaq l-objettivi ppjanati ta' dawk l-attivitajiet, inkluż it-titjib tal-kapaċità tal-OPCW li tindirizza t-theddida tal-użu ta' armi kimiċi.

    (4)

    L-emenda mitluba tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) tagħha, u t-Taqsima 8 tal-Anness ta' dik id-Deċiżjoni fejn iridu jiġu modifikati d-deskrizzjonijiet.

    (5)

    It-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303, kif imsemmija b'mod speċifiku fit-talba li saret mill-OPCW fit-3 ta' Ottubru 2018, tista' titwettaq mingħajr l-ebda implikazzjoni fuq ir-riżorsi.

    (6)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 jenħtieġ li tiġi emendata biex tippermetti t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fiha, permezz tal-estensjoni tat-tul taż-żmien tagħha skont il-każ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 hija b'dan emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-OPCW imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta' finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dak iż-żmien.”.

    (2)

    It-test tat-Taqsima 8 tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Tul ta' żmien stmat

    It-tul ta' żmien tal-proġett huwa previst li jkun 24 xahar.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2303 tat-12 ta' Diċembru 2017 li tappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118 (2013) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/DEC.1 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva (ĠU L 329, 13.12.2017, p. 55).


    Top