This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1577
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1577 of 5 September 2017 approving non-minor amendments to the specification for a name entered in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Acciughe sotto sale del mar Ligure (PGI))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1577 tal-5 ta' Settembru 2017 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del mar Ligure (IĠP))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1577 tal-5 ta' Settembru 2017 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del mar Ligure (IĠP))
C/2017/6098
ĠU L 239, 19.9.2017, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1577
tal-5 ta' Settembru 2017
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del mar Ligure (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità mal-ewwel subaragrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Acciughe sotto sale del mar Ligure”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2008 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda, skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Acciughe sotto sale del mar Ligure” (IĠP) għandha tiġi approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2008 tal-4 ta' Awwissu 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP), Brussels grondwitloof (IĠP), Œufs de Loué (IĠP)) (ĠU L 207, 5.8.2008, p. 7).