Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0731

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/731 tal-25 ta' April 2017 li jemenda l-mudell taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X, BOV-Y, BOV u OVI stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-mudelli taċ-ċertifikati GEL, COL, RCG u TCG stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u ċ-ċertifikat mudell għal prodotti komposti stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/2519

    ĠU L 108, 26.4.2017, p. 7–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/731/oj

    26.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 108/7


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/731

    tal-25 ta' April 2017

    li jemenda l-mudell taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X, BOV-Y, BOV u OVI stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-mudelli taċ-ċertifikati GEL, COL, RCG u TCG stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u ċ-ċertifikat mudell għal prodotti komposti stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2)(b) u 9(4)(b) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti kunsinni ta' annimali ħajjin inklużi annimali bovini domestiċi u kunsinni ta' laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, inkluż laħam frisk ta' annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi.

    (2)

    Il-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tistabbilixxi mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċijiet Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsubin għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni (BOV-X) u mudell ta' ċertifikat veterinarju għal annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċijiet Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsubin sabiex jitbiċċru immedjatament wara l-importazzjoni tagħhom (BOV-Y). Il-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tistabbilixxi mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk, inkluż laħam ikkapuljat, ta' annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċijiet Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) (BOV) u mudell ta' ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, inkluż il-laħam kapuljat, ta' annimali ovini domestiċi (Ovis aries) u annimali kaprini domestiċi (Capra hircus) (OVI). Dawn il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji jinkludu garanziji għall-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE, bovine spongiform encephalopathy).

    (3)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 (5) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

    (4)

    L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikat għal importazzjonijiet tal-ġelatina maħsuba għall-konsum uman (GEL) fil-Parti III tiegħu, mudell taċ-ċertifikat għal importazzjonijiet tal-kollaġen maħsub għall-konsum uman (COL) fil-Parti IV tiegħu, mudell għal importazzjonijiet ta' materja prima għall-produzzjoni ta' ġelatina u l-kollaġen maħsuba għall-konsum uman (RCG) fil-Parti V tiegħu, u mudell taċ-ċertifikat għal importazzjonijiet ta' materja prima trattata għall-produzzjoni ta' ġelatina u kollaġen maħsuba għall-konsum uman (TCG) fil-Parti VI. Dawk il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji jinkludu garanziji għall-BSE għal prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 (6) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni jew li jgħaddu minn ġol-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    (6)

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dak il-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa jinkludi garanziji għall-BSE għal prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) f'annimali bovini, ovini u kaprini. Il-Kapitolu B tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' annimali bovini fir-rigward tal-BSE u l-Kapitolu C ta' dak l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem minn annimali bovini, ovini u kaprini fir-rigward tal-BSE.

    (8)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 (8). Dawk l-emendi jipprovdi, fost l-oħrajn, għal kjarifika tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu B u l-Kapitolu Ċ tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Dawn jipprovdu wkoll għall-emenda tar-rekwiżit li tiġi indikata strixxa blu fuq it-tikketta tal-karkassi jew tal-qatgħat li jkunu ser jinbiegħu bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali bovini, meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali ma tkunx meħtieġa kif stabbilit fil-Kapitolu Ċ tal-Anness IX ta' dak ir-Regolament. Din l-emenda tirrikjedi li minflok, jenħtieġ tiġi indikata strixxa ħamra fuq it-tikketta meta t-tali tneħħija tkun meħtieġa għal prodotti li joriġinaw minn annimali bovini importati lejn l-Unjoni.

    (9)

    B'mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat mir-Regolament (UE) 2016/1396, jippermetti l-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini minn pajjiżi terzi b'riskju negliġibbli ta' BSE kif stabbilit fit-Taqsima B tal-Kapitolu Ċ tal-Anness IX, anke meta dawk il-prodotti jkunu miksubin minn materja prima li tkun ġejja minn pajjiżi b'riskju ta' BSE kkontrollat jew mhux determinat, diment li dak il-materjal ta' riskju speċifikat ikun tneħħa mit-tali materja prima.

    (10)

    Il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji BOV-X u BOV-Y stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I u BOV u OVI stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji GEL, COL, RCG u TCG stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/759 u l-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti komposti stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu r-rekwiżiti relatati mal-importazzjonijiet ta' annimali bovini u ta' laħam frisk tal-annimali bovini, ovini u kaprini u ta' prodotti mill-annimali għall-konsum mill-bniedem li joriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (UE) 2016/1396.

    (11)

    Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u r-Regolament (UE) Nru 28/2012 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

    (12)

    Ir-Regolament (UE) 2016/1396 jipprevedi li l-emendi li għamel fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2017.

    (13)

    Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-kunsinni ta' annimali bovini, ovini u kaprini ħajjin, ta' laħam frisk ta' annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi, ta' ġelatina, kolleġen, materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen u materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem u ta' ċertu prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, l-użu ta' ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 206/2010, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u r-Regolament (UE) Nru 28/2012 kif applikabbli qabel ma ġew introdotti l-emendi permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli jiġi awtorizzat matul il-perjodu tranżizzjonali soġġett għal ċertu kundizzjonijiet.

    (14)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 huwa emendat b'konformità mal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    1.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kunsinni ta' annimali bovini, ovini u kaprini ħajjin akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u l-kunsinni ta' laħam frisk ta' annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi, akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.

    2.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kunsinni ta' ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem, il-kollaġen maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen maħsubin għall-konsum mill-bniedem u l-materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen maħsubin għall-konsum mill-bniedem, akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit rispettivament fil-Partijiet III, IV, V u VI tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.

    3.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kunsinni ta' ċerti prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320.

    (3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 13).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal-11 ta' Jannar 2012, li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta' ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 (ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 76).


    ANNESS I

    L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

    (a)

    Il-mudell ta' ċertifikat veterinarju BOX-X huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Fil-Parti II.1 Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika, il-punt II.1.3. huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “II.1.3.

    fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

    (a)

    l-annimali huma identifikati permezz ta' sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tgħin l-intraċċar tagħhom lura lejn l-omm u l-merħla tal-oriġini, u ma jkunux ġew esposti għall-annimali li ġejjin:

    (i)

    kwalunkwe każ ta' BSE,

    (ii)

    annimali bovini li, matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, trabbew mal-każijiet ta' BSE matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li dawn potenzjalment ikkonsmaw l-istess għalf ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew

    (iii)

    jekk ir-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fl-inċiż (ii) mhumiex konklussivi, annimali bovini li twieldu fl-istess merħla, u fi żmien 12-il xahar mit-twelid, tal-każijiet ta' BSE;

    (1) (2) jew [(b)

    jekk kien hemm każijiet indiġeni ta' BSE fil-pajjiż ikkonċernat, l-annimali twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]

    (1) (3) jew [(b)

    l-annimali twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mill-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]

    (1) (4) jew [(b)

    l-annimali twieldu mill-anqas sentejn wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]”

    (ii)

    Fil-Parti II tan-Noti, in-noti ta' qiegħ il-paġna (2), (3) u (4) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

    “(2)

    Jgħodd biss jekk l-annimali twieldu u dejjem trabbew f'pajjiż jew f'reġjun jew f'pajjiżi jew f'reġjuni klassifikati skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiżi jew reġjuni li huma ta' riskju negliġibbli tal-BSE.

    (3)

    Jgħodd biss jekk il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE.

    (4)

    Jgħodd biss jekk il-pajjiż jew ir-reġjun ta' oriġini ġie klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE.”

    (b)

    Il-mudell ta' ċertifikat veterinarju BOX-Y huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Fil-Parti II.1. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika, il-punt II.1.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “II.1.3.

    fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

    (a)

    l-annimali huma identifikati permezz ta' sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tgħin l-intraċċar tagħhom lura lejn l-omm u l-merħla tal-oriġini, u ma jkunux ġew esposti għall-annimali li ġejjin:

    (i)

    kwalunkwe każ ta' BSE,

    (ii)

    annimali bovini li, matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, trabbew mal-każijiet ta' BSE matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li dawn potenzjalment ikkonsmaw l-istess għalf ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew

    (iii)

    jekk ir-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fl-inċiż (ii) mhumiex konklussivi, annimali bovini li twieldu fl-istess merħla, u fi żmien 12-il xahar mit-twelid, tal-każijiet ta' BSE;

    (1) (2) jew [(b)

    jekk kien hemm każijiet indiġeni ta' BSE fil-pajjiż ikkonċernat, l-annimali twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u l-qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]

    (1) (3) jew [(b)

    l-annimali twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mill-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]

    (1) (4) jew [(b)

    l-annimali twieldu mill-anqas sentejn wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]”

    (ii)

    Fil-Parti II tan-Noti, in-noti ta' qiegħ il-paġna (2), (3) u (4) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(2)

    Jgħodd biss jekk l-annimali twieldu u dejjem trabbew f'pajjiż jew f'reġjun jew f'pajjiżi jew f'reġjuni klassifikati skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiżi jew reġjuni li huma ta' riskju negliġibbli tal-BSE.

    (3)

    Jgħodd biss jekk il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE.

    (4)

    Jgħodd biss jekk il-pajjiż jew ir-reġjun ta' oriġini ġie klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE.”

    (2)

    L-Anness II, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

    (a)

    il-mudell ta' ċertifikat veterinarju BOV huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Fil-Parti II.1. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika, il-punt II.1.9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(1) jew

    [II.1.9

    fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

    (a)

    il-pajjiż jew ir-reġjun tad-dispaċċ huwa klassifkat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    (1) jew [(b)

    l-annimali, li minnhom ġie l-laħam jew l-ikkapuljat:

    (i)

    twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikati skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    (ii)

    nqatlu wara sturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess mod jew inqatlu b'laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]

    (1) jew [(b)

    l-annimali, li minnhom ittieħed il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma nqatlux wara sturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu b'laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]

    (1) jew [(c)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001(*);

    (1) jew [(c)

    (i)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat huwa derivat minn annimali li joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE jew mhux determinat;

    (ii)

    il-karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħin f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u r-robbi ma fihomx materjal ta' riskju speċifikat minbarra l-kolonna vertebrali, inkluż il-ganglija tal-għerq dorsali;

    (iii)

    il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar u li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa ħamra viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta kif jissemma fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (3);]

    (1) jew [(d)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat huwa derivat minn laħam separat mekkanikament, miksub minn għadam ta' annimali bovini li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE u li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;]

    (1) jew [(d)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat mhuwiex derivat minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta' annimali bovini;]

    (1) [(e)

    (i)

    l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

    (ii)

    l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

    (iii)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat kien prodott u trattat b'tali mod li jiżgura li ma jkunx fih u ma ġiex kontaminat b'tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]]

    (1) jew

    [II.1.9.

    fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

    (a)

    il-pajjiż jew ir-reġjun tad-dispaċċ huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

    (b)

    l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat bovin, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    (1) jew [(c)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhuwiex derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini.]

    (1) jew [(c)

    il-karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħin f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u r-robbi ma fihomx materjal ta' riskju speċifikat minbarra l-kolonna vertebrali, inkluż il-ganglija tal-għerq dorsali. Il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar u li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa ħamra viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta kif jissemma fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (3).]]

    (1) jew

    [II.1.9.

    fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

    (a)

    il-pajjiż jew ir-reġjun tad-dispaċċ ma ġiex klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE jew ġie klassifikat bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

    (b)

    l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

    (c)

    l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    (1) jew [(d)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhuwiex derivat minn:

    (i)

    materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

    (ii)

    tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

    (iii)

    laħam separat mekkanikament miksub mill-għadam ta' annimali bovini.]

    (1) jew [(d)

    il-karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħin f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u r-robbi ma fihomx materjal ta' riskju speċifikat minbarra l-kolonna vertebrali, inkluż il-ganglija tal-għerq dorsali. Il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa ħamra viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta kif jissemma fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (3).]]”

    (ii)

    Fil-Parti II tan-Noti, in-nota (3) ta' qiegħ il-paġna tinbidel b'dan li ġej:

    “(3)

    L-għadd ta' karkassi bovini jew ta' qatgħat bl-ingrossa ta' karkassi, li minnhom hija meħtieġa t-tneħħija tal-kolonna vertebrali, għandhom jiżdiedu mad-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (CVED) imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004.”

    (iii)

    Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (*) li ġejja:

    “(*)

    It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-laħam jew il-laħam ikkapuljat huwa derivat minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”

    (b)

    Il-mudell ta' ċertifikat veterinarju OVI huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Fil-Parti II.1. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika, il-punt II.1.9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(1) jew

    [II.1.9

    fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

    (a)

    il-pajjiż jew ir-reġjun tad-dispaċċ huwa klassifkat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    (1) jew [(b)

    l-annimali li minnhom jittieħed il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma nqatlux wara sturdament, permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu b'laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]

    (1) jew [(b)

    l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat:

    (i)

    twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikati skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    (ii)

    nqatlu wara sturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess mod jew inqatlu b'laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]

    (c)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (*);

    (1) jew [(d)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat mhuwiex derivat minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta' annimali ovini jew kaprini;]

    (1) jew [(d)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat huwa derivat minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali ovini jew kaprini li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE u li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;]

    (1) [(e)

    (i)

    l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

    (ii)

    l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

    (iii)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat kien prodott u trattat b'tali mod li jiżgura li ma jkunx fih u ma ġiex kontaminat b'tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]]

    (1) jew

    [II.1.9.

    fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

    (a)

    il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

    (b)

    l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    (c)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhuwiex derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali ovini jew kaprini.]

    (1) jew

    [II.1.9.

    fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

    (a)

    il-pajjiż jew ir-reġjun ma ġiex klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE jew ġie klassifikat bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

    (b)

    l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

    (c)

    l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument intawwal forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    (d)

    il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhuwiex derivat minn:

    (i)

    materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

    (ii)

    tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

    (iii)

    laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam ta' annimali ovini jew kaprini.]”

    (ii)

    Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (*) li ġejja:

    “(*)

    It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-laħam jew il-laħam ikkapuljat huwa derivat minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”


    ANNESS II

    L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fil-Parti III, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet tal-ġelatina maħsuba għall-konsum uman, il-Mudell GEL, huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Parti II.1 Attestazzjoni tas-Saħħa Pubblika hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Jiena, hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55) u niċċertifika li l-ġelatina deskritta hawn fuq ġiet prodotta skont dawk ir-rekwiżiti, b'mod partikolari li:

    ġiet minn stabbiliment(i) li jimplimenta(w) programm imsejjes fuq il-prinċipji tal-Analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta' kontroll (HACCP) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

    ġiet prodotta minn materja prima li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kapitoli I u II tat-Taqsima XIV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    ġiet prodotta b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Taqsima XIV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    tissodisfa l-kriterji tal-Kapitolu IV tat-Taqsima XIV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1);

    u, jekk toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini,

    hija derivata minn annimali li għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;

    (1) u, minbarra għall-ġelatina derivata minn ġlud ħoxnin u ġlud oħra,

    (1) jew

    [ġiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju negliġibbli tal-BSE;

    il-ġelatina ma fihiex u mhijiex derivata minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1) (2);

    il-ġelatina ma fihiex u mhijiex derivata minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief għal ġelatina derivata minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE, li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;

    l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina ma nqatlux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu permezz ta' laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    (1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-annimali ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali];

    (1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-ġelatina ġiet prodotta u ġestita b'tali mod li jiżgura li ma kienx fihom u ma kinux kontaminati b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.]]

    jew

    [ġiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

    l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    il-ġelatina ma fihiex u mhijiex derivata minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]

    jew

    [din ġiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    il-ġelatina hija derivata kemm minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE, kif ukoll minn annimali li twieldu f'pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE, u li ma nqatlux wara l-isturdament permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    il-ġelatina ma fihiex u mhijiex derivata minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]

    jew

    [tkun ġiet minn pajjż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

    l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

    l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    il-ġelatina mhijiex derivata minn:

    (i)

    materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

    (ii)

    tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

    (iii)

    laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]”

    (b)

    Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (2) li ġejja:

    “(2)

    It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-ġelatina hija derivata minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”

    (2)

    Fil-Parti IV, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet tal-kollaġen maħsub għall-konsum uman, il-Mudell COL, huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Parti II.1 Attestazzjoni tas-Saħħa Pubblika hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Jiena, hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55) u niċċertifika li l-kollaġen deskritt hawn fuq kien prodott skont dawk ir-rekwiżiti, b'mod partikolari li:

    ġie minn stabbiliment(i) li jimplimenta(w) programm imsejjes fuq il-prinċipji tal-Analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta' kontroll (HACCP) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

    ġie prodott minn materja prima li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kapitoli I u II tat-Taqsima XV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    ġie prodott b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Taqsima XV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    jissodisfa l-kriterji tal-Kapitolu IV tat-Taqsima XV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1);

    (1) u, jekk joriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini,

    huwa derivat minn annimali li għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;

    (1) u, minbarra għall-kollaġen derivat minn ġlud ħoxnin u ġlud oħra,

    (1) jew

    [ġiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju negliġibbli tal-BSE;

    il-kollaġen ma fihx u mhuwiex derivat minn, materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1) (2);

    il-kollaġen ma fihx u mhuwiex derivat minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief jekk il-kollaġen huwa derivat minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE, li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;

    l-annimali li minnhom huwa derivat il-kollaġen ma nqatlux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu permezz ta' laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    (1) [l-annimali, li minnhom huwa derivat il-kollaġen, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-annimali ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE];

    (1) [l-annimali, li minnhom huwa derivat il-kollaġen, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-kollaġen ġie prodott u ġestit b'tali mod li jiżgura li ma kienx fih u ma kienx kontaminat b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.]]

    (1) jew

    [ġiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

    l-annimali, li minnhom huwa derivat il-kollaġen, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    il-kollaġen ma fihx u mhuwiex derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]

    (1) jew

    [tkun ġiet minn pajjż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

    l-annimali, li minnhom huwa derivat il-kollaġen, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

    l-annimali, li minnhom huwa derivat il-kollaġen, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    il-kollaġen mhuwiex derivat minn:

    (i)

    materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

    (ii)

    tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

    (iii)

    laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]”

    (b)

    Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (2) li ġejja:

    “(2)

    It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-kollaġen huwa derivat minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”

    (3)

    Fil-Parti V, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet ta' materja prima għall-produzzjoni ta' ġelatina/kollaġen maħsub għall-konsum uman, il-Mudell RCG, huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Parti II.1 Attestazzjoni tas-Saħħa Pubblika hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Jiena, hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55) u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206) u niċċertifika li l-materja prima deskritta hawn fuq tikkonforma ma' dawk ir-rekwiżiti, b'mod partikolari li:

    (1) [l-għadam, il-ġlud ħoxnin u l-ġlud ta' annimali domestiċi u ruminanti u mrobbija f'azjenda agrikola, tal-ħnieżer u tat-tjur u l-għeruq u l-ligamenti deskritti hawn fuq huwa derivati minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom instabu tajba għall-konsum uman wara spezzjoni ta' qabel u wara l-qatla,]

    u/jew

    (1) [il-ġlud ħoxnin, il-ġlud u l-għadam tal-kaċċa selvaġġa deskritti hawn fuq huma derivati minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom instabu tajba għall-konsum uman wara spezzjoni ta' qabel u wara l-qatla,]

    u/jew

    (1) [il-ġlud u l-għadam tal-ħut deskritti hawn fuq huma derivati minn impjanti li jimmanifatturaw il-prodotti tal-ħut għall-konsum uman awtorizzati għall-esportazzjoni,]

    (1) u, jekk jorġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini,

    dawn kienu derivati minn annimali li għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;

    (1) u, għajr għall-ġlud ħoxnin u l-ġlud tar-ruminanti,

    (1) jew

    [dawn ġew minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta'riskju negliġibbli tal-BSE;

    ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1) (6);

    ma fihomx u mhumiex derivati minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief jekk l-animali, li minnhom hija derivata l-materja prima twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;

    l-annimali li minnhom hija derivata l-materja prima, ma nqatlux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu permezz ta' laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    (1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-annimali ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali];

    (1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-materji primi ġew prodotti u trattati b'tali mod li jiġi żgurat li ma kienx fihom u ma kinux kontaminati b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.]]

    (1) jew

    [dawn ġew minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

    l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima li toriġina mill-annimali bovini, ovini u kaprini maħsuba għall-esportazzjoni, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħla fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    il-materja prima li toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihiex u mhijiex derivata minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini.]

    (1) jew

    [din ġejja minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

    l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

    l-annimali li minnhom hija derivata l-materja prima li toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    il-materja prima mhijiex derivata minn:

    (i)

    materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

    (ii)

    tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

    (iii)

    laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]”

    (b)

    Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (6) li ġejja:

    “(6)

    It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-materja prima hija derivata minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”

    (4)

    Fil-Parti VI, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet tal-materja prima trattata għall-produzzjoni ta' ġelatina/kollaġen maħsub għall-konsum uman, il-Mudell TCG, huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Parti II.1 Attestazzjoni tas-Saħħa Pubblika hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-materja prima trattata deskritta hawn fuq tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

    ġejja minn stabbilimenti taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u elenkati minnha

    u

    (1) [l-għadam, il-ġlud ħoxnin u l-ġlud ta' annimali domestiċi u ruminanti u mrobbija f'azjenda agrikola, tal-ħnieżer u tat-tjur deskritti hawn fuq ġejjin minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom instabu tajba għall-konsum uman wara spezzjoni ta' qabel u wara l-qatla,]

    (1) u/jew

    [il-ġlud ħoxnin, il-ġlud u l-għadam tal-kaċċa selvaġġa deskritti hawn fuq ġejjin minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom instabu tajba għall-konsum uman wara spezzjoni ta' qabel u wara l-qatla,]

    (1) u/jew

    [il-ġlud u l-għadam tal-ħut deskritti hawn fuq huma derivati minn impjanti li jimmanifatturaw il-prodotti tal-ħut għall-konsum uman awtorizzati għall-esportazzjoni,]

    u

    (1) jew

    [huma għadam imnixxef tal-ispeċijiet tal-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini, inklużi annimali mrobbija f'azjenda agrikola u annimali selvaġġi, tjur inklużi l-għasafar li ma jtirux u tal-kaċċa bir-rix għall-produzzjoni ta' kollaġen jew ġelatina, huma derivati minn annimali b'saħħithom imbiċċra f'biċċerija, u dawn ġew trattati kif ġej:

    (1) jew

    [ġew imfarrka f'biċċiet ta' madwar 15-il mm u x-xaħam tagħhom imneħħi permezz ta' ilma jaħraq f'temperatura minima ta' 70 °C għal mill-anqas 30 minuta, temperatura minima ta' 80 °C għal mill-anqas 15-il minuta, jew temperatura minima ta' 90 °C għal mill-anqas 10 minuti, u mbagħad separati u sussegwentement maħsula u mnixxfa għal mill-anqas 20 minuta f'kurrent ta' arja sħuna, b'temperatura minima inizjali ta' 350 °C, jew għal 15-il minuta f'kurrent ta' arja sħuna b'temperatura inizjali ta' iktar minn 700 °C.]

    (1) jew

    [imnixxfa fix-xemx għal perjodu minimu ta' 42 jum f'temperatura medja ta' mill-anqas 20 °C.]

    (1) jew

    [ġew trattati bl-aċidu b'tali mod li l-pH jinżamm anqas minn 6 sal-qalba għal mill-anqas siegħa qabel it-tnixxif.]]

    (1) jew

    [huma ġlud ħoxnin u ġlud oħra ta' annimali ruminanti mrobbija f'azjenda agrikola, ġlud tal-majjal, ġlud tat-tjur, jew ġlud ħoxnin u ġlud tal-kaċċa selvaġġa, huma derivati minn annimali b'saħħithom u huma:

    (1) jew

    [għaddew minn trattament tal-alkali biex jiżgura pH> 12 sal-qalba segwit minn tmelliħ għal mill-anqas sebat ijiem]

    (1) jew

    [tnixxfu għal ta' mill-anqas 42 jum f'temperatura ta' mill-anqas 20 °C.]

    (1) jew

    [għaddew minn trattament ta' aċidu li jipprovdi mill-anqas pH ta' anqas minn 5 sal-qalba għal mill-anqas siegħa.]

    (1) jew

    [għaddew minn trattament tal-alkali li jiżgura pH> 12 fil-qalba għal mill-anqas 8 sigħat.]]

    (1) jew

    [dawn huma għadam, ġlud ħoxnin u ġlud ta' annimali ruminanti mrobbija f'azjenda agrikola, ġlud tal-ħnieżer, ġlud tat-tjur, ġlud tal-ħut u ġlud ħoxnin u ġlud ta' bhejjem tal-kaċċa slavaġġ minn pajjiżi terzi, partijiet ta' pajjiżi terzi u territorji msemmija fil-Parti IV tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 13) li jkunu ġew trattati bi kwalunkwe mod differenti minn dawk elenkati hawn fuq, u li ġew minn stabbilimenti reġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004

    (1) u, jekk joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini,

    dawn huma derivati minn annimali li għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;

    (1) u, għajr għall-ġlud ħoxnin u l-ġlud tar-ruminanti,

    (1) jew

    [dawn ġew minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta'riskju negliġibbli tal-BSE;

    ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1) (4);

    ma fihomx u mhumiex derivati minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief jekk l-animali, li minnhom hija derivata l-materja prima ttrattata twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;

    l-annimali li minnhom hija derivati l-materja prima trattata, ma nqatlux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu permezz ta' laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    (1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima trattata, joriġinaw f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-annimali ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali];

    (1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima trattata, joriġinaw f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, il-prodotti ġew prodotti u trattati b'tali mod li jiżgura li ma kienx fihom u ma kinux kontaminati b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.]]

    (1) jew

    [dawn ġew minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

    l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima trattata li toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini maħsuba għall-esportazzjoni, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    il-materja prima trattata li toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihiex u mhijiex ġejja minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini;]

    (1) jew

    [din ġejja minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

    l-annimali li minnhom hija derivata l-materja prima ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

    l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima trattata li toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    il-materja prima trattata mhijiex derivata minn:

    (i)

    materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

    (ii)

    tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

    (iii)

    laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini.]]”

    (b)

    Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (4) li ġejja:

    “(4)

    It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-materja prima trattata hija derivata minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”


    ANNESS III

    Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012, il-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fil-Punt II.2. A tal-Parti II Informazzjoni tas-Saħħa, il-punt (E) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(E)

    Jekk fih materjal mill-annimali bovini, ovini jew kaprini, il-laħam frisk u/jew l-imsaren użati fit-tħejjija tal-prodotti tal-laħam u/jew l-imsaren trattati għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin skont il-kategorija tar-riskju tal-BSE tal-pajjiż tal-oriġini:

    (1) [(E.1)

    il-pajjiż jew ir-reġjun huwa kklassifkat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    1.

    l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;

    2.

    il-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

    3.

    il-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn laħam separat mekkanikament miksub mill-għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief għal prodotti mill-annimali bovini, ovini u kaprini li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;

    4.

    l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, ma nqatlux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu permezz ta' laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

    5.

    jekk l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, joriġinaw f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, dawn l-annimali ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, u l-prodotti ġew prodotti u trattati b'tali mod li jiżgura li ma kienx fiha u ma kinitx kontaminata b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.]

    (1) jew [(E2)

    għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

    1.

    l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, għaddew mill-ispezzjoni ta' qabel u ta' wara l-qtil u ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    2.

    il-prodotti li jorġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament li ġej mill-għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.

    (1) (4) 3.

    Fil-każ tal-imsaren li s-sors oriġinali tagħhom kien pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE, l-importazzjonijiet tal-imsaren trattati għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet:

    (a)

    il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

    (b)

    l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li jorġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, twieldu, dejjem trabbew u nqatlu fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-qtil;

    (1) (c)

    jekk l-intestini ġejjin minn pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet indiġeni ta' BSE:

    (i)

    l-annimali twieldu wara d-data li minnha ġiet infurzata l-projbizzjoni fuq l-alimentazzjoni tar-ruminanti bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti; jew inkella

    (ii)

    il-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.]

    (1) jew [(E.3)

    għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE:

    1.

    l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, ma ġewx mitmugħa dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-qtil;

    2.

    l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

    3.

    il-prodotti li ġejjin minn annimali bovini, ovini u kaprini mhumiex derivati minn:

    (a)

    materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

    (b)

    tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

    (c)

    laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.

    (1) (4) 4.

    Fil-każ tal-imsaren li s-sors oriġinali tagħhom kien pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE, l-importazzjonijiet tal-imsaren trattati għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet:

    (a)

    il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

    (b)

    l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li jorġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, twieldu, dejjem trabbew u nqatlu fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-qtil;

    (1) (c)

    jekk l-intestini ġejjin minn pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet indiġeni ta' BSE:

    (i)

    l-annimali twieldu wara d-data li minnha ġiet infurzata l-projbizzjoni fuq l-alimentazzjoni tar-ruminanti bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti; jew inkella

    (ii)

    il-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.]”

    (2)

    Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (11) li ġejja:

    “(11)

    It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhux meħtieġ jekk il-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini huma derivati minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”


    Top