This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1227
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1227 of 27 July 2016 amending Regulation (EEC) No 2568/91 on the characteristics of olive oil and olive-residue oil and on the relevant methods of analysis
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1227 tas-27 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1227 tas-27 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti
C/2016/4777
ĠU L 202, 28.7.2016, p. 7–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2104
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1227
tas-27 ta' Lulju 2016
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punt (d) tal-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 91 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) jiddefinixxi l-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u jistabbilixxi l-metodi tal-valutazzjoni ta' dawk il-karatteristiċi. Dawk il-metodi jiġu aġġornati abbażi tal-opinjoni ta' esperti tal-kimiċi u huma konformi mal-ħidma mwettqa mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (minn hawn 'il quddiem l-“IOC”). |
(2) |
Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-aktar standards internazzjonali riċenti li ġew stabbiliti mill-IOC, għandhom jiġu aġġornati l-metodu li bih tiġi determinata l-aċidità libera u l-metodu marbut mal-valutazzjoni organolettika taż-żjut taż-żebbuġa verġni stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2568/91. |
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fi Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness II jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness XII huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).
ANNESS I
“ANNESS II
DETERMINAZZJONI TAL-AĊIDI GRASSI LIBERI, METODU FIL-KIESAĦ
1. KAMP U QASAM TAL-APPLIKAZZJONI
Dan il-metodu jiddeskrivi d-determinazzjoni tal-aċidi grassi liberi fiż-żjut taż-żebbuġa u fiż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ. Il-kontenut tal-aċidi grassi liberi huwa espress bħala aċidità kkalkolata bħala l-persentaġġ ta' aċidu olejku.
2. PRINĊIPJU
Jiddewweb kampjun f'taħlita ta' solventi u l-aċidi grassi liberi preżenti jiġu ttitrati billi tintuża soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju jew tal-idrossidu tas-sodju.
3. REAĠENTI
Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' kwalità analitika magħrufa u l-ilma użat għandu jkun distillat jew ta' purità ekwivalenti.
3.1 Etere dietiliku; 95 % etanol (v/v), taħlita ta' partijiet ugwali bil-volum.
Innewtralizza preċiżament fil-mument tal-użu b'soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (3.2) billi żżid 0,3 ml ta' soluzzjoni ta' fenolftaleina (3.3) għal kull 100 ml ta' taħlita.
Nota 1: |
L-etere dietiliku jieħu n-nar malajr ħafna u jista' jifforma perossidi splussivi. Meta jintuża, wieħed irid joqgħod attent ħafna. |
Nota 2: |
Jekk ma jkunx possibbli li jintuża l-etere dietiliku, tista' tintuża taħlita ta' solventi bl-etanol u t-toluwen. Jekk meħtieġ, l-etanol jista' jiġi sostitwit bil-propanol-2. |
3.2 Soluzzjoni etanolika jew milwiema ttitrata tal-idrossidu tal-potassju jew tal-idrossidu tas-sodju, c(KOH) [jew c(NaOH)] madwar 0,1 mol/l jew, jekk meħtieġ, c(KOH) [jew c(NaOH)] madwar 0,5 mol/l. Huma disponibbli soluzzjonijiet kummerċjali.
Il-konċentrazzjoni eżatta tas-soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (jew tas-soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju) għandha tkun magħrufa u vverifikata immedjatamement qabel tintuża. Uża soluzzjoni li tkun ġiet ippreparata tal-inqas ħamest ijiem qabel l-użu u mferrgħa ġo flixkun kannella tal-ħġieġ b'tapp tal-gomma. Is-soluzzjoni għandha tkun mingħajr kulur jew lewn it-tiben.
Jekk meta tintuża s-soluzzjoni milwiema tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) tiġi osservata separazzjoni f'fażijiet, ibdel is-soluzzjoni milwiema b'soluzzjoni etanolika.
Nota 3: |
Soluzzjoni stabbli mingħajr kulur tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) tista' titħejja kif ġej. Għalli 1 000 ml ta' etanol jew ta' ilma flimkien ma' 8 g tal-idrossidu tal-potassju (jew ta' idrossidu tas-sodju) u 0,5 g ta' ċana tal-aluminju u kompli għalli bir-rifluss għal siegħa. Iddistilla minnufih. Dewweb il-kwantità meħtieġa tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) fid-distillat. Ħalli għal diversi jiem u ferra' l-likwidu supernatanti ċar mill-preċipitat tal-karbonat tal-potassju (jew tal-karbonat tas-sodju). |
Is-soluzzjoni tista' titħejja wkoll mingħajr distillazzjoni kif ġej: żid 4 ml ta' aluminju ta' butilat tal-aluminju ma' 1 000 ml ta' etanol u ħalli t-taħlita toqgħod għal diversi jiem. Ferra' l-likwidu supernatanti u dewweb il-kwantità meħtieġa tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju). Is-soluzzjoni hija lesta biex tintuża.
3.3 Soluzzjoni ta' 10 g/l ta' fenolftaleina f'bejn 95 % sa 96 % ta' etanol (v/v) jew blu alkalin 6B, jew soluzzjoni ta' 20 g/l ta' timolftaleina f'bejn 95 % sa 96 % ta' etanol (v/v). Fil-każ ta' żjut li għandhom kulur qawwi, għandu jintuża l-blu alkalin jew it-timolftaleina.
4. APPARAT
Tagħmir normali tal-laboratorju li jinkludi:
4.1 |
Miżien analitiku; |
4.2 |
flask koniku ta' 250 ml; |
4.3 |
buretta ta' 10 ml tal-klassi A, gradata f'0,05 ml, jew buretta awtomatika ekwivalenti. |
5. PROĊEDURA
5.1 Tħejjija tal-kampjun għat-test
Il-kampjun għandu jiġi ffiltrat hekk kif jidher imċajpar.
5.2 Porzjon tat-test
Ħu kampjun skont l-aċidità preżunta f'konformità mat-tabella li ġejja:
Aċidità mistennija Aċidità olejka (g/100 g) |
Massa tal-kampjun (g) |
Preċiżjoni tal-użin (g) |
0 sa 2 |
10 |
0,02 |
> 2 sa 7,5 |
2,5 |
0,01 |
> 7,5 |
0,5 |
0,001 |
Iżen il-kampjun fil-flask koniku (4.2).
5.3 Determinazzjoni
Dewweb il-kampjun (5.2) f'bejn 50 sa 100 ml tat-taħlita nnewtralizzata minn qabel tal-etere dietiliku u l-etanol (3.1).
Ittitra filwaqt li tħawwad ma' soluzzjoni ta' 0,1 mol/l tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) (3.2) (ara n-Nota 4) sakemm l-indikatur jinbidel (il-kulur tal-indikatur kulurit jippersisti għal tal-inqas għaxar minuti).
Nota 4: |
Jekk il-kwantità tas-soluzzjoni ta' 0,1 mol/l tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) meħtieġa taqbeż 10 ml, uża s-soluzzjoni ta' 0,5 mol/l jew ibdel il-massa tal-kampjun skont l-aċidu libera mistennija u t-tabella proposta. |
Nota 5: |
Jekk is-soluzzjoni ssir imċajpra matul it-titrazzjoni, żid biżżejjed solventi (3.1) biex tikseb soluzzjoni ċara. |
Wettaq it-tieni determinazzjoni biss jekk l-ewwel riżultat ikun ogħla mil-limitu speċifikat għall-kategorija taż-żejt.
6. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
L-aċidità bħala perċentwali ta' aċidu olejku bil-piż hija ugwali għal:
fejn:
V |
= |
il-volum tas-soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) titrata użata, f'millimetri; |
c |
= |
il-konċentrazzjoni eżatta f'moli għal kull litru tas-soluzzjoni ttitrata tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) użata; |
M |
= |
282 g/mol, il-piż molari fi grammi għal kull mol ta' aċidu olejku; |
m |
= |
il-massa tal-kampjun fi grammi. |
L-aċidità olejka hija rrappurtata kif ġej:
(a) |
sa żewġ punti deċimali għall-valuri minn 0 sa 1 (valur inkluż); |
(b) |
sa punt deċimali wieħed għall-valuri minn 1 sa 100 (valur inkluż).” |
ANNESS II
L-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt 3.3 jinbidel b'dan li ġej: “3.3. Terminoloġija fakultattiva għall-finijiet tat-tikkettar Fuq talba, il-kap tal-bord jista' jiċċertifika li ż-żjut li ġew ivvalutati huma konformi mad-definizzjonijiet u mal-gradi li jikkorrispondu biss mat-termini li ġejjin, skont l-intensità u l-perċezzjoni tal-attributi. Attributi pożittivi (togħma ta' frott, morr u punġenti): Skont l-intensità tal-perċezzjoni:
Lista ta' termini skont l-intensità tal-perċezzjoni:
|
(2) |
il-punt 9.1.1 jinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
Il-punt 9.4 jinbidel b'dan li ġej: “9.4. Il-klassifika taż-żejt Iż-żejt għandu jiġi kklassifikat kif ġej, skont il-valur medjan tad-difetti u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma tal-frott. Il-valur medjan tad-difetti huwa ddefinit bħala l-valur medjan tad-difett innutat bl-akbar intensità. Il-valur medjan tad-difetti u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma tal-frott jingħataw bħala numri b'ċifra waħda wara l-punt deċimali. Iż-żejt jiġi kklassifikat billi l-valur medjan tad-difetti u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma tal-frott jitqabblu mal-firxiet ta' valuri ta' referenza mogħtija hawn taħt. L-iżball tal-metodu tqies meta kienu qed jiġu stabbiliti l-limiti ta' dawn il-firxiet u allura dawn għandhom jitqiesu bħala assoluti. Il-pakketti ta' softwer tal-kompjuter jippermettu li l-klassifika tintwera fil-forma ta' tabella bid-dejta statistika jew fil-forma ta' graff.
|
(4) |
Jiżdied il-punt 9.5 li ġej: “9.5 Kriterji għall-aċċettazzjoni u r-rifjut ta' duplikati Għandu jintuża l-errur normalizzat, li huwa ddefinit hawn taħt, biex jiġi stabbilit jekk żewġ riżultati ta' analiżi duplikata jkunux omoġenji jew statistikament aċċettabbli:
Fejn Me1 u Me2 huma l-valuri medjani taż-żewġ duplikati (rispettivament l-ewwel u t-tieni analiżi) u U1 u U2 huma l-inċertezzi estiżi miksuba għal dawn iż-żewġ valuri, ikkalkolati hekk kif speċifikat fl-Appendiċi: U 1 = c × s* and Għall-inċertezza estiża, c = 1,96; għalhekk: U1 = 0,0196 × CVr × Me1 fejn CVr huwa l-koeffiċjent qawwi tal-varjazzjoni. Biex ikun iddikjarat li ż-żewġ valuri miksuba mhumiex statistikament differenti, En irid tkun ta' 1,0 jew inqas.” |