This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0966
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/966 of 16 June 2016 establishing the allocation coefficient to be applied to the quantities covered by the applications for import licences lodged from 1 to 7 June 2016 and determining the quantities to be added to the quantity fixed for the subperiod from 1 October to 31 December 2016 under the tariff quotas opened by Regulation (EC) No 1385/2007 in the poultrymeat sector
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/966 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 u li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/966 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 u li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
ĠU L 160, 17.6.2016, p. 84–86
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/84 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/966
tas-16 ta' Ġunju 2016
li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 u li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
(4) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 (f'%) |
Il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sat-31 ta' Diċembru 2016 (f'kg) |
09.4410 |
0,157481 |
— |
09.4411 |
0,15911 |
— |
09.4412 |
0,163721 |
— |
09.4420 |
0,164366 |
— |
09.4421 |
— |
420 000 |
09.4422 |
0,164366 |
— |