This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0442
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/442 of 23 March 2016 amending Implementing Regulation (EU) No 170/2013 laying down transitional measures in the sugar sector by reason of the accession of Croatia
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/442 tat-23 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/442 tat-23 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
C/2016/1619
ĠU L 78, 24.3.2016, pp. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/49 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/442
tat-23 ta' Marzu 2016
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 41 u 16 tiegħu b'mod konġunt mal-punt 4 tat-Taqsima 3(a) tal-Anness IV tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 (2) jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni. It-Taqsima 2 tal-Kapitolu II ta' dak ir-Regolament tittratta d-determinazzjoni u l-eliminazzjoni ta' kwantitajiet żejda ta' zokkor preżenti fil-Kroazja fid-data tal-adeżjoni tagħha. B'mod partikolari tistabbilixxi skadenzi għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, għall-eliminazzjoni tagħhom u għall-provi tal-eliminazzjoni li għandhom jingħataw mill-operaturi identifikati fil-Kroazja. Tiffissa wkoll perjodi ta' referenza li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-imposti għall-Kroazja jekk il-kwantitajiet żejda ta' zokkor ma jiġux eliminati. |
|
(2) |
Fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1345/2014 (3) ġew determinati l-kwantitajiet żejda ta' zokkor fil-Kroazja maħżuna qabel l-adeżjoni tagħha u li għandhom jiġu eliminati mis-suq tal-Unjoni a skapitu tal-Kroazja f'konformità mal-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1407 (4). |
|
(3) |
Fl-ittra tagħha tas-26 ta' Jannar 2016, il-Kroazja infurmat lill-Kummissjoni li, filwaqt li ma tqajjimx dubju dwar l-obbligu li tiżgura l-eliminazzjoni tal-kwantitajiet żejda taz-zokkor, kif determinati mill-Kummissjoni, id-diffikultajiet proċedurali mhux previsti fl-implimentazzjoni tal-obbligu li jesiġi li l-operaturi kkonċernati jeliminaw dawk il-kwantitajiet żejda li wasslu għall-estensjoni tal-iskadenzi biex jinqerdu ma setgħux jiġu solvuti kompletament u li huwa meħtieġ ftit żmien addizzjonali. Għalhekk jixraq li l-iskadenzi previsti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 jiġu estiżi b'erba' xhur. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 9(1), “il-31 ta' Marzu 2016” tinbidel u ssir “il-31 ta' Lulju 2016”; |
|
(2) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta' Frar 2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (ĠU L 55, 27.2.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1345/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, isoglukożju u fruttożju fil-Kroazja (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 80).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1407 tad-19 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (ĠU L 219, 20.8.2015, p. 1).