EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2324

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2324 tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar il-format tar-rapport tal-bidu previst tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

C/2016/8510

ĠU L 345, 20.12.2016, p. 129–130 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2324/oj

20.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/129


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2324

tad-19 ta' Diċembru 2016

dwar il-format tar-rapport tal-bidu previst tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jistabbilixxi rekwiżiti għall-kumpaniji tar-riċiklaġġ tal-bastimenti, għall-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti u għall-operaturi tal-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti fir-rigward tar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, l-operatur ta' faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandu jirrapporta lill-amministrazzjoni li l-faċilità tar-riċiklaġġ tal-bastimenti hija lesta minn kull aspett biex tibda r-riċiklaġġ tal-bastiment. Il-format tar-rapporti għandu jkun konsistenti mal-Appendiċi 6 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Riċiklaġġ ta' Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent adottata f'Ħong Kong fil-15 ta' Mejju 2009 (il-“Konvenzjoni ta' Ħong Kong”).

(3)

Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, “riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser attività ta' żarmar komplet jew parzjali ta' bastiment. Għalhekk, fil-każ ta' żarmar parzjali huwa meħtieġ rapport tal-bidu previst tar-riċiklaġġ tal-bastiment. Il-format tar-rapport tal-bidu previst tar-riċiklaġġ tal-bastiment jirreferi għal faċilità waħda ta' riċiklaġġ tal-bastimenti. F'każ li ż-żarmar ta' bastiment wieħed ikun qed iseħħ f'diversi faċilitajiet, jeħtieġ li kull faċilità involuta fil-proċess tħejji rapport separat dwar il-bidu previst tar-riċiklaġġ tal-bastiment.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rapporti dwar il-bidu previst tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġa skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għandhom jikkonformaw mal-format stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.


ANNESS

Image

Test ta 'immaġni

Top