EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1516

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1516 tal-10 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rata fissa għal operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej fis-settur tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni

ĠU L 239, 15.9.2015, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/1516/oj

15.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 239/65


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1516

tal-10 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rata fissa għal operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej fis-settur tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-dħul iġġenerat mill-operazzjonijiet irid jitqies meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni pubblika.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jipprovdi għall-applikazzjoni ta' perċentwali ta' dħul b'rata fissa għal operazzjonijiet fis-settur tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni mingħajr ma jiġi kkalkulat id-dħul nett skontat.

(3)

Abbażi ta' dejta storika ir-rata fissa għal dħul nett iġġenerat fis-settur tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għandha tkun stabbilita għal 20 % sabiex jiġi evitat il-finanzjament eċċessiv u d-distorsjoni tas-suq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rata fissa applikabbli għal operazzjonijiet fis-settur tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni sabiex jiġi ddeterminat id-dħul nett potenzjali ta' dawn l-operazzjonijiet minn qabel u biex jippermetti l-istabbiliment tan-nefqa eliġibbli tal-operazzjonijiet skont l-Artikolu 61(2) tar- Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' applikazzjoni tal-perċentwali ta' dħul nett imsemmija fl-Artikolu 61(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, hi stabbilita rata fissa ta' 20 % għall-operazzjonijiet fis-settur tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.


Top