This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0378
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/378 of 2 March 2015 laying down rules for the application of Regulation (EU) No 514/2014 of the European Parliament and of the Council with regard to the implementation of the annual clearance of accounts procedure and the implementation of the conformity clearance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 tat- 2 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni għall-ikklerjar tal-proċedura ta' kontijiet u fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ikklerjar tal-konformità
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 tat- 2 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni għall-ikklerjar tal-proċedura ta' kontijiet u fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ikklerjar tal-konformità
ĠU L 64, 7.3.2015, pp. 30–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
26/04/2017
|
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/378
tat-2 ta' Marzu 2015
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni għall-ikklerjar tal-proċedura ta' kontijiet u fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ikklerjar tal-konformità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 45(2) u 47(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-ikklerjar tal-kontijiet annwali għal kull programm nazzjonali u dwar l-ikklerjar tal-konformità. Għalhekk l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' dawk il-kompiti għandhom ikunu stabbiliti inkluż dwar l-iskambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li għandhom jiġu rispettati f'kull każ. |
|
(2) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u konsegwentement huma marbuta b'dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Mingħajr preġudizzju għall-Premessa 47 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, id-Danimarka mhix marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 jew b'dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat “għall-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna”. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni annwali tal-kontijiet
1. Il-Kummissjoni tevalwa l-eliġibbiltà ta' kull proġett irrapurtat fit-talba għall-pagament tal-bilanċ annwali irreferut fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/377 (2) f'rabta mal-oġġettivi tar-Regolamenti Speċifiċi ddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u dawk tal-programm nazzjonali approvati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
Meta tiddeċiedi dwar il-ħlas tal-bilanċ annwali, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra l-informazzjoni pprovduta:
|
(a) |
fir-rapport ta' implimentazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014; |
|
(b) |
it-talba għal ħlas tal-bilanċ annwali fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/377. |
2. Il-Kummissjoni għandha tirrilaxxa l-ammonti kollha ddikjarati fil-kontijiet fejn mhemmx dubju dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità fil-kontijiet sottomessi
3. Il-Kummissjoni tista' titlob aktar informazzjoni minħabba informazzjoni mhux kompluta jew mhux ċari, nuqqas ta' qbil, differenzi ta' interpretazzjoni jew inkonsistenzi oħra relatati ma' talba għall-ħlas.
4. L-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq talba mill-Kummissjoni, jipprovdi informazzjoni addizzjonali sad-data ta' skadenza stabbilita f'dik it-talba. F'każijiet ġustifikati, fuq talba mill-Istat Membru qabel ma tiskadi d-data tal-għeluq, il-Kummissjoni tista' taċċetta talba għal sottomissjoni tard tal-informazzjoni u tistabbilixxi data ta' skadenza ġdida.
Fejn l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali sal-iskadenza jew jekk it-tweġiba ma tkunx sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista' tipproċedi bid-deċiżjoni ta' ikklerjar abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha.
5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bid-deċiżjoni tagħha dwar il-ħlas tal-bilanċ annwali, inklużi r-raġunijiet għal kull kont jew ammont f'kontijiet mhux imħallsa.
Fejn il-kontijiet jew l-ammonti fil-kontijiet mhumiex imħallsa mill-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' jippreżenta informazzjoni addizzjonali għall-kontijiet jew għall-ammonti li għandhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid fi snin finanzjarji sussegwenti.
6. Fejn il-pagament komuni magħmul mill-Kummissjoni huwa inqas mill-ammont ta' prefinanzjament annwali mħallas lill-Istat Membru skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, l-ammont ta' prefinanzjament annwali jkun ikklerjat sal-limitu massimu tal-ammont korrispettiv. Kull ammont pendenti ta' prefinanzjament għandu jiġi rkuprat biss matul l-eżerċizzji ta' kklerjar annwali li ġejjin.
7. Biss jekk l-Istat Membru ma jagħmilx talba għall-pagament tal-bilanċ annwali skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, li l-pagament annwali pendenti ta' prefinanzjament ikun irkuprat fl-istess eżerċizzju ta' kklerjar.
8. Il-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal ammonti rkuprati.
Artikolu 2
Approvazzjoni tal-konformità u korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni
1. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li l-ispejjeż ma kinux konformi mar-regoli tal-Unjoni u mar-regoli nazzjonali, hija tinnotifika s-sejbiet tagħha lill-Istat Membru kkonċernat, billi tispeċifika l-miżuri korrettivi neċessarji sabiex tiġi żgurata konformità fil-futur u tindika l-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li hija tikkunsidra li jikkorispondu mas-sejbiet tagħha.
Din in-notifika ssir skont l-Artikolu 47(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.
2. L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien xahrejn minn meta jirċievi n-notifika. Fit-tweġiba tiegħu l-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità, b'mod partikolari, li:
|
(a) |
juri lill-Kummissjoni li l-proġett (i) huwa (huma) eliġibbli; |
|
(b) |
juri lill-Kummissjoni li l-livell ta' nuqqas ta' konformità jew ta' riskju għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-programm nazzjonali huwa inqas minn dak li kien ġie indikat mill-Kummissjoni; |
|
(c) |
jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri korrettivi li jkun ħa sabiex jiżgura l-konformità mar-regoli tal-Unjoni u bid-data effettiva tal-implimentazzjoni tagħhom; kif ukoll |
|
(d) |
tinforma lill-Kummissjoni jekk laqgħa bilaterali tkun ikkunsidrata utli. |
F'każijiet iġġustifikati, l-Kummissjoni, fuq talba raġunata tal-Istat Membru, tista' tawtorizza estensjoni tal-perjodu ta' xahrejn b'massimu ta' xahrejn. It-talba għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta' xahrejn.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru abbażi tal-informazzjoni riċevuta fil-qafas tal-proċedura ta' ikklerjar tal-konformità.
4. Wara li tkun ikkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn meħtieġ, deċiżjoni waħda jew iktar skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 sabiex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni infiq li jkun sar minħabba n-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista' taddotta proċeduri ta' kklerjar tal-konformità sakemm l-Istat Membru jimplimenta l-miżuri korrettivi.
Artikolu 3
Deċiżjoni biex ma tinbediex proċedura dwar l-ikklerjar tal-konformità
Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tibdix jew ma taddottax proċedura ta' kklerjar tal-konformità skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 fejn tistenna l-possibilità li l-korrezzjoni finanzjarja, għan-nuqqas ta' konformità identifikata ma taqbiżx il-EUR 50 000 u t-2 % tan-nefqa speċifika meqjusa bħala mhux konformi.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/377 tat-2 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi l-mudelli għad-dokumenti mitluba għall-pagament tal-bilanċ annwali skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdi dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fond tal-Asil, tal-Migrazzjoni u tal-Integrazzjoni u fuq l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għal kooperazzjoni tal-puliżija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-maniġġar ta' kriżijiet (Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)