This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1292
Council Decision (EU) 2015/1292 of 20 July 2015 on the conclusion, on behalf of the European Union and its Member States, of the Protocol to the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Serbia, of the other part, to take account of the accession of the Republic of Croatia to the European Union
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1292 tal-20 ta' Lulju 2015 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1292 tal-20 ta' Lulju 2015 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
ĠU L 199, 29.7.2015, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1292
tal-20 ta' Lulju 2015
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-punt (a)(i) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/517/UE (1), il-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2) (il-“Protokoll”), ġie ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
(2) |
Il-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
(3) |
Huwa xieraq li l-protokoll jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i li jkollhom is-setgħa, li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-istrument ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 13(2) tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/517/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 233, 6.8.2014, p. 1).