Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1030

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2014 tad- 29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 284, 30.9.2014, p. 14–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/06/2021; Imħassar b' 32021R1018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1030/oj

    30.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 284/14


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1030/2014

    tad-29 ta' Settembru 2014

    li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 441(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex jgħinu tiġi żgurata konsistenza globali fid-divulgazzjoni u t-trasparenza fil-proċess ta' identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs), dawn l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jiddivulgaw pubblikament il-valuri tal-indikaturi użati f'dak il-proċess.

    (2)

    Il-mudelli ta' divulgazzjoni użati minn istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs f'konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandhom iqisu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk maħruġa mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja.

    (3)

    Sabiex jiġu żgurati konsistenza u komparabilità tal-informazzjoni miġbura, id-data ta' referenza ta' rappurtar għandha tiġi stabbilita biex tikkoinċidi maċ-ċifri ta' tmiem is-sena ta' istituzzjoni finanzjarja tas-sena ta' qabel jew kwalunkwe data oħra miftiehma mal-awtorità rilevanti tagħha.

    (4)

    Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni divulgata, u filwaqt li ġie innutat li d-dejta mill-Istati Membri kollha hija meħtieġa biex jitwettaq il-proċess ta' identifikazzjoni, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha tiġbor l-informazzjoni ta' kull istituzzjoni u tippubblikaha fuq il-websajt tagħha.

    (5)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-ABE lill-Kummissjoni.

    (6)

    L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Format uniformi

    Il-G-SIIs jimlew il-mudell stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament f'format elettroniku kif ippubblikat fuq il-websajt tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). Bl-użu ta' dan il-mudell, Il-G-SIIs jiddivulgaw pubblikament il-valuri tal-indikaturi użati biex jiġi determinat il-punteġġ tal-istituzzjonijiet f'konformità mal-metodoloġija ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.

    Il-G-SIIs ma jkunux marbutin li jiddivulgaw pubblikament id-dejta anċillari u l-indikaturi anċillari.

    Artikolu 2

    Id-data tad-divulgazzjoni

    Il-G-SIIs jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni ta' tmiem is-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara kull tmiem is-sena finanzjarja.

    L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li tmiem is-sena finanzjarja tagħhom huwa t-30 ta' Ġunju li jirrappurtaw il-valuri tal-indikaturi bbażati fuq il-pożizzjoni tagħhom sal-31 ta' Diċembru. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni tiġi divulgata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju.

    Artikolu 3

    Il-post tad-divulgazzjoni

    L-istituzzjonijiet jistgħu pubblikament jiddivulgaw il-valuri tal-indikaturi speċifikati fil-mudell stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament bil-mezz li huma jiddeterminaw biex jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa mill-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 434 ta' dan ir-Regolament.

    Meta d-divulgazzjonijiet tal-valuri tal-indikaturi ma jkunux inklużi fil-mezz msemmi fl-ewwel paragrafu, il-G-SII tipprovdi referenza diretta għad-divulgazzjonijiet kompluti fuq il-websajt tal-istituzzjoni jew għall-mezz li bih dawn isiru disponibbli.

    Mingħajr dewmien żejjed, wara id-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni mill-G-SIIs, l-awtoritajiet rilevanti jibagħtu dawn il-mudelli kompluti lill-ABE għal finijiet ta' ċentralizzazzjoni fuq il-websajt tagħha.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


    ANNESS

    Dejta meħtieġa biex jiġu identifikati l-G-SIIs

    Dejta tal-Bank Ġenerali

    Taqsima 1: Informazzjoni Ġenerali

    Risposta

    a.

    Informazzjoni ġenerali pprovduta mis-superviżur nazzjonali:

     

    (1)

    Kodiċi tal-pajjiż

     

    (2)

    Isem tal-bank

     

    (3)

    Data tas-sottomissjoni (ssss-xx-jj)

     

    b.

    Informazzjoni Ġenerali pprovduta mill-istituzzjoni ta' rappurtar:

     

    (1)

    Data tar-rappurtar (ssss-xx-jj)

     

    (2)

    Munita tar-rappurtar

     

    (3)

    Rata ta' konverżjoni tal-euro

     

    (4)

    Unità tar-rappurtar

     

    (5)

    Standard tal-kontabilità

     

    (6)

    Post tad-divulgazzjoni pubblika

     

    Indikatur tad-Daqs

    Taqsima 2: Skoperturi Totali

    Ammont

    a.

    Skopertura tal-kontroparti ta' kuntratti derivattivi (metodu 1)

     

    b.

    Valur gross ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFTs)

     

    c.

    Skopertura tal-kontroparti tal-SFTs

     

    d.

    Assi oħrajn

     

    (1)

    Titoli riċevuti f'SFTs li huma rikonoxxuti bħala assi

     

    e.

    Entrati fil-karta bilanċjali totali (is-somma tal-entrati 2.a, 2.b, 2.c u 2.d, b'2.d. imnaqqsa (1))

     

    f.

    Skopertura futura potenzjali ta' kuntratti tad-derivattivi (metodu 1)

     

    g.

    Ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 0 %

     

    (1)

    Impenji tal-karti tal-kreditu kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet

     

    (2)

    Impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet oħra

     

    h.

    Ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 20 %

     

    i.

    Ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 50 %

     

    j.

    Ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 100 %

     

    k.

    Entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali totali (is-somma tal-entrati 2.f, 2.g, u 2.h sa 2.j, b'0,9 darbiet is-somma tal-entrati 2.g.(1) u 2.g.(2) imnaqqas)

     

    I.

    Entitajiet ikkonsolidati għall-finijiet ta' kontabilità iżda mhux għal skopijiet regolatorji bbażatii fuq ir-riskju:

     

    (1)

    Assi fil-karta bilanċjali

     

    (2)

    Skopertura futura potenzjali ta' kuntratti derivattivi

     

    (3)

    Impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet

     

    (4)

    Impenji li mhumiex fuq il-karta bilanċjali oħra

     

    (5)

    Valur tal-investiment fl-entitajiet ikkonsolidati

     

    m.

    Aġġustamenti regolatorji

     

    n.

    Dejta anċillari:

     

    (1)

    Riċevibbli għal kollateral fi flus imqiegħda fi tranżazzjonijiet derivattivi

     

    (2)

    Ammont nozzjonali nett ta' derivattivi ta' kreditu

     

    (3)

    Ammont nozzjonali nett ta' derivattivi ta' kreditu għall-entitajiet fl-entrata 2.l.

     

    (4)

    Skoperturi li huma jew li mhumiex fil-karta bilanċjali bejn l-entitajiet inklużi fl-entrata 2.l.

     

    (5)

    Skoperturi li huma jew li mhumiex fil-karta bilanċjali tal-entitajiet inklużi fl-entrata 2.l. lil entitajiet ikkonsolidati għal finijiet regolatorji bbażati fuq ir-riskju

     

    (6)

    Skoperturi li huma jew li mhumiex fil-karta bilanċjali ta' entitajiet kkonsolidati għal finijiet regolatorji bbażati fuq ir-riskju għal entitajiet inklużi fil-punt 2.l.

     

    (7)

    Skoperturi totali għall-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ (definizzjoni ta' Jannar 2014)

     

    o.

    Indikatur ta' skoperturi totali (is-somma tal-entrati 2.e, 2.k, 2.l.(1), 2.l.(2), 0,1 immultiplikata b'2.l.(3), 2.l.(4), bis-somma tal-entrati 2.l.(5) u 2.m imnaqqsa)

     

    Indikaturi ta' Interkonnettività

    Taqsima 3: Assi Intra Sistema Finanzjarja

    Ammont

    a.

    Fondi ddepożitati ma' jew mislufin lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra

     

    (1)

    Ċertifikati ta' depożitu

     

    b.

    Linji impenjati mhux prelevati estiżi għal istituzzjonijiet finanzjarji oħra

     

    c.

    Parteċipazzjonijiet ta' titoli maħruġa minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra:

     

    (1)

    Titoli ta' dejn garantiti

     

    (2)

    Titoli ta' dejn mhux garantiti superjuri

     

    (3)

    Titoli ta' dejn subordinati

     

    (4)

    Karta kummerċjali

     

    (5)

    Stokk (inklużi l-pari u s-surplus ta' ishma komuni u ppreferuti)

     

    (6)

    Tpaċija ta' pożizzjonijiet qosra fir-rigward ta' parteċipazzjonijiet tal-istokk speċifiċi inklużi fl-entrata 3.c.(5)

     

    d.

    Skopertura attwali pożittiva netta ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra

     

    e.

    Derivattivi barra l-borża (OTC) ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom valur ġust pożittiv nett:

     

    (1)

    Valur ġust pożittiv nett (inkluż kollateral miżmum jekk ikun fi ħdan il-ftehim prinċipali ta' netting)

     

    (2)

    Skopertura futura potenzjali

     

    f.

    Indikatur tal-assi tas-sistema intra finanzjarja (is-somma tal-entrati 3.a, 3.b sa 3.c. (5), 3.d, 3.e. (1), u 3.e.(2), bi 3.c. (6) imnaqqsa)

     


    Taqsima 4: Obbligazzjonijiet Intra Sistema Finanzjarja

    Ammont

    a.

    Depożiti minħabba istituzzjonijiet depożitarji

     

    b.

    Depożiti minħabba istituzzjonijiet finanzjarji mhux depożitarji

     

    c.

    Linji impenjati mhux prelevati miksuba minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra

     

    d.

    Skopertura attwali negattiva netta ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra

     

    e.

    Derivattivi OTC ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom valur ġust negattiv nett:

     

    (1)

    Valur ġust negattiv nett (inkluż kollateral provdut jekk ikun fi ħdan il-ftehim prinċipali ta' netting)

     

    (2)

    Skopertura futura potenzjali

     

    f.

    Dejta anċillari:

     

    (1)

    Fondi mislufin minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra

     

    (2)

    Ċertifikati ta' depożitu inklużi fl-entrati 4.a u 4.b

     

    g.

    Indikatur ta' obbligazzjonijiet tas-sistema intra finanzjarja (is-somma tal-entrati 4.a sa 4.e (2))

     


    Taqsima 5: Titoli Pendenti

    Ammont

    a.

    Titoli ta' dejn garantiti

     

    b.

    Titoli ta' dejn mhux garantiti superjuri

     

    c.

    Titoli ta' dejn subordinati

     

    d.

    Karta kummerċjali

     

    e.

    Ċertifikati ta' depożitu

     

    f.

    Ekwità komuni

     

    g.

    Ishma ppreferuti u kwalunkwe forom oħra ta' finanzjament subordinat mhux inklużi fl-entrata 5.c.

     

    h.

    Dejta anċillari:

     

    (1)

    Valur kontabilistiku ta' ekwitajiet li għalihom mhux disponibbli prezz tas-suq

     

    i.

    Indikatur ta' titoli pendenti (is-somma tal-entrati 5.a sa 5.g)

     

    Indikaturi tas-Sostitwibbiltà/tal-Infrastruttura tal-Istituzzjoni Finanzjarja

    Taqsima 6: Pagamenti magħmula fis-sena rrappurtata (pagamenti intragrupp esklużi)

    Irrappurtati fi

    Ammont fil-munita speċifikata

    Ammont

    a.

    Dollaru Awstraljan

    AUD

     

     

    b.

    Real Brażiljan

    BRL

     

     

    c.

    Dollaru Kanadiż

    CAD

     

     

    d.

    Frank Svizzeru

    CHF

     

     

    e.

    Renminbi Yuan

    CNY

     

     

    f.

    Euro

    EUR

     

     

    g.

    Lira Sterlina

    GBP

     

     

    h.

    Dollaru ta' Ħong Kong

    HKD

     

     

    i.

    Rupi Indjan

    INR

     

     

    j.

    Jen

    JPY

     

     

    k.

    Krone Svediż

    SEK

     

     

    l.

    Dollaru Amerikan

    USD

     

     

    m.

    Dejta anċillari:

    (1)

    Peso Messikan

    MXN

     

     

    (2)

    Dollaru tan-New Zealand

    NZD

     

     

    (3)

    Rublu Russu

    RUB

     

     

    n.

    Indikatur tal-attività tal-pagamenti (is-somma tal-entrati 6.a sa 6.l)

     


    Taqsima 7: Assi Taħt Kustodja

    Ammont

    a.

    Indikatur tal-assi taħt kustodja

     


    Taqsima 8: Tranżazzjonijiet Sottoskritti fi Swieq tad-Dejn u tal-Ekwita

    Ammont

    a.

    Attività ta' sottoskrizzjoni tal-ekwità

     

    b.

    Attività ta' sottoskrizzjoni tad-dejn

     

    c.

    Indikatur tal-attività tal-pagamenti (is-somma tal-entrati 8.a sa 8.b)

     

    Indikaturi tal-Kumplessità

    Taqsima 9: Ammont Nozzjonali ta' Derivattivi Barra l-Borża (OTC)

    Ammont

    a.

    Derivattivi OTC ikklerjati permezz ta' kontroparti ċentrali

     

    b.

    Derivattivi OTC miftiehma b'mod bilaterali

     

    c.

    Indikatur tad-derivattivi OTC (is-somma tal-entrati 9.a u 9.b)

     


    Taqsima 10: Titoli għan-Negozjar u Disponibbli għall-Bejgħ

    Ammont

    a.

    Titoli miżmuma għan-negozjar (HFT)

     

    b.

    Titoli disponibbli għall-bejgħ (AFS)

     

    c.

    Titoli għan-negozjar u tal-AFS li jissodisfaw id-definizzjoni tal-assi tal-ewwel livell

     

    d.

    Titoli għan-negozjar u tal-AFS li jissodisfaw id-definizzjoni tal-assi tat-tieni livell, b'haircuts

     

    e.

    Dejta anċillari:

     

    (1)

    Titoli miżmuma sal-maturità

     

    f.

    Indikaturi tan-negozjar u tal-AFS (is-somma tal-entrati 10.a u 10.b, bis-somma ta' 10.c u 10.d imnaqqsa)

     


    Taqsima 11: Assi tat-tielet livell

    Ammont

    a.

    Indikatur tal-assi tat-tielet livell

     

    Indikaturi tal-Attività Transġuriżdizzjonali

    Taqsima 12: Pretensjonijiet transġuriżdizzjonali

    Ammont

    a.

    Pretensjonijiet barranin fuq bażi tar-riskju finali (attività tad-derivattivi eskluża)

     

    b.

    Dejta anċillari:

     

    (1)

    Pretensjonijiet derivattivi barranin abbażi tar-riskju finali

     

    c.

    Indikatur tal-pretensjonijiet transġuriżdizzjonali (entrata 12.a)

     


    Taqsima 13: Obbligazzjonijiet Transġuriżdizzjonali

    Ammont

    a.

    Obbligazzjonijiet barranin (derivattivi u obbligazzjonijiet lokali fil-munita lokali esklużi)

     

    (1)

    Kwalunkwe obbligazzjonijiet barranin lil uffiċċji relatati inklużi fl-entrata 13.a.

     

    b.

    Obbligazzjonijiet lokali fil-munita lokali (attività tad-derivattivi eskluża)

     

    c.

    Dejta anċillari:

     

    (1)

    Obbligazzjonijiet derivattivi barranin abbażi tar-riskju finali

     

    d.

    Indikatur tal-obbligazzjonijiet transġuriżdizzjonali (is-somma tal-entrati 13.a u 13.b, b'13.a. (1) imnaqqsa)

     

    Indikaturi Addizzjonali

    Taqsima 14: Indikaturi Anċillari

    Ammont

    a.

    Obbligazzjonijiet totali

     

    b.

    Finanzjament għall-konsumatur

     

    c.

    Proporzjon ta' dipendenza tal-finanzjament tal-operaturi (id-differenza bejn l-entrati 14.a u 14.b, diviża b'14.a)

     

    d.

    Dħul nett barrani

     

    e.

    Dħul nett totali

     

    f.

    Dħul gross totali

     

    g.

    Valur gross ta' flus mislufa u valur ġust gross ta' titoli mislufa f'SFTs

     

    h.

    Valur gross ta' flus mislufa u valur ġust gross ta' titoli mislufa f'SFTs

     

    i.

    Valur ġust pożittiv gross ta' tranżazzjonijiet derivattivi barra l-borża (OTC)

     

    j.

    Valur ġust negattiv gross ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC

     

     

    Ammont f'unitajiet uniċi

    k.

    Numru ta' ġuriżdizzjonijiet

     


    Top