Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0360

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2014 tad- 9 ta' April 2014 li jimponi dazju ta' antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

    ĠU L 107, 10.4.2014, p. 13–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/360/oj

    10.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 107/13


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 360/2014

    tad-9 ta' April 2014

    li jimponi dazju ta' antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari 11(2), (5) u (6) tiegħu,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    1.   Il-miżuri fis-seħħ

    (1)

    Il-Kunsill, wara investigazzjoni ta' anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), permezz tar-Regolament (KE) Nru 172/2008 (2), impona dazju ta' antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ferrosiliċju (“FeSi”) li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90 li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”), l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (“il-miżuri anti-dumping definittivi”).

    (2)

    Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju ad valorem stabbilit fi 31,2 % tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, bl-eċċezzjoni ta' Erdos Xijin Kuangye Co. (15,6 %) u Lanzhou Good Land Ferroalloy Factory Co., (29,0 %), fi 18 % fuq l-importazzjonijiet mill-Eġittu, bl-eċċezzjoni ta' The Egyptian Ferroalloys Co. (15,4 %), fi 33,9 % fuq l-importazzjonijiet mill-Kazakstan, f'5,4 % fuq l-importazzjonijiet minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u fi 22,7 % fuq l-importazzjonijiet mir-Russja, bl-eċċezzjoni ta' Bratsk Ferroalloy Plant (17,8 %).

    (3)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1297/2009 (3) ħassar id-dazju ta' anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 172/2008 fuq importazzjonijiet ta' FeSi li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja.

    (4)

    Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal rieżami interim parzjali (“ir-rieżami interim”) skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ippreżentata minn produttur esportatur mir-Russja, Joint Stock Company Chelyabinsk Electrometallurgical Integrated Plant u l-kumpanija relatata tiegħu Joint Stock Company Kuznetsk Ferroalloy Works (minn hawn 'il quddiem imsejħa konġuntement bħala “il-grupp Russu”). Il-Kunsill, bir-Regolament (UE) Nru 60/2012 (4) temm ir-rieżami interim parzjali fuq il-bażi ta' evidenza insuffiċjenti ta' natura dejjiema ta' ċirkostanzi mibdula. B'mod partikolari, il-grupp Russu ma weriex li l-imġiba tal-ipprezzar tiegħu kienet ta' natura dejjiema. Għalhekk, il-marġni ta' dumping stabbilit għall-grupp Russu fl-investigazzjoni oriġinali ma kienx emendat. L-offerta ta' impenn magħmula mill-grupp Russu ġiet miċħuda għall-istess raġunijiet.

    2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

    (5)

    Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza imminenti (5) tal-miżuri tal-antidumping definittivi fis-seħħ, fit-28 ta' Novembru 2012 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet minn Euroalliages (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' FeSi.

    (6)

    It-talba kienet tikkonċerna dawn iż-żewġ pajjiżi li ġejjin: ir-RPĊ u r-Russja.

    (7)

    It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

    3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

    (8)

    Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni fit-28 ta' Frar 2013 ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (“l-avviż ta' bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    4.   Investigazzjoni

    4.1.   Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

    (9)

    L-investigazzjoni ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2012 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-ħsara kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2012 (“il-perjodu kkonċernat”).

    4.2.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

    (10)

    Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, lill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-importaturi mhux relatati, lill-utenti li hu magħruf li huma mħassbin, u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, dwar it-tnedija tar-rieżami ta' skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità sabiex jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

    (11)

    Il-partijiet kollha interessati, li talbu smigħ u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ingħataw possibbiltà ta' smigħ.

    (12)

    Fid-dawl tan-numru apparentament kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ u importaturi mhux relatati fl-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, ġie ppjanat it-teħid ta' kampjuni fin-notifika ta' bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk hux meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u, jekk ikun, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq kienu mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami u li jipprovdu t-tagħrif mitlub fin-notifika ta' bidu lill-Kummissjoni.

    (13)

    Minħabba li kien biss produttur esportatur wieħed fir-RPĊ li pprovda l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta' bidu u esprima r-rieda tiegħu li jikkoopera mal-Kummissjoni, ġie deċiż li t-teħid ta' kampjuni ma jiġix applikat fil-każ tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Wara li rċieva l-kwestjonarju, il-produttur esportatur iddeċieda li ma jikkooperax aktar. Għalhekk, huwa meqjus li l-ebda produttur esportatur fir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni.

    (14)

    Rigward ir-Russja, il-produtturi Russi magħrufa kollha ġew mistiedna jikkooperaw fl-investigazzjoni, jiġifieri Bratsk Ferroalloys, Serov Ferroalloy Plant, NLMK u l-grupp Russu. Grupp Russu wieħed biss ikkoopera mal-Kummissjoni fl-investigazzjoni ta' rieżami attwali.

    (15)

    Fir-rigward tal-importaturi mhux relatati, ma waslet l-ebda risposta għall-kwestjonarju. Għalhekk, huwa meqjus li l-ebda importatur mhux relatat fl-Unjoni ma kkoopera fl-investigazzjoni.

    (16)

    Tweġibiet għall-kwestjonarji waslu minn sitta mis-seba' produtturi ta' FeSi tal-Unjoni magħrufa. Minħabba n-numru relattivament limitat ta' produtturi tal-Unjoni, it-teħid ta' kampjuni ma kienx previst fl-investigazzjoni tar-rieżami.

    (17)

    Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

    (a)

    Produtturi tal-Unjoni:

     

    FERROATLANTICA Group:

     

    Ferroatlantica S.L. — Madrid, Spanja

     

    Ferropem — Chambery, Franza

     

    HUTA LAZISKA S.A. — Laziska Gorne, il-Polonja

     

    OFZ a.s. — Istebne, is-Slovakkja

     

    TDR LEGURE d.o.o. — Ruse, is-Slovenja

     

    VARGON ALLOYS A.B. — Vargon, l-Isvezja

    (b)

    Utenti tal-Unjoni:

     

    Aperam SA — Il-Lussemburgu

     

    Ugitech — Ugine, Franza

    (c)

    Il-produttur esportatur fir-Russja:

     

    Il-grupp Russu:

     

    JSC Chelyabinsk Electrometallurgical Integrated Plant (“JSC CHEMK”) — Chelyabinsk, ir-Russja

     

    JSC Kuznetsk Ferroalloy Works (“JSC KF”) — Novokuznetsk, ir-Russja

     

    RFA International LP (“RFAI”) — Mishawaka, l-Istati Uniti

    (d)

    Il-produtturi fil-pajjiż analogu

     

    Elkem AS, Oslo, in-Norveġja

     

    FESIL Rana Metall AS, Trondheim, in-Norveġja

     

    Finnfjord AS, Finnsnes, in-Norveġja.

    B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    1.   Il-prodott ikkonċernat

    (18)

    Il-prodott ikkonċernat huwa ferrosiliċju li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90, li joriġina mir-RPĊ u r-Russja.

    (19)

    Il-produzzjoni ta' FeSi ssir fi fran b'ark elettriku permezz tat-tnaqqis tal-kwartz billi jintużaw prodotti li jifilħu għall-karbonju. Dan il-proċess huwa intensiv fl-enerġija. FeSi jinbiegħ fil-forma ta' biċċiet, frak jew trab u jeżisti fi kwalitajiet varji, skont is-siliċju u l-kontenut ta' impurità (eż. aluminju). FeSi b'kontenut ta' siliċju ta' 70 % u ogħla huwa meqjus bħala prodott ta' purità għolja. B'kontenut ta' siliċju ta' aktar minn 55 % u inqas minn 70 %, huwa prodott b'purità medja, u b'kontenut ta' siliċju ta' inqas minn 55 % huwa prodott ta' purità baxxa. Il-prodott ikkonċernat huwa essenzjalment użat bħala deossidifikant u bħala komponent għall-ħadid fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar.

    2.   Prodott simili

    (20)

    Il-FeSi prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-FeSi prodott u mibjugħ fin-Norveġja (“il-pajjiż analogu”) peress li r-RPĊ huwa pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq u ma ġiex investigat matul din l-investigazzjoni, u fir-Russja nstab li kellhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-istess użi bażiċi bħal FeSi prodott fir-RPĊ u fir-Russja u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għalhekk huma meqjusa simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

    (21)

    Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tkunx iktar probabbli li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping miż-żewġ pajjiżi kkonċernati.

    Importazzjonijiet mir-RPĊ

    1.   Kummenti preliminari

    (22)

    Kif iddikjarat fil-premessa (13) hawn fuq, l-ebda produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkooperaw fl-investigazzjoni. B'hekk, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-analiżi globali, inkluż il-kalkolu tad-dumping, huwa bbażat fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    (23)

    Għalhekk, il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping ġiet ivvalutata bl-użu tat-talba għal rieżami tal-iskadenza, flimkien ma' sorsi oħra ta' informazzjoni, bħalma huma l-istatistiċi tal-kummerċ dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (il-Eurostat u d-dejta tal-esportazzjoni Ċiniża) u informazzjoni oħra disponibbli pubblikament.

    (24)

    In-nuqqas ta' kooperazzjoni affettwat il-paragun tal-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni ta' tipi differenti tal-prodott. Kif spjegat fil-premessa (30) hawn taħt, ġie meqjus xieraq li jiġi stabbilit kemm il-valur normali u kemm il-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi globali, jiġifieri bbażati fuq prodott wieħed uniku, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    (25)

    Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, l-istess metodoloġija bħal dik użata sabiex jiġi stabbilit d-dumping fl-investigazzjoni oriġinali kienet segwita kull meta nstab li ma nbidlux iċ-ċirkostanzi.

    2.   Id-dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR

    2.1.   Id-determinazzjoni tal-Valur Normali

    (26)

    Fin-notifika ta' bidu, il-Kummissjoni stiednet il-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw dwar il-proposta tagħha li tuża lin-Norveġja bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għall-iskop li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-RPĊ. In-Norveġja ntużat bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Fin-nuqqas ta' kummenti minn kwalunkwe parti dwar dan l-aspett, ġie konkluż li n-Norveġja għandha tkun magħżula għal darba oħra bħala l-pajjiż analogu biex jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

    (27)

    Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti magħmul minn produtturi li kkooperaw fin-Norveġja kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali mir-RPĊ għall-Unjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta' tali bejgħ domestiku kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, instab li l-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu kien rappreżentattiv.

    (28)

    Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala magħmul fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgћ domestiku lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku li kellu qligħ matul il-PIR.

    (29)

    Għalhekk, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, li ġie kkalkulat bħala prezz b'medja peżata tal-bejgħ domestiku bi qligħ li sar matul il-PIR.

    2.2.   Id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni

    (30)

    Kif iddikjarat fil-premessa (24) hawn fuq, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    (31)

    Il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu l-ewwel estratti minn bażi tad-dejta ta' importazzjoni tal-Eurostat għat-tliet kodiċijiet tal-NM elenkati fil-premessa (18) hawn fuq, jiġifieri mad-distinzjoni tal-kwalità. Minħabba li kien meqjus xieraq li jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi medja, id-dejta estratta għall-kodiċijiet NM 7202 29 10 u 7202291090 ġiet aġġustata għall-kontenut ta' siliċju tal-kodiċi NM 7202 21 00. Dan il-metodu huwa dak propost fit-talba għal rieżami biex jiġi stmat il-volum totali ta' importazzjonijiet fuq il-bażi tal-kwalità FeSi75. Il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjoni ta' dawn it-tliet kodiċijiet NM kienu aggregati u peżati biex jirriflettu medja waħda.

    (32)

    Fl-aħħar nett, dan il-prezz tal-importazzjoni medju fil-livell CIF kien aġġustat billi tnaqqsu b'mod partikolari l-ispejjeż tat-trasport biex wieħed jasal għall-valur tal-fabbrika. Il-prezz tal-bejgħ kien għaldaqstant stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-prezz imħallas jew li jrid jitħallas skont kif irrappurtat fl-istatistiċi tal-importazzjoni tal-Eurostat.

    2.3.   Paragun u aġġustamenti

    (33)

    Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust, tqiesu wkoll id-differenzi li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, saru aġġustamenti biex jirriflettu t-taxxi tal-esportazzjoni doganali, fuq il-bażi tad-dejta msemmija fit-talba għar-rieżami minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

    2.4.   Dumping matul il-PIR

    (34)

    Fuq il-bażi ta' dan t'hawn fuq, il-marġni ta' dumping espress bħala perċentwali tal-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, instab li kien 165 %.

    (35)

    Madankollu, ta' min jinnota li l-volum tal-importazzjoni totali tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni naqas drastikament wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali u li marġni ta' dumping imsemmi hawn fuq kien stabbilit fuq il-bażi ta' volum limitat ta' importazzjonijiet (jiġifieri inqas minn 2 500 tunnellata matul il-PIR).

    (36)

    Għalhekk, għall-kompletezza tal-analiżi, ġiet eżaminata wkoll l-imġiba fl-ipprezzar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-aktar tliet swieq importanti li mhumiex fl-Unjoni, jiġifieri l-Ġappun, il-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”).

    (37)

    Għal dak l-għan, iċ-ċifri ta' esportazzjoni Ċiniżi ntużaw sabiex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Ġappun, il-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti. Il-paragun mal-valur normali stabbilit hawn fuq wera wkoll l-eżistenza ta' dumping, li jvarja bejn 86 % u 92 %, skont il-pajjiż tad-destinazzjoni.

    3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu revokati l-miżuri

    3.1.   Kapaċità tal-produttività fir-RPĊ

    (38)

    Ir-RPĊ hija bil-bosta l-akbar pajjiż produttur tal-FeSi fid-dinja. Il-kapaċità tal-produzzjoni kienet stmata li tkun ta' 10 sa 11-il miljun tunnellata fis-sena matul il-PIR. Għalhekk, l-industrija tar-RPĊ ħadmet f'madwar 50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħha. Dan ifisser li bħalissa hemm kapaċità żejda ta' madwar 5,5 miljun tunnellata fis-sena u li tirrappreżenta kważi seba' darbiet il-konsum totali tal-Unjoni. Minkejja din il-kapaċità żejda attwali u fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, jidher li l-kapaċità fir-RPĊ għadha tespandi hekk kif bħalissa qed jinbnew fran ikbar u aktar effiċjenti.

    (39)

    Ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-livell ta' konsum fis-suq domestiku Ċiniż jew fis-swieq ta' pajjiżi terzi jiżdied b'mod sinifikanti u b'hekk jassorbi ż-żieda fil-produzzjoni jekk tiġi użata l-kapaċità żejda tal-produtturi Ċiniżi.

    3.2.   Attrattività tas-suq tal-Unjoni

    (40)

    Wara l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi fi Frar 2008, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu b'mod stabbli u saru marġinali, tant li kienu jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR. Wara quċċata ta' importazzjonijiet ta' madwar 330 400 tunnellata fl-2007, l-importazzjonijiet naqsu għal inqas minn 2 500 tunnellata fl-2012. Madankollu, is-suq tal-UE għal FeSi jibqa' attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi, ibbażat fuq il-livelli ta' prezzijiet osservati.

    (41)

    Kif imsemmi hawn fuq, hemm kapaċità żejda fil-produzzjoni importanti fir-RPĊ li tissuġġerixxi inċentiv qawwi biex jinstabu swieq alternattivi biex jassorbu dan l-eċċess ta' kapaċità tal-produzzjoni. Madankollu, minħabba diversi restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni imposti mill-gvern Ċiniż (jiġifieri dazju tal-esportazzjoni ta' 25 %, 17 % VAT mhux rimborsabbli u liċenzji ta' esportazzjoni), b'mod globali l-esportazzjonijiet Ċiniżi naqsu minn quċċata ta' 1,5 miljun fl-2007 sa 0,4 miljun tunnellata biss fl-2009. Madankollu, mill-2010, kienet osservata qabża fl-esportazzjonijiet globali u l-volum tal-esportazzjonijiet żdied għal 0,8 miljun tunnellata u kien stmat għal 0,7 miljun tunnellata fl-2013. L-iktar ċifri riċenti jindikaw livell sostnut ta' esportazzjonijiet, li l-volum tagħhom huwa ogħla mill-konsum kollu tal-Unjoni.

    (42)

    Minkejja dawk ir-restrizzjonijiet fl-esportazzjoni, il-produtturi Ċiniżi esportaw volum sinifikanti ta' FeSi lil swieq madwar id-dinja mhux suġġetti għall-ebda restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni (jiġifieri l-Ġappun, il-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti).

    (43)

    Mal-ewwel daqqa t'għajn, is-suq Asjatiku jista' jkun alternattiva sabiex tiġi assorbita parti mill-produzzjoni żejda Ċiniża. Madankollu, skont l-informazzjoni ppreżentata mill-applikant, l-iżviluppi riċenti f'dak is-suq jistgħu jagħmluh inqas attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi.

    (44)

    Tabilħaqq, is-suq Asjatiku jkun serjament affettwat bid-dħul fil-produzzjoni ta' żewġ proġetti ġodda tal-ferrosiliċju fil-Malasja (Pertama Ferroalloys u Sarawak Ferroalloys plants). Huwa stmat li l-produzzjoni annwali tal-ferrosiliċju tal-Malasja se tiżdied b'420 000 tunnellata mill-2014 u se jinbiegħ lil pajjiżi ġirien fl-Asja tax-Xlokk, speċjalment lill-Ġappun, li jeħtieġ 600 000 tunnellata ta' ferrosiliċju kull sena. Il-produzzjoni tal-faċilitajiet ta' produzzjoni tal-Malasja se jkollhom impatt negattiv fuq l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Asja tax-Xlokk. Barra minn hekk, il-produtturi tal-azzar Ġappuniżi u l-funderiji tal-azzar tal-Korea t'Isfel diġà daħlu fi ftehimiet għax-xiri ta' volumi sinifikanti ta' ferrosiliċju fis-sena mill-produtturi Malasjani ġodda, b'hekk isir iktar diffiċli għall-esportazzjonijiet Ċiniżi biex jidħlu fis-suq.

    (45)

    Fil-kummenti tiegħu għall-iżvelar, il-produttur esportatur stqarr li l-produzzjoni Malasjana kienet esaġerata. Wara verifika, dan il-kumment ġie kkunsidrat xieraq u għalhekk, il-produzzjoni tal-Malasja ġiet ikkoreġuta għal madwar 370 000 tunnellata.

    (46)

    Għalhekk, huwa mistenni li l-produzzjoni addizzjonali tal-Malasja se żżid il-kompetizzjoni f'dan is-suq diġà saturat fejn ir-RPĊ u r-Russja llum għandhom sehem sinifikanti mis-suq.

    (47)

    Il-preżenza mnaqqsa ta' prodotti Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR hija spjegata prinċipalment mir-restrizzjoni tal-esportazzjonijiet imposta mill-gvern Ċiniż imsemmija fil-premessa (41) hawn fuq.

    (48)

    Il-prezzijiet fis-suq tal-UE jaġixxu wkoll bħala attrazzjoni biex jassorbu l-kapaċità żejda tal-produtturi Ċiniżi. Tabilħaqq, il-medja tal-prezz tas-suq tal-Unjoni fl-2012 kien tal-inqas għoli daqs il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi lejn il-pajjiżi ta' destinazzjoni prinċipali tagħhom (il-Ġappun, il-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti), li tenfasizza aktar l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni meta l-bejgħ lejn destinazzjonijiet oħra jsir aktar problematiku.

    (49)

    Għalhekk jista' jiġi konkluż li s-suq Ewropew, wieħed mill-akbar madwar id-dinja, jibqa' attraenti għall-produtturi Ċiniżi.

    4.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' ssoktar ta' dumping

    (50)

    Il-kapaċità żejda disponibbli fir-RPĊ u l-livell tal-prezz relattivament attraenti fis-suq tal-Unjoni jwasslu għall-konklużjoni li hemm riskju ta' żieda fl-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

    (51)

    Minħabba l-kapaċità żejda attwali u potenzjali li tinsab fir-RPĊ, u l-fatt li s-suq tal-Unjoni huwa wieħed mill-akbar swieq fid-dinja, u bil-pressjoni mistennija ta' esportazzjonijiet Ċiniżi fl-Asja tax-Xlokk, wieħed jista' jikkonkludi li l-esportaturi Ċiniżi x'aktarx iżidu aktar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni bi prezzijiet baxxi ħafna jekk il-miżuri tal-anti-dumping jitħallew jiskadu.

    IMPORTAZZJONIJIET MIR-RUSSJA

    1.   Kummenti preliminari

    (52)

    Kif iddikjarat fil-premessa (14), grupp wieħed biss ta' produtturi esportaturi kkooperaw fil-proċedura. Madankollu, instab li l-grupp Russu jirrappreżenta proporzjon sinifikanti tal-produzzjoni totali Russa, jiġifieri bejn wieħed u ieħor 78 % tal-produzzjoni ta' FeSi totali tar-Russja u għall-maġġoranza tal-importazzjonijiet ta' FeSi li joriġinaw mir-Russja lejn l-Unjoni. Għalhekk, kien ikkunsidrat li l-informazzjoni pprovduta mill-grupp Russu, flimkien ma' sorsi oħra bħat-talba għal rieżami u statistiċi kummerċjali disponibbli fuq l-importazzjoni (mill-Eurostat) kellhom jintużaw sabiex tiġi vvalutata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping.

    (53)

    Għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping, il-kumpaniji li jagħmlu parti mill-grupp Russu JSC CHEMK u JSC KF huma kkunsidrati bħala relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 143 tal-Kodiċi Doganali (7), bħal fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, ġie kkalkulat marġni tad-dumping uniku għall-grupp kollu billi ntużat din il-metodoloġija li ġejja. Ġie kkalkulat l-ammont tad-dumping għal kull produttur esportatur individwali qabel ġie ddeterminat marġni tad-dumping peżat għall-grupp sħiħ. Għandu jiġi nnotat li din il-metodoloġija kienet differenti mill-metodoloġija applikata fl-investigazzjoni oriġinali, fejn il-kalkolu tad-dumping sar billi ġew aggregati l-produzzjoni u l-bejgħ tad-dejta tal-entitajiet li jipproduċu. Il-metodoloġija differenti kienet użata fir-rieżami interim terminat. Il-bidla fiċ-ċirkostanzi li kienet tiġġustifika l-bidla fil-metodoloġija hija dovuta fl-istruttura korporattiva tal-grupp li tippermetti l-identifikazzjoni tal-produtturi individwali fi ħdan il-grupp fir-rigward il-bejgħ u l-produzzjoni.

    2.   Id-dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR

    2.1.   Id-determinazzjoni tal-Valur Normali

    (54)

    Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku l-ewwel ġie eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti magħmul minn produtturi esportaturi li kkooperaw kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali lejn l-Unjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta' tali bejgħ domestiku kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

    (55)

    Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Din l-eżaminazzjoni saret għat-tipi ta' prodotti, mibjugħa minn produttur esportatur fis-suq domestiku, li nstabu li huma komparabbli direttament ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott partikolari tqies rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta' dak it-tip ta' prodott mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta' bejgħ tat-tip ta' prodott komparabbli tiegħu esportat lejn l-Unjoni.

    (56)

    Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku ta' dan it-tip ta' prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgћ domestiku lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku li kellu qligħ għal kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat matul il-PIR.

    (57)

    Għal dawk it-tipi ta' prodotti fejn aktar minn 80 % bħala volum ta' bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta' prodott kienu ogħla mill-prezz u l-prezz ta' bejgħ b'medja peżata ta' dak it-tip kien daqs jew aktar mill-prezz ta' unità ta' produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta' prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi reali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ sarx bi qligħ jew le.

    (58)

    Meta l-volum ta' bejgħ bi qligħ ta' dan it-tip ta' prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta' bejgħ totali ta' dak it-tip, jew meta l-prezz b'medja peżata ta' dak it-tip kien inqas mill-prezz unitarju tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-prezz b'medja peżata tal-bejgħ domestiku bi qligħ biss ta' dak it-tip magħmul matul il-PIR.

    (59)

    Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott partikolari u għal tipi ta' prodotti fejn il-bejgħ domestiku ma kienx biżżejjed, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

    (60)

    Meta jinħadem il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u għall-qligħ ġew ibbażati, skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, fuq id-dejta effettiva marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produtturi esportaturi li kkooperaw jew fuq il-fatti disponibbli.

    2.2.   Id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni

    (61)

    Matul il-PIR, il-bejgħ b'esportazzjoni tal-grupp Russu lejn l-Unjoni sar permezz ta' RFAI, il-kumpanija assoċjata tiegħu (l-importatur relatat) li wettqet il-funzjonijiet kollha tal-importazzjoni b'konnessjoni mal-oġġetti li jiddaħħlu f'ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, jiġifieri l-funzjonijiet ta' importatur relatat.

    (62)

    Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet li bihom il-prodotti importati nbiegћu mill-ġdid gћall-ewwel darba lil xerrej indipendenti, aġġustati gћall-ispejjeż kollha li ġġarrbu bejn l-importazzjoni u l-bejgћ mill-ġdid, kif ukoll bħala marġni raġonevoli għal SG&A u għall-qligħ. Għal dan il-għan, il-perċentwali ta' SG&A effettiv kien użat fin-nuqqas ta' tagħrif ġdid minn importaturi indipendenti dwar il-qligħ akkumulat, sar użu mir-rata ta' qligħ applikata fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri 6 %.

    (63)

    Il-grupp Russu stqarr li RFAI għandha tiġi trattata bħala parti mill-istess entità ekonomika waħdanija (“SEE”) peress li t-tnejn huma kkontrollati u ġestiti mill-istess persuni, u l-kumpaniji jaġixxu bħala entità ekonomika waħdanija. B'konsegwenza ta' dan, meta jiġu ddeterminati l-prezzijiet tal-esportazzjoni l-ebda tnaqqis ma għandu jsir għal SG&A u l-qligħ ta' RFAI.

    (64)

    Jekk l-assoċjazzjoni bejn il-grupp Russu u RFAI ħadet il-forma ta' SEE jew le, huwa irrilevanti fil-kuntest ta' aġġustament tal-Artikolu 2(9) għall-iskopijiet ta' kostruzzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni.

    (65)

    Għalhekk, peress li l-bejgħ tal-esportazzjoni tal-grupp Russu sar permezz ta' kumpanija assoċjata (RFAI), il-prezz tal-esportazzjoni kellu jiġi aġġustat billi tnaqqas marġni raġonevoli għall-ispejjeż u l-qligħ ta' SG&A, kif stipulat b'mod espliċitu skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament Bażiku. Fuq din il-bażi, it-talba tal-applikant għandha tiġi rrifjutata.

    (66)

    Il-produttur esportatur irrepeta l-istqarrija dwar l-eżistenza ta' SEE u li dan żamm l-aġġustamenti għal SG&A u l-qligħ skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Hu stqarr ukoll li anke jekk l-aġġustamenti kienu ġġustifikati, il-prezz tal-esportazzjoni kostrutt għandu jinkludi biss spejjeż relatati ma' importazzjonijiet minn RFAI, u jeskludi l-ispejjeż kollha ta' SGA relatati mal-esportazzjonijiet tal-SEE. Fl-aħħar nett, hu stqarr li hu ma jaqbilx mas-sejba ta' nuqqas ta' eżistenza ta' SEE f'dan il-każ.

    (67)

    L-eżistenza ta' SEE hija irrilevanti fil-kuntest tal-kostruzzjoni ta' prezz ta' esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2(1) u 2(9) tar-Regolament bażiku jintlaħqu, il-grad ta' kontroll jew integrazzjoni huwa irrilevanti għall-valutazzjoni tal-legalità tal-aġġustamenti skont l-Artikolu 2(9) (8). L-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jeħtieġ li l-Kummissjoni tibni, f'ċerti sitwazzjonjiet, prezz tal-esportazzjoni, u li taġġusta dan il-prezz tal-esportazzjoni għal ċertu numru ta' parametri, inkluż fejn il-partijiet “jidhru li jkunu assoċjati”. Il-kliem tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku huwa ċar fis-sens li “jsir aġġustment” (sottolinear miżjud mill-Kummissjoni). Il-Kummissjoni vverifikat li RFAI wettqet il-funzjonijiet kollha li normalment jitwettqu minn importatur assoċjat fl-Unjoni. Tabilħaqq, RFAI hija involuta mill-qrib fl-attività internazzjonali tal-grupp (assistenza lill-konsumaturi, loġistika u skedar tal-konsenji, xiri ta' oġġetti kapitali u materjali prima ewlenin, eċċ.). B'hekk il-kundizzjoni meħtieġa għal aġġustment skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku ntlaħqet, biex b'hekk tiġġustifika l-aġġustamenti magħmula. Għalhekk, huwa konkluż li l-aġġustamenti magħmula kienu rikjesti fuq il-bażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament Bażiku.

    (68)

    Il-produttur esportatur sostna li jsegwi mid-deċiżjoni f'Nikopolsky/Interpipe (9) li jekk l-esportatur u n-negozjant relatat jikkostitwixxu SEE, aġġustament għall-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku mhuwiex permess. Din l-istqarrija mhijiex fondata. Tabilħaqq, din id-deċiżjoni tikkonċerna aġġustament magħmul skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-kummissjonijiet nominali rċevuti minn negozjant li l-funzjonijiet tiegħu huma simili għal dawk ta' aġent li jaħdem fuq bażi ta' kummissjoni. Din il-każistika hija allura irrilevanti għall-kawża attwali, fejn il-kumpanija Svizzera RFAI twettaq il-funzjonijiet kollha li normalment huma mwettqa minn importatur relatat. L-eżistenza ta' SEE m'għandhiex l-istess impatt fuq l-aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku bħala f'relazzjoni ma' aġġustamenti mitluba skont l-Artikolu 2(9) ta' dak ir-Regolament. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jistax jiġi mitlub aġġustament għal marġni raġonevoli għal spejjeż u qligħ tal-SG&A. Aġġustament bħal dan isir skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku meta l-partijiet jkunu assoċjati.

    (69)

    Rigward l-għan tal-aġġustament, l-istqarrija konċernanti t-tnaqqis parzjali tal-SG&A u l-qligħ ma tistax tiġi aċċettata, fin-nuqqas ta' evidenza rilevanti ppreżentata mill-produttur esportatur. L-aġġustamenti skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku huma dawk inerenti fil-kostruzzjoni ta' prezz ta' esportazzjoni fl-iktar każijiet komuni ta' assoċjazzjoni. Jekk l-SG&A u l-qligħ globali kellhom jiġu aġġustati biss parzjalment, modifika bħal din ikollha tkun ibbażata fuq l-evidenza pprovduta mill-produttur esportatur f'relazzjoni mal-ispejjeż, b'mod partikolari, dwar jekk dawn l-ispejjeż jikkostitwixxux spejjeż speċjali akkumulati f'relazzjoni ma' kwalunkwe attività mhux direttament relatata mal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid sussegwenti.

    (70)

    Il-grupp Russu stqarr ukoll li l-ebda tnaqqis tad-dazju fuq l-antidumping ma għandu jsir fil-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, peress li d-dazju huwa rifless kif xieraq fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid u l-prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti fl-Unjoni.

    (71)

    L-investigazzjoni stabbiliet b'mod partikolari li l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni ma jirriflettux id-dazju mħallas għal 99 % tat-tranżazzjonijiet irrappurtati. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li d-dazju fuq l-antidumping ma kienx rifless kif xieraq fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-grupp Russu. B'riżultat ta' dan, din it-talba tal-grupp Russu ma setatx tiġi aċċettata u l-ammont tad-dazji tal-anti-dumping ġie mnaqqas meta kienu qed jiġu maħdumin il-prezzijiet tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

    2.3.   Paragun u aġġustamenti

    (72)

    Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust, tqiesu d-differenzi li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

    (73)

    Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż tal-assigurazzjoni, l-ispejjeż terminali u tal-immaniġġjar, l-ispejjeż tal-kreditu, u l-kummissjonijiet, fejn dawn kienu applikabbli u ġġustifikati, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

    2.4.   Dumping matul il-PIR

    (74)

    Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali b'medja peżata tqabbel mal-prezz b'medja peżata tal-esportazzjoni għat-tip ta' prodott skont kif joħroġ mill-fabbrika għal kull produttur esportatur li kkoopera li huwa parti mill-Grupp Russu.

    (75)

    Il-produttur esportatur ikkonċernat għamel numru ta' stqarrrijiet rigward il-kalkolazzjoni tal-marġni tad-dumping.

    (76)

    L-ewwel nett, rigward l-aġġustament tal-prezz ta' kwarżit mixtri minn kumpanija li tipproduċi tal-grupp mill-kumpanija l-oħra li tipproduċi tal-grupp, iż-żieda ta' marġni ta' qligħ ta' 5 % mal-prezz tax-xiri rieżaminat kien ikkontestat. L-argument użat huwa li ż-żewġ kumpaniji huma membri tal-istess entità ekonomika unika.

    (77)

    Għalkemm l-argument SEE huwa irrilevanti fil-kuntest tal-aġġustament tal-prezz tal-kwarżit, huwa kkonfermat li t-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati jistgħu jsiru mingħajr realizzazzjoni ta' qligħ. Fin-nuqqas ta' bejgħ ta' kwarżit lil partijiet esterni, l-eżistenza ta' kwalunkwe qligħ tista' wkoll ma tiġix murija. Bħala konsegwenza, il-marġni tal-qligħ tal-prezz tal-kwarżit aġġustat tħalla barra u d-determinazzjoni tad-dumping riveduta kif xieraq.

    (78)

    Stqarrija oħra, it-tieni waħda, kienet tikkonċerna l-applikazzjoni mill-Kummissjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO fit-tilwima fuq is-salamun man-Norveġja. F'dik il-kawża, kien irrakkomandat li meta l-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott partikolari ma jkunx rappreżentattiv, l-SGA u l-qligħ realizzat fuq dawk it-tranżazzjonijiet għandhom madankollu jintużaw fil-kostruzzjoni tal-valur normali. Il-produttur esportatur stqarr ukoll li l-applikazzjoni tal-metodoloġija l-ġdida f'rieżami ta' skadenza ma kinitx permessa peress li l-ebda kambjament sostanzjali taċ-ċirkostanzi ma jippermetti dan.

    (79)

    Il-Kummissjoni spjegat il-metodoloġija tal-Bord tas-salamun fi smigħ lill-produttur esportatur, li baqa' jara ksur tal-Artikoli 2(4) u 2)6) tar-Regolament bażiku fir-rakkomandazzjoni tal-Bord. Huwa madankollu, dover tal-Kummissjoni li timplimenta tali deċiżjonijiet fil-qafas tal-obbligi tad-WTO tagħha. Tali metodoloġija taffettwa l-każijiet kollha u mhux biss l-investigazzjonijiet miftuħa fuq il-bażi tal-artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

    (80)

    Minħabba stqarrija oħra, it-tielet waħda, il-Kummissjoni ikkoreġiet għal dawk id-drabi fejn il-prezz ta' produttur esportatur tal-grupp kien imqabbel ma' ċertu bejgħ tal-produttur esportatur l-ieħor.

    (81)

    Il-Kummissjoni tkompli tikkonferma li d-dħul kien aġġustat mill-istess provvedimenti tal-prezz tal-produzzjoni, bħall-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni u l-immaniġġjar, biex jiġi stabbilit it-test tal-profittabbilità, u l-ispejjeż tal-ippakkjar biex jiġu determinati l-marġini tad-dumping.

    (82)

    Fi stqarrija oħra, ir-raba' waħda, il-produttur esportatur jikkonsidra li d-dazju tal-antidumping fis-seħħ kien imnaqqas mingħajr ġustifikazzjoni mill-prezz tal-esportazzjoni. Sabiex dan il-punt jiġi ppruvat, huwa ddikkjarat li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-esportazzjoni kienu iktar minn 100 % iktar għoljin fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami mill-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali fil-prezzijiet tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, ċerti dazji tal-importazzjoni u dazji tal-antidumping ma kellhomx jiġu mnaqqsa għax kienu allegatament imħallsa minn qabel u rreferuti għal perjodu futur. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni lanqas ma kella tqis il-prezzijiet għal uffiċċju fil-Ġappun u t-taxxi tad-dħul Federali u Kantonali Svizzeri.

    (83)

    L-evidenza pprovduta mill-produttur esportatur mhijiex konklussiva fil-kuntest ta' prova li d-dazju tal-antidumping kien rifless kif xieraq fil-prezz tal-esportazzjoni f'dan il-każ u għal dan il-prodott. Kemm il-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid u kemm il-prezzijiet tal-produzzjoni żdiedu b'mod qawwi mill-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, iż-żieda fil-prezzijiet tal-esportazzjoni ma tistax tkun attribwita b'mod konklużiv mal-effett allegat tad-dazju. Sabiex jintwera n-nuqqas ta' konklusività tal-evidenza ppreżentata, il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet tal-esportazzjoni mal-prezz tal-oġġetti, inkluż id-dazju tal-antidumping, waqt il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, u bħala rizultat 99 % tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ma għandhomx prezz tal-esportazzjoni għoli biżżejjed biex ikopri d-dazju tal-antidumping. Fl-aħħar nett, jekk id-dazju ma jiġix imnaqqas, dan ma jkunx biżżejjed biex tiġi eliminata s-sejba ta' dumping sostanzjali u ma jaffettwax il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping lanqas. Għalhekk, ma jkollu l-ebda impatt fuq ir-riżultat tal-investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza attwali.

    (84)

    Il-Kummissjoni osservat li l-ħlas minn qabel ta' dazji tal-importazzjoni u dazji tal-antidumping huwa impossibbli u tali dazji huma intaxxati mal-importazzjoni. Barra minn hekk, il-grupp uża maħżen doganali, li jfisser li d-dazji kienu dovuti biss meta l-importazzjonijiet u l-bejgħ effettivament saru. Barra minn hekk, skont tqabbil tal-bilanċ ta' tqabbil preliminari tal-31 ta' Diċembru 2012 u l-kontijiet awditjati, ġie stabbilit b'mod ċar li l-awdituri kkwalifikaw mill-ġdid id-dazji tal-antidumping allegatament imħallsa minn qabel f'dazji tal-antidumping imħallsa effettivament bħala prezz fil-kont ta' qligħ u telf.

    (85)

    Il-prezzijiet tal-uffiċċju tal-Ġappun ma kinux relatati mal-prodott ikkonċernat u għalhekk ma affettwawx il-kalkolu magħmul mill-Kummissjoni. L-istqarrija b'hekk kienet rifjutata. Fl-aħħar nett, it-taxxi Svizzeri msemmija setgħu biss ikunu esklużi kieku rrelataw mat-taxxa tad-dħul korporattiva, li abbażi tar-risposta għall-iżvelar jidher li huwa l-każ. Il-kalkolu tad-dumping kien għalhekk aġġustat skont dan.

    (86)

    L-imgħax aġġustat fuq self magħmul minn kumpanija tal-grupp fil-Gżejjer Verġni Brittaniċi lil kumpanija tal-grupp oħra kien rieżaminat mill-Kummissjoni bħala risposta għall-istqarrija li tali self jista' jsir skont il-kundizzjonjiet tas-suq u essenzjalment jagħmel sens biss jekk l-imgħax fuq is-self ikun iktar baxx minn dak li jista' jittieħed minn bank. Il-Kummissjoni tkompli tikkonferma li l-marġni ta' qligħ għal RFAI kien applikat mal-valur tal-fattura netta fil-munita tal-kontabbiltà, u ma kienx ibbażat fuq CIF u li miegħu ġew miżjuda ċerti spejjeż.

    (87)

    Filwaqt li ġew ikkonsidrati l-konsiderazzjonijiet t'hawn fuq, u filwaqt li ġie rieżaminat il-kalkolu bbażat fuq l-aċċettazzjoni tal-istqarrijiet dwar il-bejgħ intragrupp tal-kwarżit, is-self intragrupp u t-taxxi tad-dħul Federali u Kantonali Svizzeri, il-marġni tad-dumping espress bħala perċentwali tal-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, ġie rieżaminat u misjub li huwa 43 %.

    (88)

    Għandu jiġi mfakkar li r-rieżami interim imsemmi fil-premessa (4) hawn fuq, ikkonkluda li l-importazzjonijiet tal-grupp Russu saru bi prezzijiet ta' dumping matul il-perjodu Ottubru 2009 sa Settembru 2010.

    3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu revokati l-miżuri

    (89)

    Minbarra l-analiżi tal-eżistenza tad-dumping waqt il-PIR, il-probabbiltà ta' tkomplija jew ta' rikorrenza tad-dumping ġiet investigata wkoll.

    3.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni tar-Russja

    (90)

    Ir-Russja hija t-tieni l-akbar produttur ta' FeSi fid-dinja. Skont il-kumpanija ta' riċerka tas-suq Metal Expert, il-kapaċità tal-produzzjoni ta' FeSi fir-Russja tammonta għal madwar 900 000 tunnellata. Dan jinkludi l-produzzjoni minn fran li jistgħu jipproduċu FeSi iżda wkoll tipi oħra ta' ferroligi. Tabilħaqq, it-tagħmir tal-produzzjoni taż-żewġ produtturi (jiġifieri JSC CHEMK u Serov Ferroalloy Plant) jippermetti bdil bejn FeSi u tipi oħra ta' ferroligi f'perjodu qasir ta' żmien. It-tagħmir tal-produtturi Russi l-oħra, però, (jiġifieri Bratsk Ferroalloy Plant, NLMK u JSC KF) jippermetti biss il-produzzjoni ta' FeSi.

    (91)

    Wara l-iżvelar, l-uniku produttur esportatur li kkoopera stqarr li l-informazzjoni tiegħu stess ġiet eliminata mill-kalkolu tal-kapaċità tal-produzzjoni tar-Russja. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (52), is-sors primarju tal-informazzjoni użat kien dak ipprovdut minn dan il-grupp Russu. Ir-rapport ta' Metal Expert intuża biex tiġi stabbilita l-produzzjoni tal-kapaċitajiet tal-produtturi Russi l-oħra. Din l-istqarrija b'hekk hija miċħuda.

    (92)

    Barra minn hekk, dan il-produttur esportatur stqarr li l-produzzjoni ta' JSC CHEMK ġiet ivvalutata ħażin, peress li ddikjara li hija virtwalment impossibbli, biex jaqleb minn produzzjoni tal-ferroligi għall-oħra mingħajr spejjeż addizzjonali sinifikanti u dewmien fil-ħin. Madankollu, l-evidenza misjuba waqt il-verifika fuq il-post fil-bini ta' JSC CHEMK turi li l-fran ta' JSC CHEMK jistgħu jaqilbu minn ferroliga għal oħra mingħajr id-dewmien deskritt hawn fuq. Din l-istqarrija b'hekk hija miċħuda.

    (93)

    Il-produzzjoni effettiva matul il-PIR kienet stmata li kienet madwar 633 000 tunnellata (bażi FeSi75) b'kapaċità żejda disponibbli sa 267 000 tunnellata. Bl-użu ta' approċċ konservattiv u billi titqies il-kapaċità tal-produzzjoni użata għall-produzzjoni tal-ferroligi l-oħra, il-kapaċità żejda għal FeSi hija mill-inqas 120 000 tunnellata.

    (94)

    Il-grupp Russu stqarr li l-istima tal-kapaċità żejda Russa ġiet stabbilita ħażin peress li l-Kummissjoni ma kkonsidratx li l-grupp Russu kien qed jopera b'kapaċità ta' 95-100 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa hawn fuq, approċċ konservattiv ġie segwit ukoll billi tqieset il-kapaċità żejda effettiva. Din l-istqarrija b'hekk hija miċħuda.

    (95)

    Fuq il-bażi tar-rapport ta' Metal Expert, il-kapaċità żejda għolja hija spjegata bi tnaqqis sinifikanti ta' 50 % fid-domanda domestika bejn l-2002 u l-2009, u baqgħet stabbli sal-2012. Il-kapaċità tal-produzzjoni għalhekk hija ħafna ikbar mid-domanda tas-suq domestiku. Il-produtturi Russi għalhekk jiddependu fuq l-esportazzjonijiet.

    3.2.   L-Attrattività tas-suq tal-Unjoni

    (96)

    Minkejja l-eżistenza tal-miżuri attwali, is-suq tal-UE għadu attraenti mal-esportazzjonijiet Russi. Il-livell ta' importazzjonijiet osservat matul il-PIR juri li l-importazzjonijiet Russi sa ċertu punt ġew affettwati mid-dazji tal-anti-dumping imposti, iżda kienu għadhom ferm preżenti matul il-PIR.

    (97)

    Parti waħda sostniet li s-suq tal-Unjoni Ewropea għal FeSi, ma jkunx attraenti għal fornitur globali, bħall-grupp Russu u li hemm fażi ta' tnaqqis globali konsiderevoli fl-importazzjonijiet li s'issa tkompliet fl-2012. Din iddikjarat li din ix-xejra mhix se terġa' lura fil-futur. Eżaminazzjoni ta' dejta tal-kummerċ miġbura mill-Eurostat u f'konformità mal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku wriet, madankollu, li l-importazzjonijiet Russi kienu pjuttost stabbli matul il-perjodu 2010-2012.

    (98)

    Barra minn hekk, meta l-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat għall-Unjoni Ewropea jitqabblu mal-prezzijiet imposti għal FeSi fis-swieq ta' pajjiżi terzi, jirriżulta li l-prezzijiet tal-grupp Russu lejn l-UE huma ogħla, skont il-pajjiż destinatarju.

    (99)

    Għalhekk, l-allegazzjoni li s-suq tal-Unjoni mhux attraenti għall-produtturi Russi għandha tiġi miċħuda.

    (100)

    Parti waħda sostniet li s-suq Russu qed isir aktar u aktar attraenti fid-dawl ta' diversi proġetti li jmiss, bħal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa fl-2014, li għandu jżid id-domanda domestika għall-azzar u għalhekk iżid il-konsum domestiku ta' FeSi. Madankollu, għandu jiġi nnutat li din il-parti ma pprovdiet l-ebda dejta rilevanti jew stima dwar l-impatt ta' dawn il-proġetti fuq il-konsum domestiku ta' FeSi. Fi kwalunkwe każ, jekk fil-fatt timmaterjalizza sitwazzjoni ta' din ix-xorta, dan l-effett kellu jkun diġà viżibbli matul l-2012 u l-2013. Madankollu, id-dejta disponibbli turi li l-konsum domestiku baqa' stabbli. Fl-aħħar nett, l-effett ta' dawn il-proġetti fi kwalunkwe każ ikun ta' natura limitata u temporanja. Għalhekk, dan l-argument huwa miċħud. Parti waħda allegat li l-kapaċità żejda fir-Russja hija fil-biċċa l-kbira assorbita minn esportazzjonijiet lejn is-swieq Asjatiċi u l-Istati Uniti. Fil-fatt, matul il-PIR il-produtturi Russi esportaw fid-dinja kollha aktar minn 73 % tal-produzzjoni tagħhom. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (93) hawn fuq, għad hemm kapaċità żejda tal-produzzjoni importanti fir-Russja minħabba konsum domestiku li qed jonqos, li jissuġġerixxi ħtieġa kbira li jinstabu swieq alternattivi biex jikkumpensaw għat-telf fil-bejgħ domestiku u biex jassorbu l-eċċess fil-kapaċità tal-produzzjoni.

    (101)

    Kif imsemmi fil-premessa (44) hawn fuq, il-kompetizzjoni se tiżdied fis-swieq Asjatiċi minħabba faċilitajiet ġodda mibnija fil-Malasja li se jibdew il-produzzjoni ta' madwar 420 000 tunnellata fl-2014. Din is-sitwazzjoni se tagħmel l-esportazzjonijiet Russi għas-suq Asjatiku aktar diffiċli.

    (102)

    Kif spjegat fil-premessa (45), il-produzzjoni tal-Malasja kienet riveduta għal madwar 370 000 tunnellata.

    (103)

    Barra minn hekk, fl-Istati Uniti, wieħed mis-swieq prinċipali tal-esportazzjoni tagħhom, l-esportaturi Russi diġà qed jittrattaw investigazzjoni tal-anti-dumping li dwarha l-petizzjoni allegat marġni tad-dumping sostanzjali.

    (104)

    Għalhekk, għandu jiġi konkluż li produtturi esportaturi Russi qed jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq esportazzjonijiet lejn swieq ta' pajjiżi terzi fejn isseħħ aktar kompetizzjoni. Dan jagħmel is-suq tal-Unjoni aktar attraenti għalihom.

    4.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping

    (105)

    Fid-dawl tas-sejbiet deskritti hawn fuq, wieħed jista' jikkonkludi li l-importazzjonijiet mir-Russja għadhom ikunu l-oġġett ta' dumping u li hemm probabbiltà kbira ta' tkomplija ta' dumping. Minħabba l-kapaċità żejda attwali u futura potenzjali fir-Russja u l-fatt li s-suq tal-Unjoni huwa wieħed mill-akbar swieq fid-dinja, u l-espansjoni mistennija tal-kapaċità fis-suq tal-Asja tax-Xlokk, wieħed jista' jikkonkludi li l-esportaturi Russi x'aktarx iżidu aktar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni bi prezzijiet ta' dumping jekk il-miżuri tal-anti-dumping jitħallew jiskadu.

    5.   Konklużjoni

    (106)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq huwa konkluż li hemm riskju sinifikanti u reali ta' tkomplija ta' dumping fir-rigward ta' FeSi li joriġina fir-RPĊ u r-Russja jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu.

    D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

    (107)

    Matul il-PIR, il-prodott simili ġie mmanifatturat minn seba' produtturi magħrufa tal-Unjoni. Huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

    (108)

    Kif indikat fil-premessa (16) hawn fuq, sitt produtturi tal-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba. Il-kumpaniji inkwistjoni huma stmati li jirrappreżentaw madwar 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u s-sitwazzjoni tagħhom hija kkunsidrata rappreżentattiva għall-industrija tal-Unjoni.

    E.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

    1.   Konsum tal-Unjoni

    (109)

    Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi ta' bejgħ mhux relatati u relatati tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, stima għall-produttur li ma kkooperax (fuq il-bażi tat-talba għal rieżami) u dejta tal-importazzjoni mill-Eurostat, fuq il-livell tal-kodiċi NM.

    (110)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied b'40 %. Madankollu, għandu jittieħed kont tal-fatt li s-sena tal-bidu tal-perjodu kkunsidrat (2009) kienet sena ħażina ferm minħabba l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika. Minkejja rkupru parzjali wara l-2009, il-konsum tal-Unjoni xorta ma laħqitx il-livelli rreġistrati matul l-investigazzjoni oriġinali meta f'kull sena, il-konsum kien 'il fuq minn 850 elf tunnellata.

    Tabella 1

    Konsum

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    Konsum (tunnellati)

    544 093

    799 233

    841 796

    760 128

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    147

    155

    140

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, talba għal rieżami ta' skadenza, il-Eurostat

    2.   Il-volum, il-prezzijiet u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

    (111)

    Il-volumi u l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u r-Russja kienu analizzati abbażi tal-Eurostat u tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. Meta jitqies li l-volumi mir-RPĊ huma baxxi ħafna, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ma ġewx ivvalutati b'mod kumulattiv.

    (a)   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

    (112)

    Matul il-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet dumped lejn l-Unjoni nstabu li kienu żviluppati f'termini ta' volumi u ishma mis-suq kif ġej:

    Tabella 2

    Il-volum u l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    ir-RPĊ

    Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati)

    8 105

    13 828

    5 125

    2 516

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    171

    63

    31

    Sehem mis-suq (%)

    1,5

    1,7

    0,6

    0,3

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    116

    41

    22

    Ir-Russja

    Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati)

    74 678

    53 671

    29 338

    40 725

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    72

    39

    55

    Sehem mis-suq (%)

    13,7

    6,7

    3,5

    5,4

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    49

    25

    39

    Total ta' pajjiżi konċernati

    Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati)

    82 783

    67 499

    34 463

    43 241

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    82

    42

    52

    Sehem mis-suq (%)

    15,2

    8,4

    4,1

    5,7

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    56

    27

    37

    Sors: Il-Eurostat

    (113)

    Il-volumi ta' importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqsu b'mod konsiderevoli bi 48 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tagħhom ukoll naqas minn 15,2 % fl-2009 għal 5,7 % fil-PIR. Bħala riżultat ta' din ix-xejra l-esportazzjonijiet Ċiniżi kważi waqfu milli jeżistu fis-suq tal-Unjoni. Il-produtturi esportaturi Russi madankollu għad għandhom sehem sostanzjali mis-suq, li jfisser li r-Russja hija r-raba' l-akbar esportatur lejn l-Unjoni.

    (b)   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezzijiet

    (114)

    It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet dumped. Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ naqas bi 38 %. Il-prezz ta' importazzjoni medju mir-Russja żdied b'31 % matul dan il-perjodu iżda xorta baqa' taħt il-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

    Tabella 3

    Prezzijiet medji tal-importazzjonijiet dumped

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    ir-RPĊ

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    991

    1 088

    873

    611

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    110

    88

    62

    Ir-Russja

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    716

    776

    889

    999

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    108

    124

    140

    Total ta' pajjiżi konċernati

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    742

    840

    887

    976

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    113

    119

    131

    Sors: Il-Eurostat

    (115)

    Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezzijiet matul il-PIR, il-prezzijiet tal-bejgħ b'medja peżata għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni li kkoperaw mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell ta' kif joħorġu mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet b'medja peżata korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet dumped mill-produtturi Russi li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi CIF, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji tad-dwana.

    (116)

    Minħabba li l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma kkoopera fl-investigazzjoni tar-rieżami, it-twaqqigħ tal-prezz għall-esportazzjoni Ċiniża kien determinat b'paragun mal-prezzijiet b'medja peżata tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, fuq bażi ta' kif ħarġu mill-fabbrika, mal-prezzijiet medji ta' esportazzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi fuq il-bażi CIF miksuba mill-Eurostat, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji tad-dwana.

    (117)

    Ir-riżultat tal-paragun, meta espress bħala perċentwali tad-dħul tal-produtturi tal-Unjoni inklużi li kkooperaw matul il-PIR, wera marġni ta' twaqqigħ b'medja peżata fis-suq tal-Unjoni ta' bejn 6 u 39 % għar-Russja u 46 % għar-RPĊ.

    3.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn mhux soġġetti għal miżuri

    (118)

    Il-volumi ta' importazzjoni minn pajjiżi terzi fis-suq tal-Unjoni żdied bi 33 % matul il-perjodu kkunsidrat li segwew it-tendenza ta' żieda fil-konsum. Is-sehem mis-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi baqa' relattivament stabbli fil-perjodu kkunsidrat fil-livell ta' madwar 70 % tal-konsum tal-Unjoni, bi tnaqqis żgħir matul il-PIR. Madankollu, l-istruttura ġeografika tal-importazzjonijiet kienet aktar possibbli li tinbidel b'żieda notevoli ta' volumi importati u ishma mis-suq tal-Brażil u n-Norveġja, liema pajjiżi jidhru li bbenefikaw prinċipalment miż-żieda tal-konsum.

    (119)

    Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi żdiedu bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat u huma jibqgħu ħafna ogħla mill-livell ta' prezzijiet ta' importazzjoni mir-RPĊ u r-Russja.

    4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    (120)

    Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istat tal-industrija tal-Unjoni.

    (121)

    Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni hija vvalutata abbażi ta' tali indikaturi bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni effettiv tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat, il-prezzijiet medji tal-bejgħ, prezz tal-unità, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital, l-istokks u l-ispejjeż tax-xogħol.

    (a)   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

    (122)

    Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda kienet osservata partikolarment bejn l-2009 u l-2011 meta l-produzzjoni żdiedet b'178 %. Baqgħet stabbli wara fil-PIR. Huwa mfakkar li s-sena tal-bidu tal-perjodu kkunsidrat kienet eċċezzjonali minħabba l-kriżi ekonomika, għalhekk, kienet ikkaratterizzata minn livell tal-produzzjoni aktar baxx mis-soltu. Tabilħaqq, minkejja rkupru sinifikanti wara l-2009, għandu jiġi mfakkar li l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha ma laħqitx il-livell tal-bidu tal-investigazzjoni oriġinali (sena 2003), meta l-produzzjoni kienet irrappurtata 'l fuq minn 270 elf tunnellata.

    Tabella 5

    Produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    Produzzjoni (tunnellati)

    81 147

    192 495

    225 376

    224 540

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    237

    278

    277

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

    (123)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli waqt il-perjodu kkunsidrat b'żieda żgħira fl-PIR. Hekk kif il-produzzjoni żdiedet b'mod sinifikanti fil-perjodu 2009–2011, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità wriet żieda ġenerali ta' 179 %. Din ix-xejra nbidlet fil-PIR, fejn l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset. Din il-bidla negattiva madankollu ma rriżultatx mit-tnaqqis fil-produzzjoni effettiva iżda minn żieda fil-kapaċità nnifisha.

    Tabella 6

    Kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

    301 456

    301 456

    299 914

    324 884

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    100

    99

    108

    Utilizzazzjoni tal-kapaċità (%)

    27

    64

    75

    69

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    237

    279

    257

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

    (b)   Volum ta' bejgħ, sehem mis-suq u tkabbir

    (124)

    Il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati (stabbilit fuq bażi ta' bejgħ kemm lil klijenti relatati kif ukoll lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni) segwa x-xejra tal-konsum bejn is-sena 2009 u s-sena 2011. Qabża f'daqqa ulterjuri fil-PIR tirriżulta minn bidla fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti relatati u mhux relatati fl-Unjoni li kienet innotata f'din is-sena. Dan kien dovut f'bidla fl-istruttura korporattiva ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni.

    Tabella 7

    Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    Volum (tunnellati)

    60 257

    113 048

    122 860

    191 525

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    188

    204

    318

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

    (125)

    Hekk kif il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni segwew ix-xejra tal-konsum, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni wara l-ewwel qabża fl-2010 baqa' relattivament stabbli fil-perjodu meqjus b'xejra li qed tiżdied xi ftit.

    Tabella 8

    Sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni (%)

    14

    21

    22

    25

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    155

    165

    187

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarji, il-Eurostat

    (126)

    Kif indikat fil-premessa (111) ta' hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni kien qed jikber b'40 % bejn l-2009 u l-PIR. L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika minn dan it-tkabbir billi żżid il-volumi tal-bejgħ tagħha u tas-sehem tagħha mis-suq matul l-istess perjodu.

    (c)   L-impjiegi u l-produttività

    (127)

    L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni relatati mal-prodott ikkonċernat żdiedu b'madwar 50 % fil-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda fin-numru ta' impjegati kienet fl-istess ħin akkumpanjata minn żieda saħansitra ogħla ta' produttività, imkejla bħala produzzjoni (tunnellati) għal kull persuna impjegata kull sena, li kienet tammonta għal 86 % fl-istess perjodu.

    Tabella 9

    L-impjiegi u l-produttività

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    Numru ta' impjegati

    701

    869

    1064

    1042

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    124

    152

    149

    Produttività (unità/impjegat)

    116

    222

    212

    216

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    191

    183

    186

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, talba għal rieżami

    (d)   Id-daqs tal-marġni ta' dumping effettiv

    (128)

    Kif indikat fil-premessi (37) u (87) hawn fuq, il-marġnijiet ta' dumping tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jibqgħu għoljin. L-analiżi tal-indikaturi tal-ħsara ressqet provi li l-industrija qed tirkupra minn prattiki preċedenti ta' dumping. Madankollu, l-irkupru huwa riċenti u kien osservat ċertu tnaqqis f'diversi indikaturi tal-ħsara bħalma huma l-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li dan l-iżvilupp pożittiv isir taħt il-ħarsien tal-miżuri tal-anti-dumping attwali. Jekk il-miżuri jitħassru, l-impatt tal-marġnijiet tad-dumping effettivi fuq l-industrija tal-Unjoni jkun sinifikanti.

    (e)   Prezzijiet medji tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u spejjeż tal-produzzjoni

    (129)

    Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdiedu b'25 % bejn l-2009 u l-2011 u mbagħad reġgħu naqsu fil-PIR. Dan iċ-ċaqliq tal-prezzijiet jirrifletti b'mod ġenerali l-bidliet fl-ispejjeż tal-materja prima u l-enerġija matul l-istess perjodu. Xejra simili jiġifieri żieda fil-perjodu ta' bejn l-2009 u l-2011 u tnaqqis fil-PIR, tista' tiġi osservata fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li għandhom l-akbar parti mis-suq tal-Unjoni.

    Tabella 10

    Il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-bejgħ

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    Prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (EUR/tunnellata)

    1 136

    1 282

    1 421

    1 151

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    113

    125

    101

    Spiża għal kull unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

    1 094

    1 031

    1 228

    1 063

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    94

    112

    97

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (f)   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital

    (130)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jżidu l-kapital tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

    Tabella 11

    Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redittu fuq l-investiment

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tad-dħul tal-bejgħ)

    2,3

    27,0

    18,3

    7,4

    Il-fluss tal-flus (EUR)

    4 554 714

    44 888 689

    39 959 668

    19 353 017

    Investimenti (EUR)

    26 599 036

    20 962 570

    25 274 658

    27 076 802

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    79

    95

    102

    Redditu fuq l-investimenti (%)

    – 62,6

    159,2

    58,3

    24,8

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (131)

    Il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ġiet stabbilita billi ġie espress il-qligħ nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tad-dħul rilevanti. Fl-2009, il-marġni ta' qligħ kien baxx ħafna, u wkoll negattiva għal xi produtturi tal-Unjoni; madankollu, bdiet tirkupra fl-2010, bi qbil ma' żieda fil-konsum u l-bejgħ. Għandu jiġi nnutat, madankollu, li fil-PIR il-marġni ta' qligħ qed tonqos minkejja l-fatt li l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li kkooperat (meta jitqiesu wkoll il-bidliet fl-istruttura korporattiva) baqgħu stabbli. Dan iqajjem tħassib dwar l-evoluzzjoni futura tal-marġni tal-qligħ tal-industrija tal-UE.

    (132)

    Il-fluss tal-flus, li hija l-kapaċità tal-industrija li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha u li hija kkalkulata abbażi tal-operazzjonijiet, kienet pożittiva matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Madankollu, dan l-indikatur tjieb biss fl-2010; wara, fis-sentejn ta' wara, iddeterjora b'mod konsiderevoli. L-investigazzjoni wriet ukoll li d-deterjorament fil-fluss tal-flus kien aktar qawwi għall-produtturi minuri tal-Unjoni. Dan iqajjem tħassib dwar il-kapaċità tal-industrija tal-UE li tkompli għaddejja bil-bonn li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha hi stess fil-kuntest ekonomiku attwali.

    (133)

    L-evoluzzjoni tal-profittabbilità u l-fluss tal-flus matul il-perjodu kkunsidrat affettwat il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw li jinvestu fl-attivitajiet tagħhom. Bħala riżultat, il-livell ta' investiment jibqa' relattivament għoli u stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Ir-redditu fuq l-investiment, espress bħala l-qligħ f'perċentwali tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti, sar pożittiv biss wara l-2009. Madankollu, wara x-xejra fil-profittabbilità u l-fluss tal-flus kontanti, dan l-indikatur ukoll laħaq l-ogħla livell tiegħu fl-2010 u naqas b'mod kostanti fis-snin 2011-2012.

    (134)

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq jista' jiġi konkluż li, għalkemm il-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw baqgħet soda tul il-perjodu kkunsidrat, hija bdiet tiddeterjora lejn tmiem dak il-perjodu, b'mod partikolari matul il-PIR. Kif muri mit-Tabella 11, il-profittabbilità tal-bejgħ fl-UE naqset b'mod sinifikanti u l-fluss tal-flus iġġenerat mill-industrija tal-Unjoni kien aktar baxx mill-valur tal-investimenti, hekk li jindikaw li l-industrija kellha tirrikorri għal finanzjament estern fil-PIR.

    (135)

    Fl-istess ħin, ġie rrapportat tħassib dwar l-abbiltà li jinġabar kapital. Dan il-fattur jista' jikkostitwixxi element kritiku ta' fraġilità tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti, huwa probabbli li l-industrija tal-Unjoni jkollha l-problemi biex issib il-mezzi finanzjarji biex taffaċċja r-ritorn ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati u għal darba oħra tista' tiġi mitfugħa fi ħsara serja fi żmien qasir ħafna. Dan huwa ta' tħassib partikolari għall-SMEs li huma parti mill-industrija tal-Unjoni.

    (g)   L-istokkijiet

    (136)

    Għalkemm il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw żdied bi 32 % bejn l-2009 u l-PIR, huwa naqas bi proporzjon għal-livelli ta' produzzjoni u mhuwiex ikkunsidrat mill-produtturi bħala għoli b'mod anormali.

    Tabella 12

    Stokk tal-għeluq

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    Stokk tal-għeluq (tunnellati)

    23 946

    21 214

    26 117

    31 504

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    89

    109

    132

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (h)   Spejjeż tax-xogħol

    (137)

    Filwaqt li l-għadd ta' nies impjegati mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw żdied bi kważi 50 % fil-perjodu kkunsidrat, il-pagi medji baqgħu stabbli tagħhom f'dan il-perjodu.

    Tabella 13

    Spejjeż tax-xogħol

     

    2009

    2010

    2011

    PIR

    Spejjeż tax-xogħol medji għal kull impjegat

    (EUR)

    29 705

    30 296

    28 991

    29 837

    Indiċi (2009 = 100)

    100

    102

    98

    100

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

    (138)

    L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet ta' prodotti li huma l-oġġett ta' dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati naqset fis-suq tal-Unjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali fl-2008. Dan ippermetta lill-industrija tal-Unjoni tikseb livell għoli ta' produzzjoni, iżżid il-volum tal-bejgħ tagħha, is-sehem mis-suq u l-profittabbiltà u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja globali tagħha.

    (139)

    Huwa għalhekk konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-PIR. Madankollu, minħabba t-tnaqqis fil-konsum u d-deterjorament f'ċerti indikaturi finanzjarji matul il-PIR bħall-profittabbilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha vulnerabbli.

    F.   Il-PROBABBILTÀ TAR-RIKORRENZA TAL-ĦSARA

    1.   Kummenti preliminari

    (140)

    Biex tiġi evalwata l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-impatt potenzjali tal-importazzjonijiet Ċiniżi u Russi fis-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni kien analizzat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku.

    (141)

    L-analiżi ffokat fuq ix-xejra tal-konsum tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità żejda, il-flussi tal-kummerċ u l-ġibda tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-prezzijiet tal-pajjiżi kkonċernati.

    2.   Il-konsum fl-Unjoni

    (142)

    Il-konsum tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni naqas b' 10 % fil-PIR meta mqabbel mas-sena ta' qabel. Dan, fl-istess ħin, huwa tnaqqis ta' aktar minn 25 % meta mqabbel mal-livell ta' qabel il-kriżi tal-2007. Il-waqgħa fil-konsum tal-prodott ikkonċernat hija kkawżata minn tnaqqis fil-produzzjoni tal-azzar fl-Unjoni u jista' jkun mistenni tnaqqis ulterjuri fis-snin li ġejjin. Dan se jkun ta' sfida għall-industrija tal-Unjoni li se tkun taffronta ambjent kompetittiv ħafna. Huwa għalhekk ikkunsidrat li l-preżenza ta' importazzjonijiet dumped bi prezz baxx mir-RPĊ u r-Russja ma tistax tiġi tollerata. Hija se teżerċita pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet fis-suq u ser tfixkel il-kompetizzjoni u bħala konsegwenza se tikkawża ħsara materjali sostanzjali għall-produtturi tal-Unjoni.

    3.   Il-kapaċità żejda, il-flussi tal-kummerċ u l-ġibda tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-prezzijiet tal-pajjiżi kkonċernati

    (a)   Ir-RPĊ

    (143)

    Għandu jkun innutat li l-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ huwa stmat fl-ammont ta' 10-11 miljun tunnellata, li hija ogħla mill-konsum globali ta' FeSi. Fl-istess ħin l-użu tal-kapaċità globali jilħaq madwar 50 %.

    (144)

    L-esportazzjoni globali Ċiniża ta' FeSi kienet relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, f'livell ta' 0,8 miljun tunnellata. Dan il-livell ta' esportazzjonijiet huwa prinċipalment riżultat ta' restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni kif deskritt fil-premessa (41). Madankollu, l-Unjoni ma għandha l-ebda kontroll fuq dawn il-mekkaniżmi u r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni jistgħu jitneħħew mill-gvern Ċiniż fi kwalunkwe ħin, li jħalli s-suq tal-Unjoni taħt theddida serja li jinfaqa' bl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina.

    (145)

    Anke jekk ir-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni jibqgħu mhux mimsusa, għandu jiġi enfasizzat li l-volumi attwali ta' esportazzjonijiet globali Ċiniżi huma ogħla mill-konsum totali fl-Unjoni.

    (146)

    Jeżistu raġunijiet għaliex wieħed jista' jistenna, bħala konsegwenza tal-attrazzjoni tas-suq tal-UE deskritta fil-premessi (40 — 49) hawn fuq, li jekk il-miżuri jitħassru mill-inqas parti mill-esportazzjoni Ċiniża attwali tiġi diretta mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni, speċjalment li dalwaqt se tilħaq kompetizzjoni addizzjonali fis-swieq Asjatiċi tradizzjonali tagħha minħabba l-iżvilupp ta' kapaċità ta' produzzjoni addizzjonali fil-Malasja kif spjegat fil-premessa (44) hawn fuq.

    (147)

    L-iskadenza tad-dazji tal-anti-dumping flimkien ma' iktar kompetizzjoni ħarxa fl-Asja żgur se jagħmlu s-suq tal-Unjoni mira attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. F'dan il-kuntest jiġi mfakkar li qabel l-impożizzjoni tal-miżuri ċ-Ċina kienet esportatur ewlieni lejn is-suq tal-Unjoni.

    (148)

    Fl-aħħar nett, il-livell attwali tal-prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniża, il-kobor tal-marġni tad-dumping misjub, u l-eżistenza ta' twaqqigħ tal-prezz sinifikanti jikkonferma li fin-nuqqas tal-miżuri tal-anti-dumping kompetizzjoni inġusta mill-esportazzjoni Ċiniża rikorrenti twassal għal ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

    (b)   Ir-Russja

    (149)

    Matul l-investigazzjoni tar-rieżami kien stabbilit li l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-Russja matul il-PIR kien jammonta għal 633 elf tunnellata filwaqt li l-kapaċità ta' produzzjoni huwa stmat għal 900 elf tunnellata. Dan iħalli madwar 267 elf tunnellata ta' kapaċità żejda, li fiha nfisha hija biżżejjed biex tipprovdi terz tad-domanda tal-Unjoni.

    (150)

    Fir-rigward tal-esportazzjoni Russa tal-prodott ikkonċernat għandu jiġi nnutat li r-Russja bħalissa qed tesporta 73 % tal-produzzjoni tagħha. Minbarra l-Unjoni, is-swieq ta' esportazzjoni tradizzjonali l-oħra tagħha huma l-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel. Minħabba ż-żieda fil-kompetizzjoni fuq is-swieq Asjatiċi, kif deskritta fil-premessa (44) hawn fuq, hemm indikazzjonijiet qawwija li l-biċċa l-kbira ta' dawn il-flussi kummerċjali se jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni f'każ li jitħassru l-miżuri tal-anti-dumping. Dan l-effett jista' jkun aċċentwat iktar jekk l-investigazzjoni tal-antidumping tal-Istati Uniti attwali dwar l-importazzjonijiet mir-Russja (bħala riżultat tal-investigazzjoni mibdija f'Lulju 2013) twassal għall-impożizzjoni tal-miżuri.

    (151)

    Fuq dan il-punt, produttur esportatur mir-Russja stqarr li l-impożizzjoni tad-dazji fl-Istati Uniti fuq il-ferrosiliċju li joriġina mir-Russja hija improbabbli. Numru ta' sejbiet mhux uffiċjali minn investigazzjoni attwali ġew ipprovduti sabiex jappoġġjaw din l-istqarrija. Madankollu, il-produttur ma jipprovdi l-ebda evidenza dokumentata li tappoġġja l-istqarrijiet tiegħu u peress li l-investigazzjoni tal-antidumping tal-Istati Uniti nbdiet u għada għaddejja, ma tistax tiġi eskluża impożizzjoni tal-miżuri.

    (152)

    L-iskadenza tad-dazji tal-anti-dumping flimkien ma' kompetizzjoni iktar ħarxa fis-swieq prinċipali ta' esportazzjoni tagħhom se jagħmlu s-suq tal-Unjoni mira attraenti għall-esportaturi Russi. F'dan il-kuntest qed jiġi mfakkar li qabel l-impożizzjoni tal-miżuri r-Russja kienet esportatur ewlieni lejn is-suq tal-Unjoni u għadha preżenti minkejja ħames snin tal-miżuri.

    (153)

    Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li t-theddida Russa f'termini ta' volumi hi supplimentata bil-politika tal-prezzijiet tagħha fis-swieq tal-esportazzjoni tagħha. Kemm l-investigazzjoni oriġinali u kemm ir-rieżami ta' skadenza attwali wrew li l-prattiki ta' dumping Russi jidhru li huma strutturali: il-prezz ta' esportazzjoni tiegħu huwa sistematikament taħt dak tas-suq domestiku Russu. Barra minn hekk, l-investigazzjoni attwali tikkonferma li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi għadhom qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni.

    4.   Konklużjoni

    (154)

    Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni, jiġifieri l-kapaċità żejda disponibbli fil-pajjiżi kkonċernati, il-kontinwazzjoni tad-dumping u l-kapaċità limitata tal-esportaturi Ċiniżi u Russi li jbigħu fis-swieq ta' pajjiżi terzi ewlenin oħra li żżid l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li r-revoka tal-miżuri tista' ddgħajjef il-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq prinċipali tagħhom u l-ħsara mġarrba terġa' sseħħ minħabba importazzjonijiet Ċiniżi u Russi probabbli bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

    (155)

    Ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li t-titjib tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-miżuri fis-seħħ tibqa' jew tissaħħaħ jekk il-miżuri jiġu revokati. Għall-kuntrarju, hemm kundizzjonijiet favorevoli għal bidla probabbli tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping u f'volumi konsiderevoli u li x'aktarx jipperikolaw l-iżviluppi pożittivi li ntlaħqu fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet dumped probabbli x'aktarx ikunu jistgħu jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u jġegħluha titlef sehem mis-suq u bħala konsegwenza jkollhom impatt negattiv fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni li għadha vulnerabbli.

    (156)

    Fuq dan il-punt, irċevejna kumment minn produttur esportatur Russu, li jargumenta li r-rikorrenza ta' ħsara ma tistax tkun ibbażata fuq is-sempliċi possibilità ta' rikorrenza ta' ħsara, iżda iktar minn hekk fuq il-probabilità tagħha. Madankollu, l-investigazzjoni wriet serje ta' elementi fattwali, inkluż il-fatt li prattiċi tad-dumping minn produtturi Russi ma waqfux jeżistu, u l-eżistenza ta' kapaċità żejda fir-Russja. Barra minn hekk, huwa fatt li l-konsum tal-Unjoni huwa iktar baxx matul il-PIR minn qabel l-investigazzjoni oriġinali. Fl-aħħar nett, fuq livell globali, hija mistennija iktar produzzjoni tal-prodott, speċjalment fis-suq Asjatiku. Dawn l-elementi ikkunsidrati f'daqqa jwasslu għal ċertezza raġonevoli li, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-industrija tal-Unjoni terġa' tbati minn ħsara mill-importazzjonijiet dumped.

    G.   INTERESS TAL-UNJONI

    1.   Introduzzjoni

    (157)

    Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

    (158)

    Minħabba li din l-investigazzjoni hija rieżami tal-miżuri eżistenti, hija ppermettiet l-evalwazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux mistħoqq tal-miżuri tal-antidumping eżistenti fuq il-partijiet interessati.

    2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    (159)

    Ġie konkluż fil-premessa (154) hawn fuq li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorazzjoni serja tas-sitwazzjoni tagħha fil-każ li l-miżuri tal-anti-dumping jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri għandha tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni minħabba li l-produtturi tal-Unjoni għandhom ikunu kapaċi jżommu l-volumi tagħhom tal-bejgħ, is-sehem fis-suq, il-profittabbilità u s-sitwazzjoni ekonomika pożittiva ġenerali tagħhom. B'kuntrast, il-waqfien tal-miżuri jhedded serjament il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni għax hemm raġunijiet biex wieħed jistenna bidla tal-importazzjonijiet Ċiniżi u Russi lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping u f'volumi konsiderevoli li jikkawżaw rikorrenza ta' ħsara.

    3.   Interess tal-utenti

    (160)

    Fir-rieżami attwali, il-Kummissjoni rċeviet kooperazzjoni minn għaxar utenti fl-Unjoni (funderiji u produtturi tal-azzar). Erbgħa mit-tweġibiet kienu jikkonsistu minn kummenti ġenerali filwaqt li sitta biss inkludew tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju. Abbażi ta' din id-dejta ġie stabbilit li l-ispiża tal-prodott ikkonċernat għandu medja tal-impatt ta' madwar 1 % fuq l-ispiża totali tal-produzzjoni tal-utenti, u ma tilħaqx 2 % għall-ebda utent li kkoopera. Għalhekk, għalkemm uħud mill-utenti kienu qed jagħmlu telf matul l-2011 u l-PIR, dan ma jistax jiġi attribwit għall-eżistenza tad-dazji tal-anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' FeSi.

    (161)

    Għandu jitqies li s-sehem mis-suq taċ-Ċina u r-Russja waqt l-investigazzjoni oriġinali kien madwar 40 % tas-suq tal-Unjoni, u d-dazji għal dawn iż-żewġ pajjiżi jvarjaw minn 15,6 % sa 31,2 %. Għalhekk, l-impatt potenzjali ta' skadenza tad-dazji jista' jiġi stmat bħala ffrankar tal-ispejjeż fuq medja mhux ogħla minn 0,1 % (ikkalkulata abbażi tas-sehem mis-suq ta' 40 % għall-pajjiżi fejn japplikaw il-miżuri u medja tad-dazju ad valorem ta' 20 %). Għal din ir-raġuni, huwa improbabbli li l-iskadenza tad-dazju jista' jkollha effett fuq ir-redditu lejn il-profittabbilità tal-utenti li jkunu ġarrbu telf matul l-aħħar sentejn tal-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, minħabba n-natura tal-prodott kif ukoll minħabba d-diversi sorsi ta' provvisti disponibbli fis-suq, l-utenti jistgħu faċilment jibdlu l-fornitur.

    4.   Interess tal-importaturi

    (162)

    L-importaturi kollha magħrufa ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami. L-ebda importatur tal-prodott ikkonċernat ma wieġeb għall-kwestjonarju dwar it-teħid tal-kampjuni mehmuż mal-avviż ta' bidu. L-investigazzjoni żvelat li l-importaturi jistgħu faċilment jixtru minn sorsi differenti li huma attwalment disponibbli fis-suq, b'mod partikolari mill-industrija tal-Unjoni u minn esportaturi ewlenin ta' pajjiżi terzi li jbigħu bi prezzijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta' interess mill-importaturi, ġie konkluż li ma jkunx kontra l-interess tagħhom li jinżammu l-miżuri.

    5.   Konklużjoni

    (163)

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri tal-antidumping attwali.

    H.   MIŻURI TAL-ANTIDUMPING

    (164)

    Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

    (165)

    Minn dak li ntqal hawn fuq, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw fir-RPĊ u r-Russja, imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008 għandhom jibqgħu fis-seħħ.

    (166)

    Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta' evażjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f'dan il-każ biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji tal-antidumping. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw biss għal kumpaniji li għalihom tkun introdotta rata individwali tad-dazju, jinkludu dan li ġej: il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b'tali fattura gћandhom ikunu suġġetti gћad-dazju tal-antidumping residwu li japplika gћall-produtturi l-oћra kollha,

    (167)

    Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ma tax opinjoni.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B'dan qed jiġi impost dazju tal-anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ferrosiliċju, li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċijiet NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja.

    2.   Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiva applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Rata tad-dazju tal-Anti-Dumping (%)

    Kodiċi Addizzjonali TARIC

    Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    Erdos Xijin Kuangye Co. Ltd., Qipanjing Industry Park

    15,6

    A829

    Lanzhou Good Land Ferroalloy Factory Co., Ltd., Xicha Villa

    29,0

    A830

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    31,2

    A999

    Ir-Russja

    Bratsk Ferroalloy Plant, Bratsk

    17,8

    A835

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    22,7

    A999

    3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseħħ bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura ta' dan it-tip, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.

    4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  ĠU L 55, 28.2.2008, p. 6.

    (3)  ĠU L 351, 30.12.2009, p. 1.

    (4)  ĠU L 22, 25.1.2012, p. 1.

    (5)  ĠU C 186, 26.6.2012,p. 8.

    (6)  ĠU C 58, 28.2.2013, p. 15.

    (7)  B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1) li jikkonċerna l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament għandha s-sjieda, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-istokk jew tal-ishma bid-dritt għall-vot tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jinsabu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament, jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk ulied l-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F'dan il-kuntest “opersuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

    (8)  Kawża C-260/84, Minebea Company Limited v Council of the European Communities, paragrafu 37.

    (9)  Kawża T-249/06, Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT) u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT) v Council [2009] ġabra II-00383. Id-deċiżjoni kienet sussegwentement sostnuta mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq appell fil-Kawżi Konġunti C-191/09 P u C-200/09 P.


    ANNESS

    Għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

    (1)

    L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

    (2)

    Id-dikjarazzjoni li ġejja:

    “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' ferrosiliċju mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fil-(pajjiż) ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”

    Data u firma


    Top