Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0304

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2014 tal- 25 ta’ Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal- Enterococcus faecium NCIMB 10415, l- Enterococcus faecium DSM 22502 u l- Pediococcus acidilactici CNCM I-3237 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 90, 26.3.2014, p. 8–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2024; Imħassar b' 32024R2441

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/304/oj

    26.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 90/8


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 304/2014

    tal-25 ta’ Marzu 2014

    dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415, l-Enterococcus faecium DSM 22502 u l-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi tal-annimali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti tat-tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 10(1) sa (4) tiegħu, jistipula d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti li kienu jintużaw bħala addittivi tas-silaġġ fl-Unjoni dakinhar li daħal fis-seħħ dak ir-Regolament.

    (2)

    Skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjonijiet tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415, l-Enterococcus faecium DSM 22502 u l-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237 kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti li jiffurmaw parti mill-grupp funzjonali tal-addittivi tas-silaġġ, għal kull speċi tal-annimali.

    (3)

    Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet biex dawk il-preparazzjonijiet jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi tal-annimali, u ntalab li dawn l-addittivi jitniżżlu fil-kategorija tal-“addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali tal-“addittivi tas-silaġġ”. Ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Fl-opinjonijiet tagħha tat-23 ta’ Mejju 2012 (2), tal-10 ta’ Settembru 2013 (3) u tal-10 ta’ Ottubru 2013 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu tagħhom, il-preparazzjonijiet ikkonċernati ma għandhom l-ebda effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415, l-Enterococcus faecium DSM 22502 u l-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237 għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tas-silaġġ. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ikkonċernati turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Billi r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni immedjata tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jkun permess perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjoni

    Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi tal-“addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali tal-“addittivi tas-silaġġ”, huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Miżuri ta’ tranżizzjoni

    Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fih dawn il-preparazzjonijiet, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel il-15 ta’ Ottubru 2014 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-15 ta’ April 2014, jistgħu jibqgħu jitqegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jintużaw il-ħażniet eżistenti kollha.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  The EFSA Journal 2012; 10(6):2733.

    (3)  The EFSA Journal 2013; 11(10):3363.

    (4)  The EFSA Journal 2013; 11(10):3436.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ materjal frisk

    Il-kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Il-grupp funzjonali tal-addittivi tas-silaġġ

    1k20601

    Enterococcus faecium

    NCIMB 10415

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni tal-Enterococcus faecium

    NCIMB 10415 li fiha ammont minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g tal-addittiv.

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Ċelloli vijabbli tal-Enterococcus faecium

    NCIMB 10415.

     

    Il-metodu analitiku  (1)

    In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar tal-“Bile Esculine Azide” (EN 15788).

    L-identifikazzjoni: l-elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

    L-ispeċijiet kollha tal-annimali

    1.

    Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

    2.

    Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

    3.

    Għas-sikurezza: huwa rrakkomandat li waqt l-immaniġġjar jintużaw il-protezzjoni għall-imnifsejn u għall-għajnejn u l-ingwanti.

    Il-15 ta’ April 2024

    1k20602

    Enterococcus faecium

    DSM 22502

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni tal-Enterococcus faecium

    DSM 22502 li fiha ammont minimu ta’ 1 × 1011 CFU/g tal-addittiv.

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Ċelloli vijabbli tal-Enterococcus faecium

    DSM 22502.

     

    Il-metodu analitiku  (1)

    In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar tal-“Bile Esculine Azide” (EN 15788).

    L-identifikazzjoni: l-elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

    L-ispeċijiet kollha tal-annimali

     

     

     

    1.

    Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

    2.

    Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

    3.

    Għas-sikurezza: huwa rrakkomandat li waqt l-immaniġġjar jintużaw il-protezzjoni għall-imnifsejn u għall-għajnejn u l-ingwanti.

     

    1k21009

    Pediococcus acidilactici

    CNCM I-3237

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni tal-Pediococcus acidilactici

    CNCM I-3237 li fiha ammont minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g tal-addittiv.

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Ċelloli vijabbli tal-Pediococcus acidilactici

    CNCM I-3237.

     

    Il-metodu analitiku  (1)

    In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15786).

    L-identifikazzjoni: l-elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

    L-ispeċijiet kollha tal-annimali

    1.

    Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

    2.

    Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 5 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

    3.

    Għas-sikurezza: huwa rrakkomandat li waqt l-immaniġġjar jintużaw il-protezzjoni għall-imnifsejn u għall-għajnejn u l-ingwanti.

    Il-15 ta’ April 2024


    (1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


    Top