This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0066
Commission Regulation (EU) No 66/2014 of 14 January 2014 implementing Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council with regard to ecodesign requirements for domestic ovens, hobs and range hoods Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal- 14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal- 14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 29, 31.1.2014, p. 33–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/01/2017
31.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/33 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 66/2014
tal-14 ta’ Jannar 2014
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttivao2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/125/KE teżiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib minħabba d-disinn tagħhom f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi. |
(2) |
L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li tkun ikkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżuri ta’ implimentazzjoni għall-prodotti li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħall-apparat domestiku, fosthom il-fran, il-ħobbs u l-estratturi tal-kukers. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet studji ta’ tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-apparat domestiku tat-tisjir bħall-fran, il-ħobbs u l-estratturi tal-kukers. F’dawn l-istudji kienu involuti l-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(4) |
L-aspett ambjentali ewlieni tal-prodotti koperti li ġie identifikat bħala sinifikanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu. |
(5) |
Il-modalità Stennija u l-modalità Mitfi jistgħu jwasslu għal ħafna mill-konsum totali tal-enerġija tal-apparat domestiku tat-tisjir bħall-fran, il-ħobbs u l-estratturi tal-kukers. Għal apparat bħal dan, il-konsum tal-enerġija f’dawn il-modalitajiet huwa parti mir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija. Ir-rekwiżiti għall-fran domestiċi u għall-ħobbs domestiċi fil-modalità Stennija u fil-modalità Mitfi huma stabbiliti abbażi tar-rekwiżiti tal-ekodisinn mogħtija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija (2). |
(6) |
Il-konsum annwali tal-enerġija tal-fran domestiċi, tal-ħobbs domestiċi u tal-estratturi tal-kukers domestiċi ġie stmat li huwa ta’ 755 PJ (għall-konsum tal-enerġija primarja) fl-UE fl-2010. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-enerġija mistenni jkun ta’ 779 PJ fl-2020. L-istudji ta’ tħejjija juru li l-konsum tal-enerġija ta’ dawn il-prodotti jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti. |
(7) |
Flimkien, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dan ir-Regolament u r-rekwiżiti tat-tikkettar mogħtija fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 (3), huma mistennija jwasslu għal iffrankar annwali tal-enerġija primarja ta’ 27 PJ fis-sena fl-2020, li se jiżdied għal iffrankar ta’ 60 PJ fis-sena sal-2030. |
(8) |
L-istudji ta’ tħejjija juru li r-rekwiżiti marbutin mal-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmijin fil-punt 1.3 tal-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex meħtieġa minħabba li l-konsum tal-gass u tal-elettriku tal-apparat domestiku tat-tisjir bħall-fran, il-ħobbs u l-estratturi tal-kukers fil-fażi tal-użu huwa l-iktar aspett ambjentali sinifikanti. |
(9) |
Il-prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament għandhom isiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji kosteffettivi eżistenti li jistgħu jnaqqsu l-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta’ dawn il-prodotti. |
(10) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m’għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent aħħari u m’għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. B’mod partikulari, il-benefiċċji tat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija waqt il-fażi tal-użu għandhom ipattu sew għal kull impatt ambjentali addizzjonali li jista’ jkun hemm waqt il-fażi tal-produzzjoni tal-prodott u meta dan ikun qed jintrema. |
(11) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu bil-mod il-mod fi tliet fażijiet, sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. Skeda taż-żmien bħal din għandha tevita kull impatt negattiv fuq il-funzjonalità tat-tagħmir li jkun diġà fis-suq u għandha tqis l-impatt tal-kostijiet li l-utenti aħħarin u l-manifatturi jkollhom iħallsu, b’mod partikulari l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li tiżgura l-kisba f’waqtha tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(12) |
Il-parametri tal-prodott għandhom jitkejlu u jiġu kkalkulati permezz ta’ metodi li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (4). |
(13) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema huma l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità li japplikaw. |
(14) |
Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(15) |
Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kompetizzjoni ġusta, u bil-għan li jinkiseb l-iffrankar maħsub tal-enerġija u li l-konsumaturi jingħataw tagħrif preċiż dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jagħmilha ċara li t-tolleranzi preskritti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq meta jkunu qed iwettqu testijiet fiżiċi biex jistabbilixxu jekk mudell speċifiku ta’ prodott relatat mal-enerġija huwiex konformi ma’ dan ir-Regolament jew le, m’għandhomx jintużaw mill-manifatturi bl-iskop li jiddikjaraw prestazzjoni aktar favorevoli tal-mudell minn dik li jistgħu jiġġustifikaw il-kejl u l-kalkoli mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott. |
(16) |
Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati valuri indikattivi ta’ referenza għall-apparat bl-aqwa prestazzjoni disponibbli fis-suq sabiex ikun żgurat li t-tagħrif dwar l-aspetti ambjentali l-iktar rilevanti għall-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom ikun disponibbli b’mod wiesa’ u jkun aċċessibbli faċilment. |
(17) |
Huwa xieraq li tiġi prevista analiżi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku, u b’mod partikulari kemm l-approċċ użat biex tiġi stabbilita l-effiċjenza enerġetika tal-fran huwa xieraq u effettiv. |
(18) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta’ fran domestiċi (inklużi dawk li jkunu integrati fil-kukers), ħobbs domestiċi u estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, ukoll meta dawn jinbiegħu għal għanijiet mhux domestiċi.
2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika:
(a) |
għall-apparat li juża sorsi tal-enerġija oħrajn minbarra l-elettriku jew il-gass; |
(b) |
għall-apparat li jkun fih il-funzjoni tat-“tisħin tal-ikel bil-majkrowejv”; |
(c) |
għall-fran iż-żgħar; |
(d) |
għall-fran portabbli; |
(e) |
għall-fran li jaħdmu bil-ħżin tas-sħana; |
(f) |
għall-fran li jissaħħnu bil-fwar bħala l-mezz ewlieni tat-tisħin tagħhom; |
(g) |
għall-berners mgħottijin tal-gass fil-ħobbs; |
(h) |
għall-apparat għat-tisjir għall-użu fuq barra; |
(i) |
għall-apparat maħsub biex jaħdem biss bil-gassijiet tat-“tielet familja” (il-propan u l-butan); |
(j) |
għall-grillijiet. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“forn” tfisser apparat, jew parti minn apparat, li jkun fih kavità waħda jew aktar u li jaħdem bil-gass u/jew bl-elettriku, li fih jitħejja l-ikel billi tintuża l-modalità Konvenzjonali jew il-modalità Fann mixgħul; |
(2) |
“kavità” tfisser kompartiment magħluq li fih it-temperatura tista’ tiġi kkontrollata għall-preparazzjoni tal-ikel; |
(3) |
“forn b’diversi kavitajiet” tfisser forn li jkollu żewġ kavitajiet jew aktar, li kull waħda minnhom tissaħħan b’mod separat; |
(4) |
“forn żgħir” tfisser forn li fih il-kavitajiet kollha jkunu wesgħin u fondi inqas minn 250 millimetru jew ikunu għoljin inqas minn 120 millimetru; |
(5) |
“forn portabbli” tfisser forn li ma jiżinx iktar minn 18-il kilogramm, sakemm dan ma jkunx iddisinjat għall-installazzjonijiet inkorporati; |
(6) |
“tisħin tal-ikel bil-majkrowejv” tfisser it-tisħin tal-ikel bl-użu tal-enerġija elettromanjetika; |
(7) |
“modalità Konvenzjonali” tfisser il-modalità Mħaddem ta’ forn li juża l-konvezzjoni naturali biss għaċ-ċirkulazzjoni tal-arja msaħħna fil-kavità tal-forn; |
(8) |
“modalità Fann mixgħul” tfisser modalità li fiha fann inkorporat jiċċirkola l-arja msaħħna ġol-kavità tal-forn; |
(9) |
“ċiklu” tfisser il-perjodu tat-tisħin ta’ tagħbija standardizzata f’kavità tal-forn f’kundizzjonijiet iddefiniti; |
(10) |
“kuker” tfisser apparat magħmul minn forn u ħobb li jaħdmu bil-gass jew bl-elettriku; |
(11) |
“modalità Mħaddem” tfisser l-istatus tal-forn jew tal-ħobb waqt l-użu; |
(12) |
“sors tas-sħana” tfisser il-forma ewlenija tal-enerġija għat-tisħin ta’ forn jew ta’ ħobb; |
(13) |
“ħobb tal-elettriku” tfisser apparat, jew parti minn apparat, li jkun fih żona waħda jew iktar tat-tisjir u/jew erja waħda jew iktar tat-tisjir, inkluża unità ta’ kontroll, u li jkun jissaħħan bl-elettriku; |
(14) |
“ħobb tal-gass” tfisser apparat, jew parti minn apparat, li jkun fih żona waħda jew iktar tat-tisjir, inkluża unità ta’ kontroll, u li jkun jissaħħan bl-użu ta’ berners tal-gass b’qawwa minima ta’ 1,16 kW; |
(15) |
“ħobb” tfisser “ħobb tal-elettriku”, “ħobb tal-gass” jew “ħobb imħallat”; |
(16) |
“berners mgħottijin tal-gass” tfisser berners magħluqin jew issiġillati tal-kukers tal-gass, mgħottijin bi ħġieġa b’saħħitha jew b’għatu taċ-ċeramika li jifforma wiċċ lixx għat-tisjir; |
(17) |
“ħobb imħallat” tfisser apparat li jkollu żona jew erja waħda jew iktar tat-tisjir li tkun tissaħħan bl-elettriku u żona waħda jew iktar tat-tisjir li tkun tissaħħan bl-użu ta’ berners tal-gass; |
(18) |
“żona tat-tisjir” tfisser parti minn ħobb li jkollha dijametru ta’ mill-inqas 100 millimetru, li fuqha jitqiegħdu u jissaħħnu, wieħed wieħed, ir-reċipjenti għat-tisjir; l-erja taż-żona tat-tisjir tista’ tkun immarkata b’mod ċar fuq wiċċ il-ħobb; |
(19) |
“erja tat-tisjir” tfisser parti minn erja ta’ ħobb tal-elettriku li tissaħħan bl-użu ta’ kamp manjetiku indott, li fuqha jitqiegħdu r-reċipjenti għat-tisjir biex jissaħħnu mingħajr marki viżibbli għalihom u li fuqha jistgħu jintużaw diversi reċipjenti għat-tisjir fl-istess ħin; |
(20) |
“estrattur tal-kukers” tfisser apparat li jaħdem b’mutur li huwa stess jikkontrolla, li huwa maħsub biex jiġbor l-arja kkontaminata minn fuq ħobb jew li jinkludi sistema ta’ estrazzjoni tal-arja ‘l isfel maħsuba biex tiġi installata maġenb il-kukers, il-ħobbs jew apparat simili għat-tisjir, li tiġbed il-fwar ‘l isfel għal ġo pajp tal-egżost li jkun jinsab fuq ġewwa; |
(21) |
“modalità Funzjonament awtomatiku matul il-perjodu tat-tisjir” tfisser qagħda li fiha l-fluss tal-arja tal-estrattur tal-kukers matul il-perjodu tat-tisjir ikun ikkontrollat b’mod awtomatiku permezz ta’ sensur (jew sensuri), fosthom b’rabta mal-umdità, mat-temperatura, eċċ.; |
(22) |
“estrattur tal-kukers kompletament awtomatiku” tfisser estrattur tal-kukers li fih il-fluss tal-arja u/jew il-funzjonijiet l-oħra huma kkontrollati b’mod awtomatiku permezz ta’ sensur (jew sensuri) matul 24 siegħa, inkluż waqt il-perjodu tat-tisjir; |
(23) |
“il-punt tal-effiċjenza massima” (BEP) tfisser il-punt tat-tħaddim tal-estrattur tal-kukers li fih ikun hemm l-effiċjenza fluwidodinamika massima (FDEestrattur); |
(24) |
“luminazzjoni medja” (Emedja) tfisser il-luminazzjoni medja li tagħti s-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers fuq il-wiċċ għat-tisjir, imkejla f’lux; |
(25) |
“modalità Mitfi” tfisser qagħda li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni, jew jipprovdi biss indikazzjoni ta’ qagħda ta’ modalità Mitfi, jew jipprovdi biss funzjonijiet maħsubin biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
(26) |
“modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, li tista’ ddum għaddejja għal tul taż-żmien mhux definit; |
(27) |
“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħrajn, fosthom il-modalità attiva, permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, li jkun jinkludi kontroll mill-bogħod, sensur intern jew kronometru, għal qagħda li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, fosthom il-funzjoni ewlenija; |
(28) |
“turija tal-informazzjoni jew tal-istatus” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-istatus tat-tagħmir fuq skrin, inkluż il-ħin; |
(29) |
“utent aħħari” tfisser konsumatur li jkun qed jixtri prodott jew li jkun mistenni jixtrih; |
(30) |
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi bħal dawk ta’ mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur jew mill-istess importatur b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti. |
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien
1. L-Anness I jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi, inkluża l-iskeda taż-żmien marbuta magħhom.
2. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
2. Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fih kopja tal-kalkolu stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
3. F’każ li t-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell ikun inkiseb permezz ta’ kalkolu magħmul abbażi tad-disinn jew permezz ta’ estrapolazzjoni minn apparat ekwivalenti ieħor, jew permezz tat-tnejn li huma, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tat-tali kalkoli jew tat-tali estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn li huma, u tat-testijiet li l-manifatturi jkunu wettqu sabiex jivverifikaw kemm dawn il-kalkoli li jkunu saru huma preċiżi. F’dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha li għalihom it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod.
4. Jekk il-manifattur jew l-importatur iqiegħed fis-suq mudelli ekwivalenti, huwa għandu jinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Valuri indikattivi ta’ referenza
L-Anness IV jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta’ referenza għall-apparat li jkun disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollu l-aqwa prestazzjoni.
Artikolu 7
Analiżi
Sa mhux aktar tard minn seba’ snin wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizzah fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultat ta’ din l-analiżi lill-Forum ta’ Konsultazzjoni. Din l-analiżi għandha tinkludi valutazzjoni, fost l-oħrajn, tal-fattibbiltà tar-rekwiżiti potenzjali biex jitjiebu l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-apparat, tar-rekwiżiti ta’ kemm idum iservi l-apparat u tat-tul ta’ ħajja tiegħu, tal-inklużjoni tal-apparat professjonali u kummerċjali u tar-rekwiżiti għat-tneħħija tad-dħaħen u l-irwejjaħ.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu jibda japplika minn sena wara li jidħol fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.
(3) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(5) Id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24).
ANNESS I
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. IR-REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA, IR-REKWIŻITI TAL-FLUSS TAL-ARJA U R-REKWIŻITI TAL-LUMINAZZJONI
1.1. Għall-fran domestiċi
Il-kavitajiet tal-fran domestiċi (inklużi dawk li jkunu integrati fil-kukers) għandhom ikunu konformi mal-valuri massimi ta’ limitu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika mogħtija fit-Tabella 1.
It-Tabella 1
Il-valuri ta’ limitu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kavitajiet tal-fran domestiċi (EEIkavità)
|
Fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass |
Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament |
EEIkavità < 146 |
Minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament |
EEIkavità < 121 |
Minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament |
EEIkavità < 96 |
Fil-każ tal-fran b’diversi kavitajiet (inklużi dawk li jkunu integrati fil-kukers), minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, tal-inqas waħda mill-kavitajiet għandha tkun konformi mal-indiċi massimu tal-effiċjenza enerġetika mogħti fit-Tabella 1 kif applikabbli minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, filwaqt li l-kavitajiet l-oħra għandhom ikunu konformi mal-indiċi massimu tal-effiċjenza enerġetika mogħti fit-Tabella 1 kif applikabbli minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.
1.2. Għall-ħobbs domestiċi
Il-ħobbs domestiċi jrid ikollhom il-valuri massimi ta’ limitu tal-konsum tal-enerġija għall-ħobbs tal-elettriku (ECħobb tal-elettriku) u l-valuri minimi ta’ limitu tal-effiċjenza enerġetika għall-ħobbs tal-gass (EEħobb tal-gass) mogħtija fit-Tabella 2.
It-Tabella 2
Il-valuri ta’ limitu tal-prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika għall-ħobbs domestiċi (ECħobb tal-elettriku u EEħobb tal-gass)
|
Ħobb tal-elettriku (ECħobb tal-elettriku f’Wh għal kull kilogramm.) |
Ħobb tal-gass (EEħobb tal-gass f’perċentwali) |
Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament |
ECħobb tal-elettriku < 210 |
EEħobb tal-gass > 53 |
Minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament |
ECħobb tal-elettriku < 200 |
EEħobb tal-gass > 54 |
Minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament |
ECħobb tal-elettriku < 195 |
EEħobb tal-gass > 55 |
1.3. Għall-estratturi tal-kukers domestiċi
1.3.1. L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur) u l-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)
L-estratturi tal-kukers domestiċi irid ikollhom il-valuri massimi ta’ limitu għall-EEIestrattur u l-valuri minimi ta’ limitu għall-FDEestrattur mogħtija fit-Tabella 3.
It-Tabella 3
L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur) u l-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur) għall-estratturi tal-kukers domestiċi
|
EEIestrattur |
FDEestrattur |
Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament |
EEIestrattur < 120 |
FDEestrattur > 3 |
Minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament |
EEIestrattur < 110 |
FDEestrattur > 5 |
Minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament |
EEIestrattur < 100 |
FDEestrattur > 8 |
1.3.2. Il-fluss tal-arja
Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-estratturi tal-kukers domestiċi li jkollhom fluss massimu tal-arja ta’ iktar minn 650 metru kubu fis-siegħa fi kwalunkwe waħda mill-konfigurazzjonijiet disponibbli għandhom jerġgħu jmorru lura b’mod awtomatiku għal fluss tal-arja ta’ 650 metru kubu fis-siegħa jew ta’ inqas minn hekk wara ċertu ammont ta’ ħin, tlimitu , hekk kif iddefinit fl-Anness II.
1.3.3. Il-modalitajiet b’konsum baxx tal-enerġija għall-estratturi tal-kukers domestiċi
(1) |
Minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament:
|
(2) |
Minn tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament:
|
1.3.4. Il-luminazzjoni tas-sistema tat-tidwil
Għall-estratturi tal-kukers li joffru l-possibbiltà ta’ tidwil tal-wiċċ għat-tisjir, minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir (Emedja) għandha tkun ta’ iktar minn 40 lux meta titkejjel f’kundizzjonijiet standard.
2. IR-REKWIŻITI TAT-TAGĦRIF DWAR IL-PRODOTTI
Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, it-tagħrif li ġej dwar il-prodotti għandu jingħata fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott, fuq il-manwal tal-istruzzjonijiet u fuq is-siti tal-Internet tal-manifatturi tal-fran domestiċi, tal-ħobbs domestiċi u tal-estratturi tal-kukers domestiċi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas:
(a) |
it-titlu qasir jew ir-referenza tal-metodi tal-kejl u tal-kalkolu użati biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti mogħtija hawn fuq; |
(b) |
tagħrif li huwa rilevanti għall-utenti biex inaqqsu l-impatt totali ambjentali tal-proċess tat-tisjir (pereżempju l-konsum tal-enerġija). |
Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, id-dokumentazzjoni teknika u t-taqsimiet tas-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, għall-professjonisti, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, għandu jkun fihom tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar mhux distruttiv tal-prodott għall-għanijiet tal-manutenzjoni u tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar tal-prodott, b’mod partikulari għaż-żarmar tal-mutur, jekk dan ikun applikabbli, u ta’ kwalunkwe batterija li jista’ jkun fih, u għar-riċiklaġġ, għall-irkupru u għar-rimi tal-prodott fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu.
2.1. Għall-fran domestiċi
It-Tabella 4
Tagħrif dwar il-fran domestiċi
|
Simbolu |
Valur |
Unità |
Identifikazzjoni tal-mudell |
|
|
|
It-tip ta’ forn |
|
|
|
Il-massa tal-apparat |
M |
X,X |
kilogrammi |
L-għadd ta’ kavitajiet |
|
X |
|
Sors tas-sħana għal kull kavità (l-elettriku jew il-gass) |
|
|
|
Volum għal kull kavità |
V |
X |
litri |
Il-konsum tal-enerġija (l-ammont ta’ elettriku) meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed fil-modalità Konvenzjonali għal kull kavità (l-enerġija finali tal-elettriku) |
ECkavità tal-elettriku |
X,XX |
kWh għal kull ċiklu |
Il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed fil-modalità bil-fann mixgħul għal kull kavità (l-enerġija finali tal-elettriku) |
ECkavità tal-elettriku |
X,XX |
kWh għal kull ċiklu |
Il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed fil-modalità Konvenzjonali għal kull kavità (l-enerġija finali tal-gass) |
ECkavità tal-gass |
X,XX X,XX |
MJ għal kull ċiklu kWh għal kull ċiklu (1) |
Il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed fil-modalità bil-fann mixgħul għal kull kavità (l-enerġija finali tal-gass) |
ECkavità tal-gass |
X,XX X.XX |
MJ għal kull ċiklu kWh għal kull ċiklu |
L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità |
EEIkavità |
X.X |
|
2.2. Għall-ħobbs domestiċi
2.2.1. Il-ħobbs domestiċi tal-elettriku
It-Tabella 5a
Tagħrif dwar il-ħobbs domestiċi tal-elettriku
|
Simbolu |
Valur |
Unità |
Identifikazzjoni tal-mudell |
|
|
|
It-tip ta’ ħobb |
|
|
|
L-għadd ta’ żoni u/jew erjas tat-tisjir |
|
X |
|
It-teknoloġija tat-tisħin (żoni u erjas tat-tisjir li jaħdmu bl-induzzjoni, żoni tat-tisjir konvenzjonali, pjanċi tal-elettriku) |
|
|
|
Għaż-żoni jew l-erjas tat-tisjir f’għamla ta’ ċirku: id-dijametru tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarreb għall-eqreb 5 millimetri |
Ø |
X,X |
ċentimetri |
Għaż-żoni jew l-erjas tat-tisjir li mhumiex f’għamla ta’ ċirku: it-tul u l-wisa’ tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona jew erja tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarrbin għall-eqreb 5 millimetri |
L W |
X,X X,X |
ċentimetri |
Il-konsum tal-enerġija għal kull żona jew erja tat-tisjir, ikkalkulat għal kull kilogramm |
ECsajran bl-elettriku |
X,X |
Wh għal kull kilogramm |
Il-konsum tal-enerġija tal-ħobb, ikkalkulat għal kull kilogramm |
ECħobb tal-elettriku |
X,X |
Wh għal kull kilogramm |
2.2.2. Il-ħobbs domestiċi tal-gass
It-Tabella 5b
Tagħrif dwar il-ħobbs domestiċi tal-gass
|
Simbolu |
Valur |
Unità |
Identifikazzjoni tal-mudell |
|
|
|
It-tip ta’ ħobb |
|
|
|
L-għadd ta’ berners tal-gass |
|
X |
|
L-effiċjenza enerġetika għal kull berner tal-gass |
EEberner tal-gass |
X,X |
|
L-effiċjenza enerġetika tal-ħobb tal-gass |
EEħobb tal-gass |
X,X |
|
2.2.3. Il-ħobbs domestiċi mħalltin tal-elettriku u tal-gass
It-Tabella 5c
Tagħrif dwar il-ħobbs domestiċi mħalltin
|
Simbolu |
Valur |
Unità |
Identifikazzjoni tal-mudell |
|
|
|
It-tip ta’ ħobb |
|
|
|
L-għadd ta’ żoni u/jew erjas tat-tisjir li jaħdmu bl-elettriku |
|
X |
|
It-teknoloġija tat-tisħin (żoni u erjas tat-tisjir li jaħdmu bl-induzzjoni, żoni tat-tisjir konvenzjonali, pjanċi tal-elettriku) għal kull żona u/jew erja tat-tisjir li taħdem bl-elettriku |
|
|
|
Għaż-żoni tat-tisjir f’għamla ta’ ċirku li jaħdmu bl-elettriku: id-dijametru tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarreb għall-eqreb 5 millimetri |
Ø |
X,X |
ċentimetri |
Għaż-żoni jew l-erjas tat-tisjir li mhumiex f’għamla ta’ ċirku li jaħdmu bl-elettriku: it-tul u l-wisa’ tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona jew erja tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarrbin għall-eqreb 5 millimetri |
L W |
X,X X,X |
ċentimetri |
Il-konsum tal-enerġija għal kull żona jew erja tat-tisjir li taħdem bl-elettriku, ikkalkulat għal kull kilogramm |
ECsajran bl-elettriku |
X |
Wh għal kull kilogramm |
L-għadd ta’ berners tal-gass |
|
X |
|
L-effiċjenza enerġetika għal kull berner tal-gass |
EEberner tal-gass |
X,X |
|
2.3. Għall-estratturi tal-kukers domestiċi
It-Tabella 6
Tagħrif dwar l-estratturi tal-kukers domestiċi
|
Simbolu |
Valur |
Unità |
Identifikazzjoni tal-mudell |
|
|
|
Il-konsum annwali tal-enerġija |
AECestrattur |
X,X |
kWh fis-sena |
Fattur ta’ żieda fil-ħin |
f |
X,X |
|
L-effiċjenza fluwidodinamika |
FDEestrattur |
X,X |
|
L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika |
EEIestrattur |
X,X |
|
Ir-rata tal-fluss tal-arja mkejla fil-punt tal-effiċjenza massima |
QBEP |
X,X |
metri kubi fis-siegħa |
Il-pressjoni tal-arja mkejla fil-punt tal-effiċjenza massima |
PBEP |
X |
Pa |
Il-fluss massimu tal-arja |
Qmax |
X,X |
metri kubi fis-siegħa |
Il-kontribut tal-enerġija elettrika mkejjel fil-punt tal-effiċjenza massima |
WBEP |
X,X |
W |
Il-qawwa nominali tas-sistema tat-tidwil |
WL |
X,X |
W |
Il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir |
Emedja |
X |
lux |
Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-modalità Stennija |
Ps |
X,XX |
W |
Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-modalità Mitfi |
Po |
X,XX |
W |
Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss |
LWA |
X |
dB |
(1) 1 kWh għal kull ċiklu = 3,6 MJ għal kull ċiklu.
ANNESS II
Il-kejl u l-kalkoli
Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintuża metodu li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, fosthom l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati f’dan l-Anness.
1. IL-FRAN DOMESTIĊI
Il-konsum tal-enerġija ta’ kavità ta’ forn domestiku għandu jitkejjel għal ċiklu wieħed standardizzat, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Fann mixgħul, jekk din tkun disponibbli, billi tissaħħan tagħbija standardizzata mxarrba fl-ilma. Għandu jiġi vverifikat li t-temperatura ta’ ġol-kavità tal-forn tilħaq it-temperatura magħżula tat-termostat u/jew tal-iskrin tal-kontroll tal-forn waqt li jkun qed isir it-test. Fil-kalkoli li ġejjin għandu jintuża l-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu li jikkorrispondi għall-modalità bl-aħjar prestazzjoni (il-modalità Konvenzjonali jew il-modalità Fann mixgħul).
Għal kull kavità ta forn domestiku, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) għandu jiġi kkalkulat skont il-formoli li ġejjin:
għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku:
(f’kWh);
għall-fran domestiċi li jaħdmu bil-gass:
(f’MJ)
fejn:
— EEIkavità = l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità ta’ forn domestiku, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;
— SECkavità tal-elettriku = il-konsum standard tal-enerġija (tal-elettriku) meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;
— SECkavità tal-gass = il-konsum standard tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;
— V= il-volum tal-kavità tal-forn domestiku f’litri (L), imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;
— ECkavità tal-elettriku = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;
— ECkavità tal-gass = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali.
2. IL-ĦOBBS DOMESTIĊI
2.1. Il-ħobbs domestiċi tal-elettriku
Il-konsum tal-enerġija ta’ ħobb domestiku tal-elettriku (ECħobb tal-elettriku) jitkejjel f’Wh għal kull kilogramm ta’ ilma li jissaħħan b’mod normalizzat (f’Wh għal kull kilogramm), meta wieħed iqis ir-reċipjenti kollha għat-tisjir f’kundizzjonijiet tat-test standardizzati, u jitqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.
2.2. Il-ħobbs domestiċi tal-gass
L-effiċjenza enerġetika tal-berners tal-gass f’ħobb domestiku hija kkalkulata kif ġej:
fejn:
— EEberner tal-gass = l-effiċjenza enerġetika ta’ berner tal-gass, mogħtija f’perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;
— Eberner tal-gass = il-kontenut tal-enerġija tal-ammont ta’ gass użat għat-tisħin preskritt, mogħti f’MJ u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;
— Eteoretika = l-ammont minimu teoretiku ta’ enerġija meħtieġa għat-tisħin preskritt korrispondenti, mogħti f’MJ u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.
L-effiċjenza enerġetika tal-ħobb tal-gass (EEħobb tal-gass ) hija kkalkulata bħala l-valur medju tal-effiċjenza enerġetika tal-berners tal-gass differenti (EEberner tal-gass ) li jkun fih il-ħobb.
2.3. Il-ħobbs domestiċi mħalltin tal-elettriku u tal-gass
Għall-finijiet tal-kejl, il-ħobbs domestiċi mħalltin tal-elettriku u tal-gass jitqiesu bħala żewġ apparati separati. Iż-żoni u l-erjas tat-tisjir f’ħobb domestiku mħallat li jaħdmu bl-elettriku għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet mogħtija fit-taqsima 2.1 ta’ qabel, filwaqt li ż-żoni tat-tisjir imsaħħnin bl-użu ta’ berners tal-gass għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet mogħtija fit-taqsima 2.2 ta’ qabel.
3. L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI
3.1. Kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur)
L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur ) huwa kkalkulat kif ġej:
u jitqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;
fejn:
— SAECestrattur = il-konsum annwali standard tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;
— AECestrattur = il-konsum annwali tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.
Il-konsum annwali standard tal-enerġija (SAECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
— |
WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali; |
— |
WL huwa l-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku fuq il-wiċċ għat-tisjir, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali. |
Il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku huwa kkalkulat kif ġej:
(i) |
għall-estratturi tal-kukers domestiċi li huma kompletament awtomatiċi: |
(ii) |
għall-estratturi tal-kukers domestiċi l-oħrajn kollha: fejn:
|
3.2. Kalkolu tal-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)
L-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur ) fil-punt tal-effiċjenza massima hija kkalkulata permezz tal-formola li ġejja u hija mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali:
fejn:
— |
QBEP hija r-rata tal-fluss tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’metri kubi fis-siegħa u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali; |
— |
PBEP hija d-differenza fil-pressjoni statika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’Pa u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ; |
— |
WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali. |
3.3. Kalkolu tal-limitu fuq l-arja tal-egżost
3.3.1. |
L-estratturi tal-kukers domestiċi li jkollhom fluss massimu tal-arja ta’ iktar minn 650 metru kubu fis-siegħa fi kwalunkwe waħda mill-konfigurazzjonijiet disponibbli għandhom jerġgħu jmorru lura b’mod awtomatiku għal fluss tal-arja ta’ 650 metru kubu fis-siegħa jew ta’ inqas minn hekk wara ċertu ammont ta’ ħin, tlimitu
. Dan huwa l-ammont ta’ ħin li estrattur tal-kukers domestiku li jkun qed jaħdem bi fluss tal-arja ta’ iktar minn 650 metru kubu fis-siegħa jieħu biex jiġbed volum tal-arja ta’ 100 metru kubu qabel ma jmur lura b’mod awtomatiku għal fluss tal-arja ta’ 650 metru kubu fis-siegħa jew inqas. Dan jiġi kkalkulat kif ġej u jingħata f’minuti u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ:
fejn:
Is-sempliċi preżenza ta’ swiċċ jew konfigurazzjoni manwali li biha l-fluss tal-arja tal-apparat jitnaqqas għal 650 metru kubu fis-siegħa jew għal valur inqas minnu ma titqiesx li tissodisfa dan ir-rekwiżit. |
3.3.2. |
Għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jkun fihom il-modalità ta’ funzjonament awtomatiku matul il-perjodu tat-tisjir:
|
3.4. Il-luminazzjoni tas-sistema tat-tidwil (Emedja)
Il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir (Emedja ) titkejjel f’kundizzjonijiet standard f’lux u titqarreb għall-eqreb numru sħiħ.
3.5. L-istorbju
Il-livell ta’ storbju (f’dB) jitkejjel bħala l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (valur medju ppeżat - LWA), ta’ estrattur tal-kukers domestiku meta jkun qed jitħaddem bl-ogħla konfigurazzjoni tiegħu għall-użu normali, mingħajr l-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali, imqarrbin għall-eqreb numru sħiħ.
(1) Ara l-formola li tista’ tiġi ssimplifikata għall-formola li ġejja:
fejn:
— |
Vmax huwa l-volum massimu tal-arja li jrid tinġibed, li huwa stabbilit bħala 100 metru kubu. |
— |
Qmax huwa l-fluss massimu tal-arja tal-estrattur tal-kukers, inkluża l-modalità intensiva/ta’ qawwa addizzjonali, jekk din tkun disponibbli. |
— |
t huwa l-ħin, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ. |
— |
dt huwa l-ħin totali meħud sa ma jintlaħaq il-volum tal-arja ta’ 100 metru kubu. |
— |
tlimitu huwa l-ammont ta’ ħin meħtieġ biex jinġibed volum tal-arja ta’ 100 metru kubu, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ. |
ANNESS III
Proċedura biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-prodotti
Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:
1. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell. |
2. |
Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli:
|
3. |
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
4. |
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(b), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell biex dawn jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet apparati l-oħra li jintgħażlu jistgħu jkunu ta’ mudell wieħed jew aktar li jkunu tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala prodotti ekwivalenti. |
5. |
Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk it-testijiet tal-parametri rilevanti tal-mudell imniżżlin fit-Tabella 7 juru li hemm konformità fir-rigward ta’ dawk il-parametri kollha. |
6. |
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.
It-tolleranzi stabbiliti f’dan l-Anness, li jirrappreżentaw id-differenzi permessi fir-riżultati tal-kejl miksubin mit-testijiet tal-verifika, għandhom japplikaw biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u m’għandhomx jintużaw mill-manifattur huwa u jistabbilixxi l-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika jew huwa u jinterpreta dawn il-valuri sabiex il-prodott jikseb livell ogħla fl-iskala tal-effiċjenza enerġetika għal fuq it-tikketta jew sabiex huwa jkun jista’ jgħid, bi kwalunkwe mod, li l-prodott għandu prestazzjoni aħjar.
It-Tabella 7
Tolleranzi tal-verifika
Parametri mkejla |
Tolleranzi tal-verifika |
Il-massa tal-forn domestiku (M) |
Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ M iddikjarat b’iktar minn 5 %. |
Il-volum tal-kavità tal-forn domestiku (V) |
Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ V iddikjarat. |
ECkavità tal-elettriku, ECkavità tal-gass |
Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ ECkavità tal-elettriku, ECkavità tal-gass iddikjarat b’iktar minn 5 %. |
ECħobb tal-elettriku |
Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ ECħobb tal-elettriku ddikjarat b’iktar minn 5 %. |
EEħobb tal-gass |
Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ EEħobb tal-gass iddikjarat. |
WBEP, WL |
Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ WBEP, WL iddikjarat b’iktar minn 5 %. |
QBEP, PBEP |
Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ QBEP, PBEP iddikjarat. |
Qmax |
Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ Qmax iddikjarat b’iktar minn 8 %. |
Emedja |
Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ Emedja ddikjarat. |
Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA |
Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur iddikjarat. |
Po, Ps |
Il-valur stabbilit għall-konsum tal-enerġija, Po u Ps, m’għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %. Meta l-valur stabbilit għall-konsum tal-enerġija, Po u Ps, ikun ta’ 1,00 W jew inqas, dan m’għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b’iktar minn 0,10 W. |
ANNESS IV
Il-valuri indikattivi ta’ referenza
Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, il-fran domestiċi, il-ħobbs domestiċi u l-estratturi tal-kukers domestiċi disponibbli fis-suq li kellhom l-aqwa prestazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-prestazzjoni tal-enerġija tagħhom ġew identifikati kif ġej:
Il-fran domestiċi |
tal-elettriku |
EEIkavità = 70,7 |
tal-gass |
EEIkavità = 75,4 |
|
Il-ħobbs domestiċi |
tal-elettriku |
ECsajran bl-elettriku = 169,3 |
tal-gass |
EEberner tal-gass = 63,5 % |
|
L-estratturi tal-kukers domestiċi |
Il-fluss tal-arja |
FDEestrattur = 22 |
L-istorbju |
51 dB f’550 metru kubu fis-siegħa; 57 dB f’750 metru kubu fis-siegħa |