This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0091
Directive 2014/91/EU of the European Parliament and of the Council of 23 July 2014 amending Directive 2009/65/EC on the coordination of laws, regulations and administrative provisions relating to undertakings for collective investment in transferable securities (UCITS) as regards depositary functions, remuneration policies and sanctions Text with EEA relevance
Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew U tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew U tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 257, 28.8.2014, p. 186–213
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/186 |
DIRETTIVA 2014/91/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Lulju 2014
li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi emendata sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-suq u l-esperjenzi tal-parteċipanti tas-suq u s-superviżuri sa issa, partikolarment biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward id-dmirijiet u r-responsabbiltà tad-depożitarji, il-politika tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet. |
(2) |
Sabiex jiġi indirizzat l-effett potenzjalment detrimentali ta’ strutturi ta’ remunerazzjoni mfassla ħażin fuq il-ġestjoni tajba tar-riskji u fuq il-kontroll tat-teħid ta’ riskji minn individwi, għandu jkun hemm obbligu ċar fuq il-kumpaniji tal-maniġment tal-impriżi għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli (UCITS) li jistabbilixxu u jżommu, għal dawk il-kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profili tar-riskju tal-UCITS li jimmaniġġaw, politiki ta’ remunerazzjoni u prattiki li huma konsistenti ma’ ġestjoni tajba u effettiva tar-riskju. Dawk il-kategoriji ta’ persunal għandhom jinkludu kwalunkwe impjegat u kwalunkwe membru ieħor tal-persunal fil-livell ta’ fondi jew sottofondi li jieħdu d-deċiżjonijiet, li huma maniġers tal-fondi u persuni li jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment reali, persuni li għandhom is-setgħa li jeżerċitaw l-influenza fuq tali impjegati u membri tal-persunal, inklużi konsulenti u analisti tal-investiment, maniġment superjuri u kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni totali li titfagħhom fl-istess kategorija ta’ remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u l-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-kumpaniji tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE. Dawk il-politiki u prassi ta’ remunerazzjoni għandhom japplikaw, b’mod proporzjonat, għal kwalunkwe parti terza li tieħu d-deċiżjonijiet tal-investiment li jaffettwaw il-profil ta’ riskju tal-UCITS minħabba funzjonijiet li jkunu ġew delegati f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/65/KE. |
(3) |
Sakemm il-kumpaniji tal-maniġment tal-UCITS u kumpaniji tal-investiment japplikaw il-prinċipji kollha li jirregolaw il-politiki ta’ remunerazzjoni, huma għandhom ikunu jistgħu japplikaw dawk il-politiki b’modi differenti skont id-daqs tagħhom, skont id-daqs tal-UCITS li jimmaniġġaw, l-organizzazzjoni interna tagħhom u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. |
(4) |
Waqt li xi azzjonijiet għandhom jittieħdu mill-korp tal-maniġment, għandu jiġi żgurat li fejn, skont il-liġi nazzjonali, il-kumpanija tal-maniġment jew kumpanija tal-investiment jkollha effettivament korpi differenti b’funzjonijiet speċifiċi assenjati, ir-rekwiżiti diretti lejn il-korp tal-maniġment jew lejn il-korp tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ukoll, jew għandhom minflok japplikaw għal dawk il-korpi bħal-Laqgħa Ġenerali. |
(5) |
Meta japplikaw il-prinċipji li jirrigwardaw il-politiki u prassi sodi ta’ remunerazzjoni stabbiliti minn din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipji stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE (4), l-ħidma tal-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-impenji tal-G-20 biex jiġi moderat ir-riskju fis-settur tas-servizzi finanzjarji. |
(6) |
Remunerazzjoni varjabbli garantita għandha tkun ta’ eċċezzjoni peress li mhijiex konsistenti mal-ġestjoni tajba tar-riskju jew il-prinċipju ta’ ħlas għal prestazzjoni u għandha tkun limitata għall-ewwel sena tal-impjieg. |
(7) |
Il-prinċipji dwar politiki tajbin ta’ remunerazzjoni għandhom japplikaw ukoll għal ħlasijiet li jsiru mill-UCITS innifisha lill-kumpaniji tal-maniġment jew tal-investiment. |
(8) |
Il-Kummissjoni hija mistiedna tanalizza x’ikunu l-kosti u l-ispejjeż komuni ta’ prodotti ta’ investiment għall-konsumatur fl-Istati Membri, u jekk tkun meħtieġa armonizzazzjoni ulterjuri ta’ dawk il-kosti u l-ispejjeż, u tibgħat is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(9) |
Sabiex tiġi promossal-konverġenza superviżorja fil-valutazzjoni tal-politiki u prassi ta’ remunerazzjoni, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (‘AETS’), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandha tiżgura l-eżistenza ta’ linji gwida dwar politiki u prassi ta’ remunerazzjoni sodi fis-settur tal-immaniġġar tal-assi. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (‘ABE’), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tgħin lill-AETS fit-tħejjija ta’ dawn il-linji gwida. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni, dawk il-linji gwida għandhom jipprovdu wkoll gwida ulterjuri dwar il-persuni li għalihom japplikaw il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni u dwar l-adattament tal-prinċipji ta’ remunerazzjoni għad-daqs tal-kumpanija tal-maniġment jew tal-kumpanija tal-investiment, id-daqs tal-UCITS li jimmaniġġaw, l-organizzazzjoni interna tagħhom u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Il-linji gwida tal-ESMA dwar il-politiki u prassi ta’ remunerazzjoni għandhom, fejn ikun il-każ, ikunu allinjati, sa fejn hu possibbli, ma’ dawk għall-fondi rregolati taħt id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(10) |
Id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Il-Karta), għall-prinċipji ġenerali tal-liġi u l-kuntratti tax-xogħol nazzjonali, il-leġislazzjoni applikabbli rigward id-drittijiet tal-azzjonisti u l-involviment u r-responsabbiltajiet ġenerali tal-korpi amministrattivi u superviżorji tal-kumpaniji konċernati, kif ukoll id-dritt, fejn applikabbli, tas-sħab soċjali li jikkonkludu u jeżegwixxu il-ftehimiet kollettivi, f’konformità mal-liġijiet u l-prassi nazzjonali. |
(11) |
Sabiex jiżguraw il-livell meħtieġ ta’ armonizzazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji rilevanti fl-Istati Membri differenti, għandhom jiġu adottati regoli addizzjonali li jistipulaw l-kompiti u d-dmirijiet tad-depożitarji, jidentifikaw l-entitajiet ġuridiċi li jistgħu jinħatru bħala depożitarji u jiċċaraw ir-responsabbiltà tad-depożitarji f’każ li jintilfu l-assi tal-UCITS fil-kustodja jew f’każ ta’ twettiq ħażin tad-dmirijiet ta’ sorveljanza mid-depożitarji. Prestazzjoni mhux xierqa bħal din tista’ tirriżulta fit-telf tal-assi iżda wkoll f’telf tal-valur tal-assi, jekk, pereżempju, depożitarju ma jirnexxilux jaġixxi fuq investimenti li mhumiex konformi mar-regoli tal-fondi. |
(12) |
Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li UCITS għandha taħtar depożitarju wieħed li jkollu sorveljanza ġenerali fuq l-assi tal-UCITS. Ir-rekwiżit li jkun hemm depożitarju wieħed biss għandu jiżgura li d-depożitarju jkollu perspettiva globali fuq l-assi kollha tal-UCITS u li kemm il-maniġers kif ukoll l-investituri tal-fond ikollhom punt wieħed biss ta’ referenza f’każ li jinqalgħu problemi fir-rigward tas-salvagwardja tal-assi jew tat-twettiq tal-funzjonijiet ta’ sorveljanza. Is-salvagwardja tal-assi għandha tinkludi li l-assi jinżammu f’kustodja jew, fejn l-assi jkunu ta’ natura tali li ma jistgħux jinżammu f’kustodja, il-verifika tas-sjieda ta’ dawk l-assi kif ukoll iż-żamma tar-rekords għal dawk l-assi. |
(13) |
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, depożitarju għandu jaġixxi b’mod onest, ġust, professjonali, b’mod indipendenti u fl-interess tal-UCITS u tal-investituri tal-UCITS. |
(14) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat għat-twettiq tad-dmirijiet tad-depożitarji fl-Istati Membri kollha irrispettivament mill-forma ġuridika li tieħu l-UCITS, hemm bżonn li tiġi introdotta lista uniformi tad-dmirijiet ta’ sorveljanza li jorbtu d-depożitarji fir-rigward ta’ UCITS f’forma korporattiva (kumpanija ta’ investiment) u ta’ UCITS f’forma kuntrattwali. |
(15) |
Id-depożitarju għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ xieraq tal-flussi tal-flus tal-UCITS, u, b’mod partikolari, għall-iżgurar li l-flus tal-investituri u tal-flus li jappartjenu lill-UCITS jiġu rreġistrati b’mod korrett fil-kontijiet miftuħa f’isem l-UCITS, f’isem il-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS, jew f’isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-UCITS, f’entità msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE (8). Għalhekk għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dettaljati fuq il-monitoraġġ tal-flus sabiex jiġu żgurati livelli ta’ protezzjoni tal-investitur effettivi u konsistenti. Meta d-depożitarju jiżgura li l-flus tal-investitur jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-flus, għandu jqis il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva. |
(16) |
Sabiex jiġu evitati trasferimenti dolużi ta’ flus, l-ebda kont ta’ flus assoċjat mat-tranżazzjonijiet tal-UCITS m’għandu jinfetaħ mingħajr l-għarfien tad-depożitarju. |
(17) |
Kwalunkwe ass miżmum f’kustodja għal UCITS għandu jkun distint mill-assi tad-depożitarju stess, u għandu jkun l-ħin kollu identifikat bħala li jappartjeni għal dik l-UCITS. Tali rekwiżit għandu jipprovdi saff addizzjonali ta’ protezzjoni għall-investituri f’każ ta’ inadempjenza tad-depożitarju. |
(18) |
Barra mid-dmir eżistenti tas-salvagwardja ta’ assi li jappartjenu lil UCITS jinżammu sikuri, l-assi li jistgħu jinżammu f’kustodja għandhom jiġu differenzjati minn dawk li ma jistgħux, li, minflok, għalihom japplika rekwiżit ta’ żamma ta’ rekords u verifika tas-sjieda. Il-grupp ta’ assi li jistgħu jiġu miżmuma f’kustodja għandhom jiġu differenzjati b’mod ċar, billi d-dmir li jintraddu lura assi mitlufa għandu japplika biss għal dik il-kategorija speċifika ta’ assi. |
(19) |
L-assi li jinżammu f’kustodja mid-depożitarju ma għandhomx jerġgħu jintużaw mid-depożitarju jew minn parti terza li lilha tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta’ kustodja akkont proprju. Ċerti kondizzjonijiet għandhom japplikaw għall-użu mill-ġdid ta’ assi akkont tal-UCITS. |
(20) |
Jeħtieġ li jiġu stipulati l-kondizzjonijiet għad-delega tad-dmirijiet ta’ kustodja tad-depożitarju lil parti terza. Delega u sottodelega għandhom ikunu oġġettivament ġustifikati u soġġetti għal rekwiżiti stretti fir-rigward tal-adegwatezza tal-parti terza fdata bil-funzjoni delegata, u fir-rigward tal-kapaċità, l-attenzjoni u d-diliġenza dovuti li d-depożitarju għandu juża meta jagħżel, jaħtar u janalizza dik il-parti terza. Għall-finijiet li jinkisbu kondizzjonijiet tas-suq uniformi u livell daqstant ieħor għoli ta’ protezzjoni tal-investituri, dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu allinjati ma’ dawk applikabbli id-Direttiva 2011/61/UE. Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-partijiet terzi li lihom ġew iddelegati funzjonijiet ta’ salvagwardja jiddisponu mill-mezzi meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom u li jissegregaw l-assi tal-UCITS. |
(21) |
Meta Depożitarju Ċentrali tat-Titoli (CSD), kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jew CSD ta’ pajjiż terz jipprovdi s-servizzi ta’ operazzjoni ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli, kif ukoll, tal-anqas jew ir-reġistrazzjoni inizjali ta’ titoli f’sistema ta’ entrata fil-kotba permezz ta’ ikkreditar inizjali jew il-provvediment u ż-żamma ta’ kontijiet ta’ titoli fl-ogħla livell; kif speċifikat fit-Taqsima A tal-Anness dak ir-Regolament, il-provvediment ta’ dawk is-servizzi mis-CSD fir-rigward tat-titoli tal-UCITS li jiġu inizjalment reġistrati f’sistema ta’ entrata fil-kotba permezz ta’ ikkreditar inizjali minn dak is-CSD ma għandux jitqies bħala delega tal-funzjonijiet ta’ kustodja. Madankollu, l-affidament tal-kustodja at-titolital-UCITS lil CSD, jew lil kwalunkwe CSD ta’ pajjiż terz għandu jitqies bħala delega tal-funzjoni ta’ kustodja. |
(22) |
Parti terza li lilha tiġi delegata s-salvagwardja ta’ assi għandha tkun kapaċi żżomm kont omnibus, bħala kont komuni segregat għal UCITS multipli. |
(23) |
F’każijiet fejn il-kustodja tiġi ddelegata lil parti terza, ikun meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-parti terza tkun soġġetta għal rekwiżiti speċifiċi dwar regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali effettivi. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji jkunu fil-pussess tal-parti terza li lilha tkun ġiet iddelegata l-kustodja, għandhom jitwettqu awditi perjodiċi esterni. |
(24) |
Sabiex jiġu żgurati livelli għolja u konsistenti ta’ protezzjoni tal-investituri, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar il-kondotta u dwar l-immaniġġar tal-kunflitti ta’ interess u għandhom japplikaw fis-sitwazzjonijiet kollha, inkluż fil-każ ta’ delega ta’ dmirijiet ta’ kustodja. B’mod partikolari, dawn ir-regoli għandhom jiżguraw li jkun hemm separazzjoni ċara tal-kompiti u l-funzjonijiet bejn id-depożitarju, l-UCITS u l-kumpanija tal-maniġment jew il-kumpanija tal-investiment. |
(25) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri u biex jiġi ggarantit livell xieraq ta’ regolamentazzjoni prudenzjali u ta’ kontroll kontinwu, jeħtieġ li tiġi stabbilita lista eżawrjenti ta’ entitajiet li huma eliġibbli biex jaġixxu bħala depożitarji. Dawk l-entitajiet għandhom ikunu limitati għal banek ċentrali nazzjonali, istituzzjonijiet tal-kreditu, u entitajiet legali oħrajn awtorizzati taħt il-liġi tal-Istati Membri biex iwettqu attivitajiet ta’ depożitarji taħt din id-Direttiva, li huma soġġetti għal superviżjoni prudenzjali u rekwiżiti ta’ adegwatezza kapitali mhux inqas mir-rekwiżiti kkalkulati skont l-approċċ magħżul taħt l-Artikolu 315 jew 317 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), għandhom fondi proprji ta’ mhux inqas mill-ammont tal-kapital inizjali taħt l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u għandhom l-uffiċċju rreġistrat jew fergħa tagħhom fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS. |
(26) |
Jeħtieġ tiġi speċifikata u ċċarata r-responsabbiltà tad-depożitarju tal-UCITS fil-każ ta’ telf ta’ strument finanzjarju li jkun qed jinżamm f’kustodja. Id-depożitarju għandu jkun responsabbli, meta strument finanzjarju miżmum f’kustodja jintilef, li jrodd lura strument finanzjarju ta’ tip identiku jew ta’ ammont korrispondenti lill-UCITS. Ma għandu jkun previst l-ebda ħelsien mir-responsabbiltà fil-każ ta’ telf ta’ assi, ħlief meta d-depożitarju jkun jista’ jipprova li t-telf seħħ minħabba avveniment estern lil hinn mill-kontroll raġonevoli tiegħu, li l-konsegwenzi tiegħu kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kontra. F’dak il-kuntest, depożitarju ma għandux ikun jista’ jeħles lilu nnifsu mir-responsabbiltà billi jserraħ fuq sitwazzjonijiet interni bħal aġir frawdolenti minn xi impjegat. |
(27) |
Fejn id-depożitarju jiddelega kompiti ta’ kustodja u l-istrumenti finanzjarji miżmuma fil-kustodja ta’ parti terza jintilfu, id-depożitarju għandu jkun responsabbli. Fil-każ ta’ telf ta’ strument miżmum f’kustodja, depożitarju għandu jirodd lura strument finanzjarju ta’ tip identiku jew l-ammont korrispondenti, anke jekk it-telf seħħ għand parti terza li lilha ġiet iddelegata l-kustodja. Id-depożitarju għandu jinħeles minn dik ir-responsabbiltà biss fejn ikun jistà jipprova li t-telf irriżulta minn avveniment estern lil hinn mill-kontroll raġonevoli tiegħu u b’konsegwenzi li kienu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha għall-kuntrarju. F’dak il-kuntest, depożitarju ma għandux ikun jista’ jeħles lilu nnifsu mir-responsabbiltà billi jserraħ fuq sitwazzjonijiet interni bħal aġir frawdolenti minn xi impjegat. Ma għandu jkun possibbli l-ebda ħelsien mir-responsabbiltà, kemm jekk regolatorju kif ukoll jekk kuntrattwali fil-każ ta’ telf ta’ assi minn depożitarju jew parti terza li lilha ġiet iddelegata l-kustodja. |
(28) |
Kull investitur f’UCITS għandu jkun jista’ jinvoka pretensjonijiet relatati mar-responsabbiltà tad-depożitarju tiegħu, direttament jew indirettament, permezz tal-kumpanija tal-maniġment jew tal-kumpanija tal-assigurazzjoni. Ir-rimedju kontra d-depożitarju ma għandux jiddependi fuq il-forma legali li tal-UCITS (korporattiva jew kuntrattwali) jew in-natura ġuridika tar-relazzjoni bejn id-depożitarju, il-kumpanija tal-maniġment u t-titolari tal-unitajiet. Id-dritt tat-titolari tal-unitajiet li jinvokaw ir-responsabbiltà depożitorja ma għandux iwassal għal dupplikazzjoni tar-rimedji jew għal trattament mhux ugwali tad-detenturi tal-unitajiet. |
(29) |
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva, depożitarju m’għandux jinżamm milli jagħmel l-arranġamenti sabiex ikopri l-ħsara u t-telf lill-UCITS jew lid-detenturi tal-unitajiet tal-UCITS. B’mod partikolari, dawn l-arranġamenti ma għandhomx jikkostitwixxu rilaxx tar-responabbilita’ tad-depożitarju, ma għandhomx jirriżultaw fi trasferiment jew kwalunkwe bidla fir-responsabbiltà tad-depożitarju u lanqas m’għandhom jaffettwaw id-drittijiet tal-investituri, inklużi d-drittijiet għal rimedju. |
(30) |
Fit-12 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni pproponiet l-emendi għad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) sabiex ikun ipprovdut livell għoli ta’ protezzjoni għal investituri fil-UCITS fejn depożitarju ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu. Dik il-proposta hija ssupplimentata billi jiġu ċċarati l-obbligi u l-ambitu tar-responsabbiltà tad-depożitarju u l-parti terza li lilha ġew iddelegati l-funzjonijjiet ta’ salvagwardja f’din id-Direttiva. |
(31) |
Il-kummissjoni hija mistiedna tanalizza f’liema sitwazzjonijiet il-falliment ta’ depożitarju jew parti terza li lilha ġew iddelegati funzjonijiet ta’ salvagwardja jista’ jwassal għal telf lid-detenturi tal-unitajiet tal-UCITS li ma jistax isir irkupru tagħhom taħt din id-Direttiva, sabiex jiġi analizzat aktar x’tip ta’ miżuri jistgħu jkunu adegwati sabiex ikun assigurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-investitur, tkun xi tkun il-katina ta’ intermedjazzjoni bejn l-investitur u s-sigurtajiet trasferibbli affettwati mill-falliment, u sabiex tissottometti s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(32) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-istess rekwiżiti japplikaw għad-depożitarji irrispettivament mill-forma ġuridika ta l-UCITS. Konsistenza tar-rekwiżiti għandha ttejjeb iċ-ċertezza ġuridika, iżżid il-protezzjoni tal-investitur u tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-kondizzjonijiet tas-suq uniformi. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda notifika li d-deroga mill-obbligu ġenerali li l-assi jiġu fdati għand depożitarju intużat minn xi kumpanija tal-investiment. Għalhekk, ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2009/65/KE li jirrigwardaw id-depożitarju ta’ kumpanija ta’ investiment għandhom jitqiesu superfluwi. |
(33) |
Filwaqt li din id-Direttiva tispeċifika sett minimu ta’ setgħat li għandu jkollhom l-awtoritajiet kompetenti, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati fi ħdan sistema kompleta ta’ liġi nazzjonali li tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza. Għall-eżerċitar ta’ dawk is-setgħat li jista’ jwassal għal interferenzi serji mad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, tad-dar u l-komunikazzjonijiet, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effettivi kontra kwalunkwe abbuż, inkluż meta jkun xieraq awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw tali setgħat intrusivi sa fejn ikun neċessarju għall-investigazzjoni adegwata ta’ każijiet serji fejn ma hemmx mezzi ekwivalenti biex jinkiseb l-istess riżultat b’mod effettiv. |
(34) |
Ir-reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konversazzjonijiet telefoniċi u rekords ta’ traffiku ta’ data minn UCITS, il-kumpaniji tal-maniġment, il-kumpaniji tal-investiment, depożitarji jew kwalunkwe entità oħra irregolata minn din id-Direttiva, kif ukoll rekords eżistenti telefoniċi u tat-traffiku ta’ data minn operaturi tat-telekomunikazzjoni jikkostitwixxu evidenza kruċjali u xi kultant l-unika sabiex tiġi identifikata u pprovata l-eżistenza ta’ ksur tal-liġi nazzjonali li jittrasponi din id-Direttiva kif ukoll tiġi vverifikata l-konformità mill-UCITS, il-kumpaniji tal-maniġment, il-kumpaniji tal-investiment, depożitarji jew kwalunkwe entità oħra irregolata minn din id-Direttiva b’ rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-investitur u rekwiżiti oħrajn stipulati f’din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi adottati taħtha. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konversazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u rekords tat-traffiku ta’ data miżmuma mill-UCITS, kumpaniji tal-maniġment, kumpaniji tal-investiment, depożitarji jew kwalunkwe entità oħra rregolata minn din id-Direttiva. L-aċċess rekords telefoniċi u għad-data huwa neċessarju għall-iskoperta ta’, u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal, ksur tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew il-miżuri implimentattivi tagħha. Sabiex jiġu introdotti kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fl-Unjoni fir-rigward ta’ aċċess għal rekords telefoniċi u tat-traffiku ta’ data eżistenti miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni jew ir-reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konversazzjonijiet telefoniċi u tat-traffiku ta’ data miżmuma minn UCITS, kumpaniji tal-maniġment, kumpaniji tal-investiment, depożitarji jew kwalunkwe entità oħra rregolata minn din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetentigħandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jkunu jistgħu jirrikjedu rekords telefoniċi eżistenti u rekords tat-traffiku ta’ data eżistenti miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni sa fejn ikun permess taħt il-liġi nazzjonali u reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konversazzjonijiet telefoniċi kif ukoll tat-traffiku ta’ data miżmuma minn UCITS, kumpaniji tal-maniġment, kumpaniji tal-investiment, depożitarji jew kwalunkwe entità oħra rregolata minn din id-Direttiva, f’dawk il-każijiet fejn ikun jeżisti suspett raġonevoli li tali rekords relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew l-investigazzjoni jistgħu jkunu relevanti sabiex jiġi pprovat ksur tar-rekwiżiti stipulati f’ din id-Direttiva jew il-miżuri implimentattivi tagħha. L-aċċess għal rekords telefoniċi u tat-traffiku ta’ data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni ma għandux jinkludi l-kontenut ta’ komunikazzjonijiet telefoniċi bil-vuċi. |
(35) |
Qafas prudenzjali u sod u l-kondotta tan-negozju fis-settur finanzjarju għandu jkun ibbażat fuq sistemi b’saħħithom ta’ superviżjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ sanzjonar. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom setgħat suffiċjenti biex jaġixxu u għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq sistemi ta’ penali li jkunu ugwali, b’saħħithom u ta’ deterrent f’każ ta’ ksur ta’ din id-Direttiva. Saret reviżjoni tas-setgħat eżistenti tas-sanzjonar u l-applikazzjoni prattika tagħhom bil-għan li tiġi promossal-konverġenza tas-sanzjonijiet tul firxa ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħa li jimponu penali pekunjarji li jkunu għoljin biżżejjed biex ikunu effettivi, dissważivi u proporzjonati, sabiex jikkumpensaw għal benefiċċji mistennija minn imġiba li tikser ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
(36) |
Għalkemm xejn ma jżomm lill-Istati Membri milli jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif ukoll kriminali dwar l-istess ksur, l-Istati Membri m’għandhomx ikunu meħtieġa li jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur ta’ din id-Direttiva fejn huma soġġetti għal-liġi kriminali nazzjonali. F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri mhumiex obbligati li jimponu sanzjonijiet kemm amministrattivi kif ukoll kriminali għall-istess reat, iżda jistgħu jagħmlu dan jekk il-liġi nazzjonali tagħhom tippermettilhom. Madankollu, iż-żamma ta’ sanzjonijiet kriminali pjuttost milli sanzjonijiet amministrattivi għall-ksur ta’ din id-Direttiva ma għandhiex tnaqqas jew taffettwa b’xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra jew li jaċċedu u jiskambjaw informazzjoni ma’ dawk l-awtoritajiet kompetenti fil-ħin opportun, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur rilevanti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għal prosekuzzjoni kriminali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għall-ksur li hu soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali. L-għażla għall-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali pjuttost milli, jew flimkien ma’, sanzjonijiet amministrattivi ma għandhiex tintuża biex jiġi evitat ir-reġim tas-sanzjonijiet f’din id-Direttiva. |
(37) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha, meta jiddeterminaw it-tip ta’ penali jew miżuri amministrattivi u l-livell ta’ penali pekunjarji amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha. |
(38) |
Sabiex jissaħħaħ l-effett dissważiv tagħhom fuq il-pubbliku inġenerali, kif ukoll biex il-pubbliku jiġi informat dwar ksur ta’ regoli li jista’ jkun ta’ detriment għall-protezzjoni tal-investituri, is-sanzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati, ħlief f’ċerti ċirkostanzi li jkunu definiti sew. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, is-sanzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fuq bażi anonima meta l-pubblikazzjoni toħloq ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti. |
(39) |
Sabiex l-AETS tkun tista’ ssaħħaħ aktar il-konsistenza fl-eżiti superviżorji f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, is-sanzjonijiet kollha żvelati pubblikament għandhom jiġu rrappurtati simultanjament lill-AETS, li wkoll għandha tippubblika rapport annwali dwar is-sanjzonijiet kollha imposti. |
(40) |
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigattivi meħtieġa, u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jiġi mħeġġeġ ir-rappurtar ta’ ksur potenzjali jew ta’ ksur reali. L-informazzjoni dwar ksur potenzjali u reali għandha wkoll tikkontribwixxi għall-prestazzjoni effettiva tal-kompiti tal-AETS f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-istazzjonijiet tal-komunikazzjoni għar-rappurtar ta’ dak il-ksur potenzjali u reali għandhom għalhekk jiġu stabbiliti wkoll mill-AETS. L-informazzjoni dwar ksur potenzjali u reali kkomunikat lill-AETS għandha tintuża biss għall-prestazzjoni tal-kompiti tal-AETS f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
(41) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta kif stabbiliti fit-TFUE. |
(42) |
Sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jintlaħqu, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni. Partikolarment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tispeċifika d-dettalji li jeħtieġu jiġu inklużi fil-ftehim standard bejn id-depożitarju u l-kumpanija tal-maniġment jew il-kumpanija tal-investiment, il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-funzjonijiet depożitarji, inkluż it-tip ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tad-dmirijiet ta’ kustodja tad-depożitarju, il-kundizzjonijiet li suġġett għalihom depożitarju jista’ jeżerċita d-dmirijiet tiegħu ta’ kustodja fuq l-istrumenti finanzjarji reġistrati ma’ depożitarju ċentrali u l-kundizzjonijiet li suġġett għalihom id-depożitarju għandu jissalvagwardja l-istrumenti finanzjarji maħruġa f’forma nominattiva u rreġistrati ma’ emittent jew reġistratur, id-dmirijiet ta’ diliġenza dovuta tad-depożitarji, l-obbligu tas-segregazzjoni, il-kundizzjonijiet li suġġett għalihom, u ċ-ċirkostanzi li fihom, strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja għandhom jiġu kkunsidrati li huma mitlufa, u dak li għandu jiġi mifhum b’avvenimenti esterni lil hinn mill-kontroll raġonevoli, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kontra. Il-livell ta’ protezzjoni tal-investitur ipprovdut minn dawk l-atti delegati għandu jkun tal-anqas għoli daqs dak ipprovdut minn atti delegati adottati taħt id-Direttiva 2011/61/UE. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(43) |
Bħala parti mir-reviżjoni ġenerali tagħha tal-funzjonament tad-Direttiva 2009/65/KE, il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), se tirrivedi l-limiti ta’ esponiment ta’ kontroparti applikabbli għal transazzjonijiet tad-derivattivi, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu stabbiliti kategorizzazzjonijiet adegwati għal tali limiti sabiex id-derivattivi b’karatteristiċi ta’ riskju simili jiġu trattati bl-istess mod. |
(44) |
F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (14) ittieħed l-impenn mill-Istati Membri biex, f’każijiet iġġustifikati, in-notifika tal-miżuri tagħhom ta’ traspożizzjoni tiġi akkumpanjata minn dokument wieħed jew aktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis it-trażmissjoni ta’ tali dokumenti bħala ġustifikata. |
(45) |
Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li titjieb il-fiduċja tal-investitur f’UCITS, permezz tat-tisħiħ tar-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dmirijiet u r-responsabbiltà tad-depożitarji, il-politiki dwar ir-remunerazzjoni tal-kumpaniji tal-maniġment u l-kumpaniji ta’ investiment, u bl-introduzzjoni ta’ standards komuni għas-sanzjonijiet li japplikaw għal ksur ewlieni ta’ din id-Direttiva, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta l-miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif jinsab f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(46) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u ta opinjoni fit-23 ta’ Novembru 2012 (16). |
(47) |
Għalhekk, id-Direttiva 2009/65/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2(1), għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”;" |
(2) |
jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 14a 1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kumpaniji tal-maniġment jistabbilixxu u japplikaw politiki u prassi tar-remunerazzjoni li jkunu konsistenti ma’ u jippromwovu ġestjoni tajba u effikaċi tar-riskju u li la jinkoraġġixxu teħid ta’ riskji inkonsistenti mal-profili tar-riskju, ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS li jimmaniġġaw u lanqas ma jxekklu l-konformità mad-dmir tal-kumpanija tal-maniġment li taġixxi fl-aħjar interess tal-UCITS. 2. Il-politiki u prassi ta’ remunerazzjoni għandhom jinkludu komponenti fissi u varjabbli tas-salarji u l-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni. 3. Il-politiki u prassi ta’ remunerazzjoni għandhom japplikaw għal dawk il-kategoriji tal-persunal, fosthom il-maniġment superjuri, dawk li jieħdu r-riskji, il-funzjonijiet tal-kontroll u kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni totali li taqa’ fil-faxx ta’ remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u dawk li jieħdu r-riskji u li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profili tar-riskju tal-kumpaniji tal-maniġment jew tal-UCITS li huma jimmaniġġaw. 4. F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-parteċipanti tas-suq finanzjarju li jikkonċernaw il-persuni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-applikazzjoni tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 14b. Dawk il-linji gwida għandhom iqisu l-prinċipji dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE (**), id-daqs tal-kumpanija tal-maniġment u d-daqs tal-UCITS li jimmaniġġaw, l-organizzazzjoni interna tagħhom u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Fil-proċess tal-iżvilupp ta’ dawk il-linji gwidi, l-AETS għandha tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (‘ABE’), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), sabiex tiżgura konsistenza mar-rekwiżiti żviluppati għal setturi oħrajn tas-servizzi finanzjarji, partikolarment l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment. Artikolu 14b 1. Meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki tar-remunerazzjoni u prassi msemmija fl-Artikolu 14a, il-kumpaniji tal-maniġment għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b’mod u sal-punt li jkun adattat għad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:
2. F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS tista’ titlob informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-politiki u prassi ta’ remunerazzjoni msemmija fl-Artikolu 14a ta’ din id-Direttiva. L-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, għandha tinkludi fil-linji gwida tagħha dwar il-politiki ta’ remunerazzjoni dispożizzjonijiet dwar kif prinċipji differenti ta’ remunerazzjoni settorjali, bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****) u fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****) għandhom jiġu applikati meta impjegati jew kategoriji oħra tal-persunal iwettqu servizzi soġġetti għal prinċipji differenti ta’ remunerazzjoni settorjali. 3. Il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju ta’ kwalunkwe tip imħallsa mill-kumpaniji tal-maniġment, għal kwalunkwe ammont imħallas direttament mill-UCITS stess, inkluż onorarji ta’ prestazzjoni, u għal kwalunkwe trasferiment ta’ unitajiet jew ishma tal-UCITS, magħmula għall-benefiċċju ta’ dawk il-kategoriji ta’ persunal, inkluż il-maniġment superjuri, dawk li jieħdu r-riskji, il-funzjonijiet ta’ kontroll u kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni totali li taqa’ fil-kategorija ta’ remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u ta’ dawk li jieħdu r-riskji, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tagħhom jew tal-profil tar-riskju tal-UCITS li jimmaniġġaw. 4. Il-kumpaniji tal-maniġment li huma sinifikanti f’termini tad-daqs tagħhom jew tad-daqs tal-UCITS li jimmaniġġaw, tal-organizzazzjoni interna u tan-natura, ambitu u kumplessità tal-attivitajiet tagħhom għandhom jistabbilixxu kumitat ta’ remunerazzjoni. Il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jiġi kkostitwit b’mod li jippermettilu jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti fir-rigward tal-politiki u prassi ta’ remunerazzjoni u ta’ inċentivi maħluqa għall-immaniġġar tar-riskju. Il-kumitat ta’ remunerazzjoni li jkun, fejn xieraq, stabbilit f’konformità mal-linji gwida tal-AETS imsemmija fl-Artikolu 14a(4) għandu jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet dwar ir-remunerazzjoni, inklużi dawk li għandhom implikazzjonijiet għar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-kumpanija tal-maniġment jew tal-UCITS ikkonċernata, u li għandhom jittieħdu mill-korp tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu. Il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jkun ippresedut minn membru tal-korp tal-maniġment li ma jwettaq ebda funzjoni eżekuttiva fil-kumpanija tal-maniġment konċernata. Il-membri tal-kumitat ta’ remunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp tal-maniġment li ma jwettqu ebda funzjoni eżekuttiva fil-kumpanija tal-maniġment konċernata. Jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp tal-maniġment, il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati. Meta jkun qed iħejji d-deċiżjonijiet tiegħu, il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jqis l-interess fit-tul tal-investituri u partijiet interessati oħra u l-interess pubbliku. (**) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22)." (***) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12)." (****) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1)." (*****) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).”;" |
(3) |
fl-Artikolu 20(1), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 22 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 22 1. Kumpanija tal-investiment u, għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġa, kumpanija tal-maniġment għandha tiżgura li jinħatar depożitarju wieħed skont dan il-Kapitolu. 2. Il-ħatra tad-depożitarju għandha tiġi evidenzjata permezz ta’ kuntratt bil-miktub. Il-kuntratt, fost affarijiet oħra, għandu jirregola l-fluss ta’ informazzjoni meqjusa neċessarja biex id-depożitarju jkun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu għall-UCITS li għalih ikun inħatar bħala depożitarju, kif stabbilit f’din id-Direttiva u fil-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti l-oħra. 3. Id-depożitarju għandu:
4. Id-depożitarju għandu jiżgura li l-flussi tal-flus tal-UCITS jiġu mmonitorjati sew, u b’mod partikolari li l-ħlasijiet kollha magħmula minn, jew għan-nom ta’, investituri mas-sottoskrizzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS ġew irċevuti, u li l-flus kollha tal-UCITS iddaħħlu f’kontijiet tal-flus li:
Fejn il-kontijiet tal-flus jinfetħu f’isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-UCITS, l-ebda flus tal-entità msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u l-ebda parti mill-flus proprji tad-depożitarju ma għandhom jiddaħħlu f’dawn il-kontijiet. 5. L-assi tal-UCITS għandhom jiġu fdati għand id-depożitarju għas-salvagwardja kif ġej:
6. Id-depożitarju għandu jipprovdi lill-kumpanija tal-maniġment jew lill-kumpanija ta’ investiment, fuq bażi regolari, b’inventarju komprensiv tal-assi kollha tal-UCITS. 7. L-assi li jinżammu f’kustodja mid-depożitarju ma għandhomx jerġgħu jintużaw mid-depożitarju, jew minn xi parti terza li lilha tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta’ kustodja akkont proprju. L-użu mill-ġdid jinkludi kwalunkwe tranżazzjoni ta’ assi miżmuma f’kustodja inkluż, iżda mhux limitat għal, trasferiment, ippleġġjar, bejgħ u self. L-assi miżmuma f’kustodja mid-depożitarju jistgħu jitħallew jerġgħu jintużaw biss fejn:
Il-valur tas-suq tal-kollateral għandu, f’kull ħin, jammonta għal tal-inqas il-valur tas-suq tal-assi li intużaw mill-ġdid flimkien ma’ primjum. 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’każ ta’ insolvenza tad-depożitarju u/jew ta’ kwalunkwe parti terza lokalizzata fl-Unjoni li lilha tkun ġiet iddelegata l-kustodja tal-assi tal-UCITS, l-assi ta’ UCITS miżmuma f’kustodja ma jkunux disponibbli għal distribuzzjoni fost jew realizzazzjoni għall-benefiċċju tal-kredituri ta’ tali depożitarju u/jew tali parti terza. (******) Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26).”;" |
(5) |
jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 22a 1. Id-depożitarju ma għandux jiddelega lil partijiet terzi l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(3) u (4). 2. Id-depożitarju jista’ jiddelega lil partijiet terzi l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(5) biss fejn:
3. Il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(5) jistgħu jiġu ddelegati mid-depożitarju lil parti terza biss fejn dik il-parti terza f’kull ħin matul it-twettiq tal-kompiti ddelegati lilha:
Minkejja l-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-liġi ta’ pajjiż terz titlob li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f’kustodja minn entità lokali u l-ebda entità lokali ma tissodisfa r-rekwiżiti tad-delega stabbiliti f’dak il-punt, id-depożitarju jista’ jiddelega l-funzjonijiet tiegħu lil din l-entità lokali sal-punt meħtieġ mil-liġi tal-pajjiż terz biss, u biss sakemm ma jkunx hemm entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-delega, u biss fejn:
Il-parti terza tista’, suċċessivament, tissottodelega dawk il-funzjonijiet, soġġett għall-istess rekwiżiti. F’dan il-każ, l-Artikolu 24(2) għandu japplika mutatis mutandis għall-partijiet rilevanti. 4. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-provvista ta’ servizzi kif speċifikat fid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******) permezz ta’ sistemi tas-saldu tat-titoli kif stabbiliti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva jew il-provvista ta’ servizzi simili permezz ta’ sistemi tas-saldu tat-titoli minn pajjiżi terzi ma għandhiex titqies li hi delega tal-funzjonijiet ta’ kustodja tagħha. (*******) Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).”;" |
(6) |
L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
l-Artikolu 24 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 24 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitarju jkun responsabbli lejn l-UCITS u lejn id-detenturi tal-unitajiet tal-UCITS, għat-telf mid-depożitarju jew minn parti terza li lilhom tkun ġiet iddelegata l-kustodja ta’ strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(5). Fil-każ ta’ telf ta’ strument finanzjarju waqt li dan kien f’kustodja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitarju jrodd lura strument finanzjarju ta’ tip identiku jew tal-istess ammont lill-UCITS jew lill-kumpanija tal-maniġment li tkun qed taġixxi f’isem l-UCITS mingħajr dewmien bla bżonn. Id-depożitarju ma għandux jinżamm responsabbli jekk ikun jista’ jipprova li t-telf ikun seħħ bħala riżultat ta’ avveniment estern lil hinn mill-kontroll raġonevoli tiegħu, li l-konsegwenzi tiegħu kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha għall-kuntrarju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitarju jkun responsabbli wkoll fir-rigward tal-UCITS u l-investituri tal-UCITS għal kull telf ieħor li huma jsofru b’riżultat tan-nuqqas negliġenti jew intenzjonat tad-depożitarju li jissodisfa l-obbligi tiegħu b’mod xieraq skont din id-Direttiva. 2. Ir-responsabbiltà tad-depożitarju msemmija fil-paragrafu 1 ma għandha tiġi affettwata minn ebda delega msemmija fl-Artikolu 22a. 3. Ir-responsabbiltà tad-depożitarju msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi eskluża jew limitata minn ftehim. 4. Kwalunkwe ftehim li jikser il-paragrafu 3 għandu jkun null. 5. Id-detenturi ta’ unitajiet fl-UCITS jistgħu jinvokaw ir-responsabbiltà tad-depożitarju direttament jew indirettament permezz tal-kumpanija tal-maniġment jew il-kumpanija ta’ investiment dment li dan ma jwassalx għal duplikazzjoni tar-rimedji jew għal trattament mhux ugwali tad-detenturi tal-unitajiet.”; |
(8) |
l-Artikolu 25 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 25 1. L-ebda kumpanija ma għandha taġixxi fl-istess ħin bħala kumpanija tal-maniġment u bħala depożitarju. L-ebda kumpanija ma għandha taġixxi fl-istess ħin bħala kumpanija ta’ investiment u bħala depożitarju. 2. Fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom, il-kumpanija tal-maniġment u d-depożitarju għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali, u b’mod indipendenti u unikament fl-interess tal-UCITS u tal-investituri tal-UCITS. Fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom, il-kumpanija ta’ investiment u d-depożitarju għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali, u b’mod indipendenti u unikament fl-interess tal-investituri tal-UCITS. Depożitarju ma għandux iwettaq attivitajiet fir-rigward tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-maniġment f’isem tal-UCITS li jistgħu joħolqu konflitti ta’ interess bejn l-UCITS, l-investituri fl-UCITS, il-kumpanija tal-maniġment u hu stess, sakemm id-depożitarju ma jkunx issepara skont il-funzjoni u l-ġerarkija t-twettiq tal-kompiti depożitarji tiegħu mill-kompiti l-oħra tiegħu li potenzjalment jistgħu jkunu konfliġġenti, u sakemm il-konflitti ta’ interess potenzjali ma jkunux identifikati, immaniġġati, immonitorjati u ddivulgati lill-investituri tal-UCITS b’mod xieraq.”; |
(9) |
l-Artikolu 26 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 26 1. Il-liġi jew ir-regoli tal-fond komuni għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għas-sostituzzjoni tal-kumpanija tal-maniġment u tad-depożitarju, kif ukoll regoli biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-detenturi tal-unitajiet f’każ li sseħħ sostituzzjoni bħal din. 2. Il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija tal-investiment għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għas-sostituzzjoni tal-kumpanija tal-maniġment u tad-depożitarju, kif ukoll regoli biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-detenturi tal-unità f’każ li sseħħ tali sostituzzjoni.”; |
(10) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 26a Id-depożitarju għandu, fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, l-informazzjoni kollha li jkun kiseb filwaqt li jwettaq il-qadi tad-dmirijiet tiegħu u li tista’ tkun meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti tiegħu jew għall-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment. Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment huma differenti minn dawk tad-depożitarju, l-awtoritajiet kompetenti tad-depożitarju għandhom bla dewmien jaqsmu l-informazzjoni li jirċievu mal-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS u tal-kumpanija tal-maniġment. Artikolu 26b Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 112a li jispeċifikaw:
|
(11) |
fl-Artikolu 30, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej: “L-Artikoli 13 sa 14b għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kumpaniji tal-investiment li ma jkunux innominaw kumpanija tal-maniġment awtorizzata skont din id-Direttiva.” |
(12) |
Titħassar it-Taqsima 3 tal-Kapitolu V; |
(13) |
L-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
l-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
fl-Artikolu 98(2) il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:
|
(16) |
L-Artikolu 99 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 99 1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 98 u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li għandhom jiġu imposti fuq kumpaniji u persuni fir-rigward ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li huwa soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali, huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali. Is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sat-18 ta’ Marzu 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni u lill-ESMA. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom. 2. Fejn l-Istati Membri jkunu għażlu, f’konformità mal-paragrafu 1, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu, huma għandhom jiżguraw li l-miżuri adatti jkunu fis-seħħ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jikkoordinaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata mal-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti kriminali għal ksur possibbli ta’ din id-Direttiva u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-irkupru ta’ sanzjonijiet pekunjarji. 3. Bħala parti mir-rieżami ġenerali tagħha tal-funzjonament ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami, mhux aktar tard mit-18 ta’ Settembru 2017, tal-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali, u b’mod partikolari tal-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi stipulati għall-ksur tar-rekwiżiti stipulati f’ din id-Direttiva. 4. Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew talba għall-kooperazzjoni f’investigazzjoni fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin biss, jiġifieri fejn:
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-obbligi japplikaw għall-UCITS, il-kumpaniji tal-maniġment, il-kumpaniji tal-investiment jew id-depożitarji, fil-każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, il-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn jistgħu jiġu applikati, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għall-membri tal-korp tal-maniġment u għal persuni fiżiċi oħrajn li skont il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli għall-ksur. 6. F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn li jistgħu jiġu applikati tal-inqas jinkludu dan li ġej:
7. L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti, skont il-liġi nazzjonali, biex jimponu tipi ta’ piena ma’ dawk imsemmija fil-paragrafu 6 jew biex jimponu penali pekunjarji li jaqbżu l-ammonti msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 6. (*********) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).”;" |
(17) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 99a L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom li jittrasponu din id-Direttiva jipprovdu għal sanzjonijiet, b’mod partikolari meta:
Artikolu 99b 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippublikaw kwalunkwe deċiżjoni, li ma tistax tiġi appellata, li timponi sanzjoni jew miżura amministrattiva għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, fuq is-siti elettroniċi uffiċjali tagħhom mingħajr dewmien żejjed wara li l-persuna li fuqha ġiet imposta s-sanzjoni jew miżura tkun ġiet informata b’dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-inqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dak l-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva. Madankollu, fejn il-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi jew tad-data personali tal-persuni fiżiċi titqies bħala sproporzjonata mill-awtorità kompetenti wara li ssir valutazzjoni ta’ kull każ individwali dwar il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ din id-data, jew fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu wieħed minn dawn li ġejjin:
Fil-każ ta’ deċiżjoni biex tiġi ppubblikata piena jew miżura fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta għal perijodu ta’ żmien raġonevoli jekk ikun mistenni li f’dak il-perijodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jkunux ser jibqgħu jeżistu. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti iżda mhux ippubblikati f’konformità mal-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 inkluż dwar kwalunkwe appell relatat magħhom u r-riżultat ta’ tali appell. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b’rabta ma’ kwalunkwe piena kriminali imposta u jibagħtuha lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm bażi ta’ data ċentrali ta’ sanzjonijiet kkomunikati lilha unikament għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta’ data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti. 3. Fejn id-deċiżjoni li timponi piena jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet rilevanti oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jippubblikaw immedjatament, fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li timponi sanzjoni jew miżura. 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tibqa’ fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom tal-inqas għal perijodu ta’ ħames snin mill-pubblikazzjoni tagħha. Id-data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-awtorità kompetenti unikament għall-perijodu li huwa meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Artikolu 99c 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu determinati t-tip ta’ penali jew miżuri amministrattivi u l-livell ta’ penali pekunjarji amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li dawn ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn ikun il-każ:
2. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali taħt l-Artikolu 99, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-setgħat superviżorji u investigattivi u penali amministrattivi jipproduċu r-riżultati mmirati minn din id-Direttiva. Huma għandhom jikkoordinaw ukoll l-azzjonijiet tagħhom sabiex jevitaw il-possibbiltà ta’ duplikazzjoni u sovrapożizzjoni meta japplikaw is-setgħat superviżorji u investigattivi u l-penali u l-miżuri amministrattivi f’każijiet transkonfinali f’konformità mal-Artikolu 101. Artikolu 99d 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex jiġi mħeġġeġ ir-rappurtar ta’ ksur potenzjali jew attwali tad- dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi mezzi sikuri ta’ komunikazzjoni għar-rappurtar ta’ tali ksur. 2. Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu tal-inqas:
3. L-ESMA għandha tipprovdi mezz sikur ta’ komunikazzjoni jew aktar għar-rappurtar ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. L-ESMA għandha tiżgura li dawk il-mezzi ta’ komunikazzjoni jkunu konformi mal-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappurtar minn impjegati ta’ kumpaniji tal-investiment, kumpaniji tal-maniġment u d-depożitarji msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ma għandux jitqies li hu ksur ta’ kwalunkwe restrizzjoni fuq l-iżvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew bi kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva, u ma għandux jissuġġetta lill-persuna li tagħmel ir-rappurtar għal xi responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip relatat ma’ tali rappurtar. 5. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kumpaniji tal-maniġment, il-kumpaniji tal-investiment u d-depożitarji jkollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom sabiex jirrapportaw ksur internament b’mezz speċifiku, indipendenti u awtonomu. Artikolu 99e 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu kull sena lill-ESMA informazzjoni aggregata dwar il-penali u l-miżuri kollha imposti f’konformità mal-Artikolu 99. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali. 2. Fejn l-awtorità kompetenti tkun żvelat penali jew miżuri amministrattivi lill-pubbliku, għandha fl-istess ħin tirrapporta dawk il- penali jew il-miżuri amministrattivilill-ESMA. Fejn penali jew miżura ppubblikata tkun relatata ma’ kumpanija tal-maniġment jew kumpanija tal-investiment, l-ESMA għandha żżid referenza għall- penali jew il-miżura ppubblikata fil-lista tal-kumpaniji tal-maniġment ppubblikata taħt l-Artikolu 6(1). 3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu determinati l-proċeduri u l-formoli għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni kif imsemmi f’dan l-Artikolu. L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Settembru 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. (**********) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar ilmoviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).”;" |
(18) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 104a 1. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE għall-ipproċessar tad-data personali li jitwettaq fl-Istati Membri skont din id-Direttiva. 2. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***********) għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mill-ESMA skont din id-Direttiva. (***********) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).”;" |
(19) |
fl-Artikolu 12(3), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 43(5), l-Artikolu 51(4), l-Artikolu 60(6), l-Artikolu 61(3), l-Artikolu 62(4), l-Artikolu 64(4), l-Artikolu 75(4), l-Artikolu 78(7), l-Artikolu 81(2), l-Artikolu 95(1) u l-Artikolu 111, il-kliem: ‘skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4), u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b’ jinbidlu bil-kliem: ‘skont l-Artikolu 112a’; |
(20) |
fl-Artikolu 50a, il-kliem: ‘f’konformità mal-Artikolu 112a, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 112b u 112c’ jinbidlu bil-kliem: ‘skont l-Artikolu 112a’; |
(21) |
fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 52(4), ir-referenza għall-‘Artikolu 112(1)’ tinbidel b’referenza għall-‘Artikolu 112’; |
(22) |
l-Artikolu 112 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 112 Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Titoli Ewropej stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (************). (************) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45)”;" |
(23) |
L-Artikolu 112a jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 112a 1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 12, 14, 43, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-4 ta’ Jannar 2011. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 26b hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mis-17 ta’ Settembru 2014. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 50a hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-21 ta’ Lulju 2011. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 51 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-20 ta’ Ġunju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħa delegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem ta’ perijodi ta’ erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12, 14, 26b, 43, 50a, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 12, 14, 26b, 43, 50a, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; |
(24) |
L-Artikolu 112b jitħassar; |
(25) |
fl-Iskeda A tal-Anness I, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej;
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-18 ta’ Marzu 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu mit-18 ta’ Marzu 2016. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva lill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014.
(3) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(4) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22).
(5) Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(6) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(7) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(8) Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26).
(9) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(10) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(11) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(12) Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).
(13) Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(14) ĠU C 369, 17.12.2011,p. 14.
(15) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(16) ĠU C 100, 6.4.2013, p. 12.