Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0908

    2014/908/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Diċembru 2014 dwar l-ekwivalenza ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 359, 16.12.2014, p. 155–160 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/10/2021; Imħassar b' 32021D1753

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/908/oj

    16.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 359/155


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-12 ta' Diċembru 2014

    dwar l-ekwivalenza ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/908/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 107(4), 114(7), 115(4), 116(5) u 142(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kapital li jirriflettu b'mod adegwat ir-riskji li jkunu ħadu dawk l-istituzzjonijiet, inkluż ir-riskju tal-kreditu, billi jqisu l-kuntesti ġeografiċi differenti li joperaw fihom. Ir-riskju ta' kreditu mġarrba minn istituzzjonijiet marbuta ma' skoperturi għal entitajiet li jinsabu barra mill-Unjoni huwa determinat, sakemm il-fatturi l-oħra kollha jkunu ndaqs, mill-kwalità tal-qafas regolatorju rilevanti u s-superviżjoni implimentata fil-pajjiż terz rilevanti.

    (2)

    L-Artikolu 107(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermetti lill-istituzzjonijiet biex jittrattaw skoperturi għal ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u boroż ta' pajjiżi terzi bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet biss jekk il-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji lill-entità kkonċernata li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

    (3)

    L-Artikoli 114(7), 115(4) u 116(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxu ponderazzjonijiet ta' riskju speċifiċi applikabbli għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku li jinsabu f'pajjiżi terzi li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

    (4)

    L-Artikolu 153 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi l-formula għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju tal-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali skont approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna (internal-ratings based — IRB) u jiddeskrivi l-parametri li għandhom jintużaw għall-kalkolu, inkluż il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni. L-Artikolu 153(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi l-koeffiċjent ta' korrelazzjoni applikabbli għal entitajiet kbar fis-settur finanzjarju. Skont l-Artikolu 142(1)(4)(b) ta' dan ir-Regolament, sabiex tikkwalifika għad-definizzjoni ta' “entità kbira tas-settur finanzjarju”, l-entità tas-settur finanzjarju jew waħda mis-sussidjarji tagħha trid tkun suġġetta għal-liġijiet ta' pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji prudenzjali li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

    (5)

    Sabiex tiddetermina l-iskoperturi ponderata għar-riskju xierqa għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu marbut ma' skoperturi għal ċerti kategoriji ta' entitajiet li jinsabu f'pajjiżi terzi, il-Kummissjoni vvalutat l-ekwivalenza tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji ta' pajjiżi terzi mal-arranġamenti superviżorji u regolatorji korrispondenti fl-Unjoni.

    (6)

    L-ekwivalenza ġiet iddeterminata permezz ta' analiżi bbażata fuq ir-riżultati tal-arranġamenti regolatorji u ta' superviżjoni tal-pajjiż terz li tittestja l-kapaċità tagħhom li jiksbu l-istess objettivi ġenerali bħall-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni. L-objettivi jirreferu, b'mod partikolari, għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja kemm domestika kif ukoll globali fl-intier tagħha; l-effikaċja u l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-depożitanti u konsumaturi oħrajn tas-servizzi finanzjarji; il-koperazzjoni bejn atturi differenti tas-sistema finanzjarja, inklużi regolaturi u superviżuri; l-indipendenza u l-effikaċja tas-superviżjoni; u l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta' standards rilevanti miftiehma internazzjonalment. Sabiex jintlaħqu l-istess objettivi ġenerali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji, tal-Unjoni, l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-pajjiż terz għandhom jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operazzjonali, organizzazzjonali u superviżorji, li jirriflettu l-elementi essenzjali tar-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għal kategoriji rilevanti ta' istituzzjonijiet finanzjarji. Billi kkunsidrat il-valutazzjonijiet indipendenti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal dawk imwettqa mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, il-Kummissjoni vvalutat arranġamenti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi terzi applikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti tal-investiment, u boroż. Din l-analiżi ppermettiet lill-Kummissjoni biex tevalwa l-ekwivalenza ta' arranġamenti ta' pajjiżi terzi sabiex jiġi ddeterminat it-trattament tal-kategoriji relevanti ta' skoperturi msemmija fl-Artikoli 107, 114, 115, 116 u 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    (7)

    Għall-finijiet tal-Artikoli 114, 115, u 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 l-ekwivalenza għandha tkun determinata b'referenza għal arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu peress li dawn l-arranġamenti normalment jistabbilixxu l-ponderazzjonijiet tar-riskju għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu.

    (8)

    Għall-finijiet tal-Artikolu 142(1)(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-valutazzjoni tal-ekwivalenza hija limitata għal arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għal impriżi ta' pajjiżi terzi b'operat komparabbli ma' dak ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment, skont id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 4(1)(27) ta' dak ir-Regolament.

    (9)

    Wara l-valutazzjoni, jidher li l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, Guernsey, Ħong Kong, l-Indja, l-Isle of Man, il-Ġappun, Jersey, il-Messiku, Monako, l-Arabja Sawdija, Singapor, l-Afrika t'Isfel, l-Isvizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika għandhom fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operazzjonali, organizzattivi u superviżorji li jirriflettu l-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, huwa xieraq li s-sistemi ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jinsabu f'dawn il-pajjiżi u territorji terzi jiġu kkunsidrati bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) u 142(1)4(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    (10)

    Wara l-valutazzjoni, jidher li l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, il-Messiku, l-Arabja Sawdija, Singapor, l-Afrika t'Isfel u l-Istati Uniti tal-Amerika għandhom fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operazzjonali, organizzattivi u superviżorji li jirriflettu l-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għad-ditti tal-investiment. Għalhekk, huwa xieraq li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji li japplikaw għal ditti ta' investiment li jinsabu f'dawn il-pajjiżi terzi jitqiesu bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) u l-Artikolu 142(1)4(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    (11)

    Wara l-valutazzjoni, jidher li l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Messiku, l-Arabja Sawdija, Singapor, l-Afrika t'Isfel u l-Istati Uniti tal-Amerika għandhom fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operazzjonali li jirriflettu l-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għall-boroż. Għalhekk, huwa xieraq li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' dawn il-pajjiżi terzi applikati għal boroż jitqiesu bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 limitati għal skoperturi għal boroż li jinsabu f'dawn il-pajjiżi terzi.

    (12)

    L-uniku skop ta' din id-Deċiżjoni huwa li tiddetermina ekwivalenza bil-għan li jiġu assenjati l-ponderazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikoli 107, 114, 115, 116 u 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    (13)

    Il-lista tal-pajjiżi u territorji terzi li jitqiesu bħala ekwivalenti għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni mhijiex definittiva. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Awtorità Bankarja Ewropea, se tkompli tagħmel monitoraġġ fuq bażi regolari tal-evoluzzjoni tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji ta' pajjiżi u territorji terzi bil-għan li taġġorna, kif xieraq u mill-inqas kull ħames snin, il-lista ta' pajjiżi u territorji terzi stipulati f'din id-Deċiżjoni fid-dawl, b'mod partikolari, tal-iżviluppi kostanti fl-arranġamenti superviżorji u regolatorji, fl-Unjoni u fil-livell globali, u ħadet inkonsiderazzjoni sorsi ġodda disponibbli ta' informazzjoni rilevanti.

    (14)

    Ir-rieżami regolari tar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji applikabbli fil-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Annessi għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku relatat ma' pajjiż jew territorju terz individwali fi kwalunkwe ħin barra l-analiżi ġenerali, fejn l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid ir-rikonoxximent mogħti minn din id-Deċiżjoni. Tali valutazzjoni mill-ġdid tista' twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza.

    (15)

    Id-dispożizzjonijiet f'din id-Deċiżjoni huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw l-ekwivalenza tar-rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn istituzzjonijiet suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li ċerti atti ta' implimentazzjoni meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jkunu inklużi f'Deċiżjoni waħda.

    (16)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej.

    (17)

    Sabiex jiġi evitat li jkun hemm żieda f'daqqa ta' rekwiżiti ta' kapital għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment fl-Unjoni, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-ekwivalenza ta' rekwiżiti applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji għal istituzzjonijiet ta' kreditu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

    Artikolu 2

    L-ekwivalenza ta' rekwiżiti applikati għal ditti ta' investiment għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji għal ditti tal-investiment ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

    Artikolu 3

    L-ekwivalenza ta' rekwiżiti applikati għal boroż għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji għal boroż ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

    Artikolu 4

    L-ekwivalenza ta' rekwiżiti applikati għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku għall-finijiet tal-Artikoli 114, 115, 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Għall-finijiet tal-Artikolu 114(7), l-Artikolu 115(4) u l-Artikolu 116(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji ekwivalenti għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Unjoni.

    Artikolu 5

    L-ekwivalenza ta' rekwiżiti għal istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment għall-finijiet tal-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Għall-finijiet tal-Artikolu 142(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Anness V ta' din id-Deċiżjoni jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

    Artikolu 6

    Id-dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.


    ANNESS I

    LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 1 (ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU)

    (1)

    L-Awstralja

    (2)

    Il-Brażil

    (3)

    Il-Kanada

    (4)

    Iċ-Ċina

    (5)

    Guernsey

    (6)

    Ħong Kong

    (7)

    L-Indja

    (8)

    Il-Gżira ta' Man

    (9)

    Il-Ġappun

    (10)

    Jersey

    (11)

    Il-Messiku

    (12)

    Monako

    (13)

    L-Arabja Sawdija

    (14)

    Singapor

    (15)

    L-Afrika t'Isfel

    (16)

    L-Isvizzera

    (17)

    L-Istati Uniti tal-Amerika


    ANNESS II

    LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 2 (DITTI TA' INVESTIMENT)

    (1)

    L-Awstralja

    (2)

    Il-Brażil

    (3)

    Il-Kanada

    (4)

    Iċ-Ċina

    (5)

    Il-Messiku

    (6)

    L-Arabja Sawdija

    (7)

    Singapor

    (8)

    L-Afrika t'Isfel

    (9)

    L-Istati Uniti tal-Amerika


    ANNESS III

    LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 3 (DITTI TA' INVESTIMENT)

    (1)

    Il-Brażil

    (2)

    Il-Kanada

    (3)

    Iċ-Ċina

    (4)

    L-Indja

    (5)

    Il-Ġappun

    (6)

    Il-Messiku

    (7)

    L-Arabja Sawdija

    (8)

    Singapor

    (9)

    L-Afrika t'Isfel

    (10)

    L-Istati Uniti tal-Amerika


    ANNESS IV

    LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 4 (ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU)

    (1)

    L-Awstralja

    (2)

    Il-Brażil

    (3)

    Il-Kanada

    (4)

    Iċ-Ċina

    (5)

    Guernsey

    (6)

    Ħong Kong

    (7)

    L-Indja

    (8)

    Il-Gżira ta' Man

    (9)

    Il-Ġappun

    (10)

    Jersey

    (11)

    Il-Messiku

    (12)

    Monako

    (13)

    L-Arabja Sawdija

    (14)

    Singapor

    (15)

    L-Afrika t'Isfel

    (16)

    L-Isvizzera

    (17)

    L-Istati Uniti tal-Amerika


    ANNESS V

    LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 5 (ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU U DITTI TA' INVESTIMENT)

    Istituzzjonijiet ta' kreditu:

    (1)

    L-Awstralja

    (2)

    Il-Brażil

    (3)

    Il-Kanada

    (4)

    Iċ-Ċina

    (5)

    Guernsey

    (6)

    Ħong Kong

    (7)

    L-Indja

    (8)

    Il-Gżira ta' Man

    (9)

    Il-Ġappun

    (10)

    Jersey

    (11)

    Il-Messiku

    (12)

    Monako

    (13)

    L-Arabja Sawdija

    (14)

    Singapor

    (15)

    L-Afrika t'Isfel

    (16)

    L-Isvizzera

    (17)

    L-Istati Uniti tal-Amerika

    Ditti ta' Investiment;

    (1)

    L-Awstralja

    (2)

    Il-Brażil

    (3)

    Il-Kanada

    (4)

    Iċ-Ċina

    (5)

    Il-Messiku

    (6)

    L-Arabja Sawdija

    (7)

    Singapor

    (8)

    L-Afrika t'Isfel

    (9)

    L-Istati Uniti tal-Amerika


    Top