This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0565
Decision No 565/2014/EU of the European Parliament and of the Council of 15 May 2014 introducing a simplified regime for the control of persons at the external borders based on the unilateral recognition by Bulgaria, Croatia, Cyprus and Romania of certain documents as equivalent to their national visas for transit through or intended stays on their territories not exceeding 90 days in any 180-day period and repealing Decisions No 895/2006/EC and No 582/2008/EC
Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2014 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE
Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2014 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE
ĠU L 157, 27.5.2014, p. 23–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/23 |
DEĊIŻJONI Nru 565/2014/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Mejju 2014
li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 77(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 4(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011, il-Kroazja, li ssieħbet fl-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013, hija meħtieġa minn dik id-data biex tissuġġetta liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2) għal rekwiżit ta' viża. |
(2) |
Skont l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011, id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen dwar il-kundizzjonijiet u l-kriterji sabiex jinħarġu viżi uniformi, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-viżi u dwar l-ekwivalenza bejn il-permessi ta' residenza/viżi għal permanenza twila u viżi għal permanenza qasira, japplikaw għall-Kroazja biss wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill għal dan il-għan. Madankollu, dawn jorbtu lill-Kroazja mid-data tal-adeżjoni. |
(3) |
Il-Kroazja hija, għalhekk, meħtieġa li toħroġ viżi nazzjonali, għad-dħul fit-territorju tagħha jew għat-tranżitu mit-territorju tagħha, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom viża uniformi jew viża għal permanenza twila jew permess ta' residenza maħruġin minn Stat Membru li jimplementa b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen jew dokument simili maħruġ mill-Bulgarija, minn Ċipru u mir-Rumanija, li għadhom ma jimplimentawhx b'mod sħiħ. |
(4) |
Id-detenturi ta' dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li jimplimentaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, u dokumenti maħruġa mill-Bulgarija, minn Ċipru, u mir-Rumanija ma jirrappreżentaw l-ebda riskju għall-Kroazja peress li dawn huma suġġetti għall-kontrolli kollha meħtieġa minn dawk l-Istati Membri. Sabiex ikun evitat li jiġu imposti piżijiet amministrattivi żejda li ma jkunux ġustifikati fuq il-Kroazja, għandhom jiġu adottati regoli komuni li jawtorizzaw lill-Kroazja biex tirrikonoxxi unilateralment dawk id-dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħha, u sabiex tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni tagħha fuq il-bażi ta' dik l-ekwivalenza unilaterali. |
(5) |
Ir-regoli komuni introdotti bid-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u bid-Deċiżjoni Nru 582/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandhom jitħassru. Fir-rigward ta' Ċipru, li implimenta r-reġim komuni stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE mill-10 ta' Lulju 2006 u fir-rigward tal-Bulgarijia u r-Rumanija, li implimentaw ir-reġim komuni stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 582/2008/KE mit-18 ta' Lulju 2008, għandhom jiġu adottati regoli komuni li jawtorizzaw lill-Bulgarija, lil Ċipru, u lir-Rumanija, bħall-Kroazja, sabiex jirrikonoxxu b'mod unilaterali ċerti dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen kif ukoll dokumenti simili maħruġa mill-Kroazja, bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom, u sabiex jistabbilixxu reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni fuq il-bażi ta' dik l-ekwivalenza unilaterali. Din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-objettiv tal-Bulgarija u tar-Rumanija li jsiru Stati Membri ta' Schengen mingħajr dewmien. |
(6) |
Ir-reġim simplifikat stabbilit f'din id-Deċiżjoni għandu japplika għal perjodu tranżitorju, sa data li għandha tkun iddeterminata permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill kif jissemma fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 fir-rigward ta' Ċipru, fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011 fir-rigward tal-Kroazja, suġġett għal dispożizzjonijiet tranżitorji possibbli fir-rigward ta' dokumenti maħruġa qabel dik id-data. |
(7) |
Il-parteċipazzjoni fir-reġim komuni għandha tkun fakultattiva, mingħajr ma jiġu imposti fuq l-Istati Membri obbligi addizzjonali għal dawk stipulati mill-Att ta' Adeżjoni tal-2003, mill-Att ta' Adeżjoni tal-2005 jew mill-Att ta' Adeżjoni tal-2011. |
(8) |
Ir-regoli komuni għandhom japplikaw għal viżi uniformi għal permanenza qasira, viżi għal permanenza twila u għal permessi ta' residenza li jinħarġu mill-Istati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen, għal viżi b'validità territorjali limitata maħruġa lil applikant li hu d-detentur ta' dokument ta' vjaġġar li mhuwiex rikonoxxut minn Stat Membru wieħed jew iżjed, imma mhux minn kollha, skont ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-“Kodiċi dwar il-Viżi”) (5) u mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif ukoll għal viżi għal permanenza qasira, viżi għal permanenza twila u permessi ta' residenza maħruġa mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija. Ir-rikonoxximent ta' dokument għandu jkun limitat għall-perjodu tal-validità tiegħu. |
(9) |
Il-kundizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-permanenzi intiżi tagħhom fuq it-territorju tal-Istati Membri ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandhom jiġu sodisfatti, ħlief għar-rekwiżit li ikunu fil-pussess ta' viża valida, jekk meħtieġ skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001, sa fejn din id-Deċiżjoni tistabbilixxi reġim ta' rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti maħruġa minn Stati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen u ta' dokumenti simili maħruġa mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija għall-finijiet ta' tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. |
(10) |
Billi l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri t-twaqqif ta' reġim ta' rikonoxximent komuni mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti maħruġa minn Stati Membri oħra, ma jistax jinkiseb sew mill-Istati Membri iżda jkun jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
(11) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt (B), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (8). |
(12) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9), li jaqa' fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt (B) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (10). |
(13) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (11), li jaqa' fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt (B) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (12). |
(14) |
Konformament mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(15) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (13); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(16) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (14); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni fejn il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija jistgħu jirrikonoxxu b'mod unilaterali bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorju tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi suġġetti għal obbligu ta' viża skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001.
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni m'għandhiex taffetwa l-kontrolli fuq persuni fil-fruntieri esterni skont l-Artikoli 5 sa 13 u 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006.
Artikolu 2
1. Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija jistgħu jikkunsidraw bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom, għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorju tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum, id-dokumenti li ġejjin maħruġa mill-Istati Membri li jimplimentaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen, irrispettivament min-nazzjonalità tad-detenturi:
(a) |
“viża uniformi” kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tal-Kodiċi dwar il-Vizi, valida għal żewġ entrati jew entrati multipli; |
(b) |
“viża għal perjodu twil” kif imsemmi fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni li timplementa t-Trattat ta' Schengen (15); |
(c) |
“permess ta' residenza” kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006. |
2. Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija jistgħu wkoll jikkunsidraw bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom, għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorju tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum viżi maħruġa b'validità territorjali limitata skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi.
3. Jekk il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru jew ir-Rumanija jiddeċiedu li japplikaw din id-Deċiżjoni, huma għandhom jirrikonoxxu d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 2, irrispettivament mill-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument, ħlief jekk dawn ikunu mehmuża ma' dokumenti ta' vvjaġġar li huma ma jirrikonoxxux jew ma' dokumenti ta' vvjaġġar maħruġa minn pajjiż terz li miegħu ma jkollhomx relazzjonijiet diplomatiċi.
Artikolu 3
1. Jekk il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru jew ir-Rumanija jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 2, huma jistgħu, barra mid-dokumenti imsemmija f'dak l-Artikolu, jirrikonoxxu bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorju tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum:
(a) |
viżi nazzjonali għal permanenza qasira u viżi nazzjonali għal permanenza twila maħruġa mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru jew ir-Rumanija skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (16); |
(b) |
permessi ta' residenza maħruġa mill-Bulgarija, l-Kroazja, Ċipru jew ir-Rumanija skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (17). |
ħlief jekk il-viżi u l-permessi ta' residenza jkunu mehmuża ma' dokumenti ta' vvjaġġar li dawk l-Istati Membri ma jirrikonoxxux jew ma' dokumenti ta' vvjaġġar maħruġa minn pajjiż terz li miegħu ma jkollhomx relazzjonijiet diplomatiċi,.
2. Dokumenti maħruġa mill-Bulgarija li jistgħu jiġu rikonoxxuti huma elenkati fl-Anness I.
Dokumenti maħruġa mill-Kroazja li jistgħu jiġu rikonoxxuti huma elenkati fl-Anness II.
Dokumenti maħruġa minn Ċipru li jistgħu jiġu rikonoxxuti huma elenkati fl-Anness III.
Dokumenti maħruġa mir-Rumanija li jistgħu jiġu rikonoxxuti huma elenkati fl-Anness IV.
Artikolu 4
Il-perjodu tal-validità tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 għandu jkopri t-tul ta' żmien tat-tranżitu jew permanenza.
Artikolu 5
Jekk jiddeċiedu li japplikaw din id-Deċiżjoni il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum ta' ħidma mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni kkomunikata minn dawn l-Istati Membri f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dawk in-notifiki għandhom jispeċifikaw, fejn ikun rilevanti, dawk il-pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom il-Bulgarija, l-Kroazja, Ċipru u r-Rumanijama japplikawx, fin-nuqqas ta' relazzjonijiet diplomantiċi, din id-Deċiżjoni f'konfomità mal-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(1).
Artikolu 6
Id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE huma mħassra.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika sad-data stabbilita minn deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 fir-rigward ta' Ċipru, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija u skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011 fir-rigward tal-Kroazja, f'liema data għandhom japplikaw għall-Istat Membru kkonċernat id-dispożizzjonijiet kollha tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tal-politika komuni rigward il-viża u l-moviment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bulgarija, lill-Kroazja, lil Ċipru u lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
(3) Deċiżjoni Nru 895/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għal skopijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom (ĠU L 167, 20.6.2006, p. 1).
(4) Deċiżjoni Nru 582/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għal tagħhom viżi nazzjonali għal skopijiet ta 'tranżitu mit-territorji tagħhom (ĠU L 161, 20.6.2008, p. 30).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni bejn il-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).
(7) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(8) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(9) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(10) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(11) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(12) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(13) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda biex tieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta ' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(14) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(15) ĠU L 239, 22.9.2000 p. 19.
(16) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1).
(17) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi format uniformi għall-permessi ta' residenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1).
ANNESS I
LISTA TA' DOKUMENTI MAĦRUĠA MILL-BULGARIJA
Viżi
Il-Bulgarija toħroġ it-tipi ta' viża li ġejjin f'konformità mal-Att dwar Barranin fir-Repubblika tal-Bulgarija
— |
Виза за летищен транзит (виза вид А) — Viża ta' tranżitu tal-ajruport (tip A) |
— |
Виза за краткосрочно пребиваване (виза вид С) — Viża għal permanenza qasira (tip C) |
— |
Виза за дългосрочно пребиваване (виза вид D) — Viża għal residenza fit-tul (tip D) |
Permessi ta' residenza
Il-Bulgarija toħroġ il-permessi ta' residenza li ġejjin imsemmijin fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006:
1. |
Разрешение за пребиваване на продължително пребиваващ в Република България чужденец — Residenza mtawla. |
2. |
Разрешение за пребиваване на дългосрочно пребиваващ в ЕС чужденец — Resident fit-tul — KE. |
3. |
Разрешение за пребиваване на постоянно пребиваващ в Република България чужденец — Permess ta' residenza. |
4. |
Разрешение за пребиваване на продължително пребиваващ член на семейството на гражданин на ЕС, който не е упражнил правото си на свободно придвижване, с отбелязване “член на семейство” — Residenza mtawla — Membru tal-familja taħt id-Direttiva 2004/38/KE. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
5. |
Разрешение за пребиваване на постоянно пребиваващ член на семейството на гражданин на ЕС, който не е упражнил правото си на свободно придвижване, с отбелязване “член на семейство” — Permess ta' residenza — Membru tal-familja taħt id-Direttiva 2004/38/KE. |
6. |
Разрешение за пребиваване на продължително пребиваващ с отбелязване “бенефициер съгласно член 3, параграф 2 от Директива 2004/38/ЕО” — Residenza mtawla — benefiċjarju taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE. |
7. |
Разрешение за пребиваване на постоянно пребиваващ с отбелязване “бенефициер съгласно член 3, параграф 2 от Директива 2004/38/ЕО” — Permess ta' residenza — benefiċjarju taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE. |
8. |
Разрешение за пребиваване тип “синя карта на ЕС” — Permess ta' residenza — Karta Blu tal-UE. |
9. |
Единно разрешение за пребиваване и работа — Permess uniku. |
10. |
Временно разрешение за пребиваване на притежател на синя карта на ЕС, издадена от друга държава — членка на ЕС — Permess ta' residenza temporanja. |
11. |
Разрешение за продължително пребиваване на член на семейството на бежанец или на чужденец с предоставено убежище — Residenza mtawla — Membru tal-familja ta' refuġjat jew barrani li ngħata l-asil. |
12. |
Разрешение за продължително пребиваване на член на семейството на чужденец с хуманитарен статут — Residenza mtawla — Membru tal-familja ta' benfiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja. |
13. |
Разрешение за продължително пребиваване на член на семейството на чужденец с предоставена временна закрила — Residenza mtawla — Membru tal-familja ta' benefiċjarju ta' protezzjoni temporanja |
14. |
Разрешение за продължително пребиваване на чужденец с отбелязване “научен работник” — Residenza mtawwla — Riċerkatur. |
15. |
Удостоверение за завръщане в Република България на чужденец — Passaport temporanju ta' barrani għal ritorn lejn ir-Repubblika tal-Bulgarija. |
16. |
“Карта за пребиваване на член на семейството на гражданин на Съюза” на продължително пребиваващ член на семейство на гражданин на ЕС — Karta ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni — residenza fit-tul. |
17. |
“Карта за пребиваване на член на семейството на гражданин на Съюза” на постоянно пребиваващ член на семейство на гражданин на ЕС — Karta ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni — permess ta' residenza. |
(1) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
ANNESS II
LISTA TA' DOKUMENTI MAĦRUĠA MILL-KROAZJA
Viżi
— |
Kratkotrajna viza (C) — viża għal permanenza qasira (C) |
Permessi ta' residenza
— |
Odobrenje boravka — Approvazzjoni ta' permanenza |
— |
Osobna iskaznica za stranca — Karta tal-identità għal ċittadini barranin |
ANNESS III
LISTA TA' DOKUMENTI MAĦRUĠA MINN ĊIPRU
Θεωρήσεις (Viżi)
— |
Θεώρηση διέλευσης — Κατηγορία Β (viża ta' tranżitu — tip B) |
— |
Θεώρηση για παραμονή βραχείας διάρκειας — Κατηγορία Γ (viża għal permanenza qasira — tip C) |
— |
Ομαδική θεώρηση — Κατηγορίες Β και Γ (viża ta' grupp — tip B u C) |
Άδειες παραμονής (Permessi ta' residenza)
— |
Προσωρινή άδεια παραμονής (απασχόληση, επισκέπτης, φοιτητής) — Permess ta' residenza temporanja (impjieg, viżitatur, student) |
— |
Άδεια εισόδου (απασχόληση, φοιτητής) — Permess ta' dħul (impjieg, student) |
— |
Άδεια μετανάστευσης (μόνιμη άδεια) — Permess ta' immigrazzjoni (permess permanenti) |
ANNESS IV
LISTA TA' DOKUMENTI MAĦRUĠA MIR-RUMANIJA
Viżi
— |
viză de tranzit, identificată prin simbolul B (viża ta' tranżitu, immarkata B); |
— |
viză de scurtă ședere, identificată prin simbolul C (viża għal permanenza qasira, immarkata C); |
— |
viză de lungă ședere, identificată prin unul dintre următoarele simboluri, în funcție de activitatea pe care urmează să o desfășoare în România străinul căruia i-a fost acordată (viża għal permanenza twila, identifikata b'wieħed minn dawn is-simpboli, skont l-attività li d-detentur tal-viża jkun se jwettaq fir-Rumanija):
|
Permessi ta' residenza
— |
permis de ședere (permess ta' residenza); |
— |
carte albastra a UE (Karta Blu tal-UE); |
— |
carte de rezidență pentru membrul de familie al unui cetățean al Uniunii (karta ta' residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni); |
— |
carte de rezidență pentru membrul de familie al unui cetățean al Confederației Elvețiene (karta ta' residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera); |
— |
carte de rezidență permanentă pentru membrul de familie al unui cetățean al Uniunii (karta ta' residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni); |
— |
carte de rezidență permanentă pentru membrul de familie al unui cetățean al Confederației Elvețiene (karta ta' residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera). |