Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0128

    2014/128/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Marzu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light” bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO 2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 70, 11.3.2014, p. 30–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020D1806

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/128/oj

    11.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 70/30


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-10 ta’ Marzu 2014

    dwar l-approvazzjoni tal-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light” bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2014/128/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-fornitur Automotive Lighting Reutlingen GmbH (“l-Applikant”) ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ modulu tad-dijodi li jemettu d-dawl (LEDs) bir-raġġ baxx, “E-Light”, bħala teknoloġija innovattiva fid-9 ta’ Lulju 2013. Il-kompletezza tal-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2). Instab li l-applikazzjoni kienet sħiħa u l-perjodu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni beda l-għada tad-data tal-wasla uffiċjali, jiġifieri l-10 ta’ Lulju 2013.

    (2)

    L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-Linji Gwida Tekniċi) (3).

    (3)

    L-applikazzjoni tirreferi għal Modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light”, li huwa teknoloġija tal-illuminazzjoni bbażata fuq l-hekk imsejħa “sistema ta’ refrazzjoni-riflessjoni”. Il-modulu E-Light juża r-riflessjoni u r-rifrazzjoni tad-dawl mil-lentijiet biex jikkonċentra d-dawl li jiġi prodott minn għadd żgħir ta’ bozoz LED. Din it-teknoloġija hija differenti ferm mis-sistema ta’ illuminazzjoni b’LEDs approvata bħala ekoinnovazzjoni fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/128/UE (4). Ta’ min wieħed jinnota wkoll li l-applikazzjoni minn Automotive Lighting hija bbażata fuq il-metodu ssimplifikat deskritt fil-Linji Gwida Tekniċi, filwaqt li l-applikazzjoni li diġà ġiet approvata kienet ibbażata fuq metodu komprensiv.

    (4)

    Il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni li l-applikant ta fl-applikazzjoni turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati.

    (5)

    L-Applikant wera li l-użu tal-modulu E-Light fil-karozzi tal-passiġġieri ma kienx iktar minn 3 % tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena ta’ referenza 2009. B’appoġġ ta’ dan, l-Applikant irrefera għal-Linji Gwida Tekniċi, li jagħtu taqsira tar-rapport CLEPA LIGHT Sight Safety. L-Applikant uża funzjonijiet predefiniti u dejta medja f’konformità mal-metodu ssimplifikat speċifikat fil-Linji Gwida Tekniċi.

    (6)

    Skont il-metodu ssimplifikat deskritt fil-Linji Gwida Tekniċi, l-Applikant uża dawl tal-aloġenu bħala t-teknoloġija bażi biex juri kemm il-modulu “E-Light” għandu l-kapaċità li jnaqqas id-CO2.

    (7)

    L-Applikant ipprovda metodoloġija għall-ittestjar tat-tnaqqis tad-CO2 li tinkludi formoli li huma konsistenti mal-formoli deskritti fil-Linji Gwida Tekniċi għall-metodu ssimplifikat fir-rigward tal-funzjonijiet tal-illuminazzjoni. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-metodoloġija għall-ittestjar se tagħti riżultati li huma verifikabbli, ripetibbli u komparabbli u li l-metodoloġija kapaċi turi b’mod realistiku l-benefiċċji f’termini tal-emissjonijiet tad-CO2 tat-teknoloġija innovattiva b’sinifikat statistiku qawwi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

    (8)

    Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni ssib li l-Applikant wera b’mod sodisfaċenti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet miksub mit-teknoloġija innovattiva huwa tal-anqas 1 g CO2/km.

    (9)

    Billi l-attivazzjoni tad-dawl fir-raġġ baxx mhijiex meħtieġa għat-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tad-CO2 imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (6), il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-funzjonijiet tal-illuminazzjoni kkonċernati mhumiex koperti miċ-ċiklu tat-test standard.

    (10)

    L-attivazzjoni tal-funzjonijiet tal-illuminazzjoni kkonċernati hija obbligatorja sabiex ikun żgurat li l-karozza titħaddem b’mod sikur u, minħabba f’hekk, ma tiddependix mill-għażla tas-sewwieq. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-manifattur għandu jitqies responsabbli għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba l-użu tal-LEDs.

    (11)

    Il-Kummissjoni ssib li r-rapport ta’ verifika tħejja minn FAKT S.r.l. li huwa korp indipendenti u ċċertifikat u li r-rapport jappoġġja s-sejbiet stipulati fl-applikazzjoni.

    (12)

    F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ma ssib l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni.

    (13)

    Kwalunkwe manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji speċifiċi tad-CO2 tiegħu sabiex jilħaq il-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi tiegħu permezz tal-iffrankar tad-CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu, skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, jirreferi għal din id-Deċiżjoni fl-applikazzjoni tiegħu għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għall-vetturi kkonċernati,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light”, maħsub għall-użu fil-vetturi M1, huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

    2.   It-tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 li jiġi mill-użu tal-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light” imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-metodoloġija mogħtija fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

    (3)  http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/cars/docs/guidelines_en.pdf

    (4)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/128/UE tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-approvazzjoni tal-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl f’ċerti funzjonijiet tad-dawl ta’ vetturi M1 bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 14.3.2013, p. 7).

    (5)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

    (6)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).


    ANNESS

    METODOLOĠIJA BIEX JIĠI STABBILIT IT-TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET TAD-CO2 MILL-UŻU TAL-MODULU LED BIR-RAĠĠ BAXX “E-LIGHT”, F’VETTURA TAT-TIP M1

    1.   Introduzzjoni

    Sabiex jiġi stabbilit it-tnaqqis tas-CO2 li jista’ jiġi attribwit għall-użu tal-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light”, f’vettura tat-tip M1, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn l-affarijiet li ġejjin:

    (a)

    il-kundizzjonijiet tat-testijiet;

    (b)

    il-proċedura tat-test;

    (c)

    il-formoli għall-kalkolu tal-iffrankar tad-CO2;

    (d)

    il-formoli għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard;

    (e)

    l-iffrankar tad-CO2 għaċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip.

    2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    Ir-rekwiżiti tar-Regolament UN/ECE Nru 112/00 (1) dwar dispożizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem ta’ vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ baxx assimetriku jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn u mgħammrin b’bozoz tal-filament u/jew moduli tad-dijodi li jemettu d-dawl (LED) għandhom japplikaw. Għad-determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija, għandha ssir referenza għall-punt 6.1.4 tar-Regolament Nru 112/00, u punti 3.2.1 u 3.2.2 tal-Anness 10 tar-Regolament Nru 112.

    Barra minn hekk, it-tagħmir li qed jiġi ttestjat għandu jissaħħan għal 30 minuta billi jingħaddielu kurrent ta’ 0,78 A, b’vultaġġ ta’ 13,4 V. It-tagħmir li jkun qed jiġi ttestjat jikkonsisti fl-unità tal-kontroll elettroniku (ECU) tal-bozza LED u l-modulu tar-raġġ baxx.

    3.   Il-proċedura tat-testijiet

    Il-kejl għandu jsir kif muri fil-Figura. Għandu jintuża t-tagħmir li ġej:

    Żewġ Multi Miters Diġitali, wieħed għall-kejl tal-kurrent dirett, u l-ieħor għall-kejl tal-vultaġġ tal-kurrent dirett.

    Unità tal-provvista tal-elettriku.

    Image

    B’kollox, għandu jsir kejl għal għaxar darbiet bil-vultaġġi li ġejjin: 9,0 V; 10,0 V; 11,0 V; 12,0 V; 13,0 V; 13,2 V; 13,4 V; 14,0 V; 15,0 V; 16,0 V (fejn il-valuri ta’ 13,2 V u 13,4 V huma l-valuri tipiċi għall-vultaġġi fil-vetturi tal-passiġġieri).

    Għal kull vultaġġ, il-kurrent għandu jitkejjel rispettivament.

    Il-vultaġġi installati eżatti u l-kurrent imkejjel għandhom jitniżżlu b’erba’ ċifri deċimali.

    4.   Il-formoli

    Għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin biex jinħadem l-iffrankar tad-CO2 u biex jiġi ddeterminat jekk hemmx konformità mal-valur ta’ limitu ta’ 1 gCO2/km:

    Pass Nru 1

    :

    Ikkalkula l-iffrankar tal-elettriku;

    Pass Nru 2

    :

    Ikkalkula l-iffrankar tad-CO2;

    Pass Nru 3

    :

    Ikkalkula l-iżball fl-iffrankar tad-CO2;

    Pass Nru 4

    :

    Ivverifika l-valur ta’ limitu.

    4.1.   Ikkalkula l-iffrankar tal-elettriku

    Għal kull wieħed mill-10 kejlijiet li jsiru, għandha tiġi kkalkulata l-enerġija li tintuża billi jiġi mmultiplikat il-vultaġġ installat bil-kurrent imkejjel. Dan il-proċess għandu jirriżulta f’10 valuri. Kull valur għandu jitniżżel f’erba’ ċifri deċimali. Imbagħad għandu jiġi kkalkulat il-valur medju tal-enerġija użata, li huwa s-somma tal-10 valuri għall-enerġija diviża b’10.

    L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta għandu jiġi kkalkulat bil-formola li ġejja:

    Formola (1) Formula

    Fejn:

    ΔP

    :

    Iffrankar tal-enerġija f’W;

    Pbaseline:

    :

    L-enerġija tax-xenarju bażi, li hija 137 W;

    Peco-innovation

    :

    Il-valur medju tal-enerġija użata tal-ekoinnovazzjoni f’W.

    4.2.   Ikkalkula l-iffrankar tad-CO2;

    Il-formoli biex jiġi kkalkulat l-iffrankar tad-CO2 miksub permezz tal-ekoinnovazzjoni huma dawn li ġejjin:

     

    Għal vettura petrol:

    Formola (2) Formula

     

    Għal vettura diżil:

    Formola (3) Formula

    F’dawn il-formoli ‘CO2’ tirrappreżenta l-iffrankar tad-CO2 fi gCO2/km.

    Id-dejta ta’ input għall-formoli (2) u (3) huma:

    ΔP

    :

    L-enerġija elettrika ffrankata f’W, li hija r-riżultat tal-pass nru 1

    UF

    :

    Il-fattur tal-użu li huwa 0,33 għal bozza bir-raġġ baxx

    v

    :

    il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC, li hija 33,58 km/h

    VPe-P

    :

    il-konsum tal-enerġija effettiva għal vetturi petrol, li huwa 0,264 l/kWh

    VPe-D

    :

    il-konsum tal-enerġija effettiva għal vetturi diżil, li huwa 0,22 l/kWh

    ηA

    :

    l-effiċjenza tal-alternatur, li hija 0,67

    CFP

    :

    il-fattur tal-konverżjoni għall-petrol, li huwa 2 330 gCO2/l

    CFD

    :

    il-fattur tal-konverżjoni għad-diżil, li huwa 2 640 gCO2/l

    4.3.   Ikkalkula l-iżball statistiku fl-iffrankar tad-CO2

    L-iżball statistiku fl-iffrankar tad-CO2 għandu jinħadem f’żewġ passi. Fl-ewwel pass, il-valur tal-iżball tal-enerġija għandu jinħadem bħala devjazzjoni standard ekwivalenti għal intervall tal-kunfidenza ta’ 68 %.

    Dan għandu jsir bil-formola (4).

    Formola (4) Formula

    Fejn:

    Formula

    :

    id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika [W];

    xi

    :

    il-valur tal-kejl [W];

    Formula

    :

    il-medja aritmetika [W];

    n

    :

    drabi li sar il-kejl, jiġifieri 10.

    Imbagħad għandu jinħadem l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 bl-użu tal-liġi tal-propagazzjoni, li hija espressa fil-formola (5).

    Formola (5) Formula

    Fejn:

    ΔCCO2:

    żball totali medju tal-iffrankar tad-CO2 (gCO2/km)

    ∂ CCO2 /∂P

    is-sensitività tal-iffrankar tad-CO2 ikkalkulat relatata mal-valur ta’ input xi

    ePi

    żball tal-valur ta’ input (W)

    Is-sostituzzjoni tal-formola (2) bil-formola (5) għall-vetturi petrol twassal għal:

    Formola (6) Formula

    Fejn:

    ΔCCO2

    :

    l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 (gCO2/km);

    eP

    :

    l-iżball fil-konsum tal-enerġija (W).

    Is-sostituzzjoni tal-formola (2) bil-formola (5) għall-vetturi diżil twassal għal:

    Formola (7) Formula

    Fejn:

    ΔCCO2

    :

    l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 (gCO2/km);

    eP

    :

    l-iżball fil-konsum tal-enerġija (W).

    4.4.   Ivverifika l-valur ta’ limitu

    Il-valur ta’ limitu jiġi vverifikat permezz tal-formola (8). Il-valur ta’ limitu minimu huwa 1,0 gCO2/km.

    Formola (8) Formula

    Fejn:

    MT

    :

    valur ta’ limitu minimu (gCO2/km)

    CCO2

    :

    l-iffrankar totali tad-CO2 (gCO2/km), li għandu jiġi espress f’4 ċifri deċimali,

    Formula

    :

    l-iżball totali medju tal-iffrankar tad-CO2 (g CO2/km), li għandu jiġi espress f’4 ċifri deċimali,

    5.   Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni li jrid jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip

    Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun “5”.

    Pereżempju, il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni fil-każ tal-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni ċċertifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip Ġermaniża għandu jkun “e1 5”.


    (1)  E/ECE/324/Rev.2/Add.111/Rev.3 - E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.111/Rev.3, id-9 ta’ Jannar 2013

    (2)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


    Top