EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1102

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1102/2013 tas- 6 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2012 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Gwatemala fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni

ĠU L 296, 7.11.2013, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1102/oj

7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1102/2013

tas-6 ta’ Novembru 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2012 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Gwatemala fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2012 (3), il-Kummissjoni tat lill-Gwatemala deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li permezz tagħha setgħet tqis ċerti prodotti tas-sajd magħmulin fil-Gwatemala minn ħut li mhux ta’ oriġini bħala li joriġinaw fil-Gwatemala. Din id-deroga skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2013.

(2)

Permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Mejju 2013, il-Gwatemala ppreżentat talba għal estensjoni tad-deroga. It-talba hi għall-estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward ta’ 987,5 tunnellata ta’ flettijiet ta’ tonn, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” (minn hawn’ il quddiem “flettijiet tat-tonn”) tal-kodiċi NM 1604 14 16. Permezz tal-ittri ddatati s-17 u d-29 ta’ Lulju 2013, il-Gwatemala ppreżentat informazzjoni addizzjonali b’appoġġ għal din it-talba.

(3)

It-talba turi li l-ħin kopert minn din id-deroga ma kienx biżżejjed għall-Gwatemala biex tiżgura biżżejjed flussi ta’ tonn li joriġinaw mill-pajjiż.

(4)

L-estensjoni tad-deroga hija għaldaqstant meħtieġa sabiex tagħti lill-Gwatemala żmien biżżejjed biex tħejji l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tagħha biex tikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali ta’ ħut.

(5)

Sabiex ikun żgurat li d-deroga temporanja tiġi limitata għaż-żmien meħtieġ biex il-Gwatemala tikseb konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali ta’ flettijiet tat-tonn, id-deroga għandha tingħata mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet tal-ħut eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali mill-Gwatemala lejn l-Unjoni, id-deroga għandha tingħata b’effett retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2013.

(7)

Għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1044/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1044/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 tapplika għal flettijiet tat-tonn esportati mill-Gwatemala u ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013 jew sad-data ta’ applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali mill-Gwatemala jekk din id-data tiġi l-ewwel u sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.”

(2)

L-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1044/2012 hu ssostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2 Volum 6 p. 3–516.

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Gwatemala fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 28.)


ANNESS

“ANNESS

In-Numru tal-Ordni Nru

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodi

Kwanità (f’piż nett ta’ tunnellati)

09.1627

ex 1604 14 16

Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal- vakwu magħrufin bħala ‘flettijiet’

mill-1.1.2012 sal-31.12.2012

1 975 tunnellata

09.1627

ex 1604 14 16

Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal- vakwu magħrufin bħala ‘flettijiet’

mill-1.1.2013 sal-30.6.2013

987,5 tunnellata

09.1627

ex 1604 14 16

Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal- vakwu magħrufin bħala ‘flettijiet’

mill-1.7.2013 sal-31.12.2013

987,5 tunnellata”


Top