Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0631

2013/631/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ottubru 2013 dwar il-konformità tar-rati tal-2014 għal kull unità għaż-żoni tal-imposti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 (notifikata bid-dokument C(2013) 7095)

ĠU L 289, 31.10.2013, pp. 68–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/02/2015; Imħassar b' 32015D0290

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/631/oj

31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/68


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ottubru 2013

dwar il-konformità tar-rati tal-2014 għal kull unità għaż-żoni tal-imposti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013

(notifikata bid-dokument C(2013) 7095)

(2013/631/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 (2) jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. L-iskema komuni ta’ imposti hija element integrali għall-ksib tal-għanijiet tal-iskema ta’ prestazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (4).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/121/UE (5) stabbilixxiet miri ta’ prestazzjoni kif ukoll mira ta’ kosteffiċjenza għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-2012 sal-2014. Permezz tal-ittri tad-19 ta’ Lulju 2012 u tas-17 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri li l-pjanijiet u l-miri ta’ prestazzjoni riveduti tagħhom huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha li ġew adottati, u li dawn qed jagħtu kontribuzzjoni xierqa lill-istess miri tal-Unjoni Ewropea. Il-miri tal-kosteffiċjenza huma espressi f’termini ta’ rati unitarji ddeterminati.

(3)

L-Artikolu 17(1)(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 jistipula li l-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rati unitarji tal-2014 għaż-żoni tal-imposti ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ġunju 2013 bi qbil mar-rekwiżiti tal-Artikoli 9(1) u 9(2) ta’ dak ir-Regolament. Din il-valutazzjoni għandha tivverifika l-konformità tar-rati unitarji tal-2014 mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tagħha tar-rati unitarji tal-2014 għaż-żoni tal-imposti bl-appoġġ tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni (PRB) u tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Imposti tar-Rotot tal-Eurocontrol, u bl-użu tad-data u l-informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Istati Membri sa Ġunju 2013. Il-valutazzjoni ikkunsidrat ukoll l-ispjegazzjonijiet mogħtija u l-korrezzjonijiet li saru qabel il-laqgħa ta’ konsultazzjoni li saret fis-26 ta’ Ġunju 2013 bħala parti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 kif ukoll il-korrispondenza sussegwenti bejn il-Kummissjoni u d-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Rumanija, l-Isvezja u r-Renju Unit.

(5)

Id-Danimarka, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Rumanija pproponew li l-aġġustamenti previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 jiġu kkumpensati b’mod parzjali jew bis-sħiħ bl-għan li jinżamm jew jitbaxxa livell speċifiku tar-rata unitarja. Li jsir hekk huwa fl-interess ta’ min jagħmel użu mill-ispazju tal-ajru. Għalhekk, dawn l-ammonti m’għandhomx jiġu rkuprati waqt snin sussegwenti.

(6)

Il-Kummissjoni tinnota li Spanja beħsiebha tapplika dispożizzjoni transitorja b’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010 (6) Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni li ngħatat minn Spanja f’dan ir-rigward, u taqbel li Spanja tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1191/2010 u tista’ tiddeċiedi li teżenta l-ispejjeż determinati għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-Artikolu 11a(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 (7). B’hekk, il-mekkaniżmu tal-qsim tar-riskju tat-traffiku, bil-proporzjon tiegħu ta’ qsim tal-qligħ u tat-telf b’30/70 bejn fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u utenti tal-ispazju tal-ajru li jirriżulta minn differenza bejn unitajiet ta’ servizz proprja u unitajiet ta’ servizz previsti, għandu japplika diġà bħala differenza ta’ 0 % minflok differenza ta’ 2 %. B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1191/2010 u mat-tnaqqis fir-rata unitarja li ġiet deċiża minn Spanja għas-sena 2012, din l-eżenzjoni hija limitata għall-qsim tar-riskju tat-traffiku fir-rigward tad-dħul għal dik is-sena. Fl-2015, Spanja beħsiebha tibda tifrex ir-riport li jirriżulta tul is-snin li ġejjin.

(7)

L-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 jistipula li l-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati f’każijiet fejn ir-rati unitarji jkunu konformi mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(8)

In-notifika li rati unitarji għaż-żoni tal-imposti huma konformi mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 għandha tkun mingħajr ħsara għall-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rati unitarji tal-2014 għaż-żoni tal-imposti inklużi fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma konformi mar-Regolamentp ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

Artikolu 2

In-notifika li rati unitarji għaż-żoni tal-imposti huma konformi mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 hija mingħajr ħsara għall-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/121/UE tal-21 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi l-miri ta’ prestazzjoni u l-limiti ta’ twissija għall-Unjoni Ewropea kollha għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-2012 sal-2014 (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 16).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010 tas-16 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1794/2006 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ĠU L 333, 17.12.2010, p. 6).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 tas-6 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 341, 7.12.2006, p. 3).


ANNESS

Żona tal-imposti

Rata unitarja en route tal-2014

fil-munita nazzjonali (1)

(Kodiċi ISO)

Il-Belġju u l-Lussemburgu

72,04  EUR

Il-Bulgarija

73,50  BGN

Ir-Repubblika Ċeka

1 198,16  CZK

Id-Danimarka

537,56  DKK

Il-Ġermanja

77,32  EUR

L-Estonja

23,97  EUR

L-Irlanda

30,62  EUR

Il-Greċja

34,53  EUR

Spanja, Kontinentali

71,69  EUR

Spanja, il-Gżejjer Kanarji

58,36  EUR

Franza

65,77  EUR

L-Italja

78,83  EUR

Ċipru

38,41  EUR

Il-Latvja

19,99  LVL

Il-Litwanja

162,08  LTL

L-Ungerija

13 190,76  HUF

Malta

27,61  EUR

Il-Pajjiżi l-Baxxi

66,47  EUR

L-Awstrija

73,39  EUR

Il-Polonja

148,89  PLN

Il-Portugall — Lisbona

38,74  EUR

Ir-Rumanija

168,83  RON

Is-Slovenja

67,46  EUR

Is-Slovakkja

60,04  EUR

Il-Finlandja

52,06  EUR

L-Isvezja

638,85  SEK

Ir-Renju Unit

70,46  GBP


(1)  Dawn ir-rati unitarji ma jinkludux ir-rata unitarja amministrattiva msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 u li tapplika għal dawk l-Istati li huma firmatarji tal-Ftehim Multilaterali tal-Eurocontrol dwar l-imposti tar-rotot.


Top