Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0881

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 881/2011 tat- 2 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-kompożizzjoni addittiva tal-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis DSM 17299 (detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S) u l-użu tiegħu fl-għalf li fih l-aċidu formiku Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 228, 3.9.2011, pp. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/02/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0161

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/881/oj

3.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 881/2011

tat-2 ta’ Settembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-kompożizzjoni addittiva tal-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis DSM 17299 (detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S) u l-użu tiegħu fl-għalf li fih l-aċidu formiku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 17299, li tinsab fil-kategorija tal-addittivi “addittivi zootekniċi”, ġiet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-użu fit-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona li jinbidlu l-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 biex tinbidel il-kompożizzjoni addittiva billi tiżdied il-konċentrazzjoni minima u jitħalla l-użu tagħha fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin li fih l-aċidu formiku. L-applikazzjoni ntbagħtet flimkien mad-dejta ta' appoġġ rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa ‘l quddiem “l-Awtorità”).

(3)

L-awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-15 ta’ Marzu 2011 li ż-żieda tal-konċentrazzjoni minima minn 1,6 × 109 għal 1,6 × 1010 CFU/g ma għandhiex iġġib perikli ġodda u l-kompożizzjoni modifikata hija kompatibbli mal-aċidu formiku. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ntlaħqu.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1137/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1137/2007 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 265, 2.10.2007, p. 5.


ANNESS

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1137/2007 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b'kontenut ta' meraq ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana.

4b1821

Chr. Hansen A/S

Bacillus subtilis

DSM 17299

 

Kompożizzjoni addittiva:

Preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 li fiha minimu ta’ 1,6 × 1010 CFU/g addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Bacillus subtilis DSM 17299 konċentrat tal-ispora

 

Metodu analitiku  (1):

Metodu tal-enumerazzjoni bi spread plate billi jiġi użat it-tryptone soya agar bi pretrattament ta' sħana tal-kampjuni tal-għalf.

Tiġieġ għat-tismin

8 × 108

1,6 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabilità għall-pelleting.

2.

L-użu huwa permess f'għalf li fih wieħed mill-koċċidijostati li ġejjin: diklazuril, halofuġinon, robenidin, dekokwinat, narasin/nikarbazin, sodju tal-lasaloċid, maduramajsin ammonju, sodju tal-monensin, narasin, sodju tas-salinomajsin, sodju tas-semduramajsin

3.

Il-kompatibilità ta’ dan l-addittiv mal-aċidu formiku ġiet ippruvata.

it-22 ta' Ottubru 2017


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta' hawn taħt tal-Laboratorju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx”


Top