This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0784
2011/784/EU: Commission Decision of 25 August 2011 on State aid C 39/09 (ex N 385/09) — Latvia — Public financing of port infrastructure in Ventspils Port (notified under document C(2011) 6043) Text with EEA relevance
2011/784/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Awwissu 2011 dwar Għajnuna mill-Istat C 39/09 (ex N 385/09) – il-Latvja – Finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-port fil-Port ta’ Ventspils (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6043) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/784/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Awwissu 2011 dwar Għajnuna mill-Istat C 39/09 (ex N 385/09) – il-Latvja – Finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-port fil-Port ta’ Ventspils (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6043) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 319, 2.12.2011, p. 92–101
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/92 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' Awwissu 2011
dwar Għajnuna mill-Istat C 39/09 (ex N 385/09) – il-Latvja – Finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-port fil-Port ta’ Ventspils
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6043)
(It-test Latvjan biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/784/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom bi qbil mad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1),
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
(1) |
Permezz tan-notifika elettronika tas-26 ta’ Ġunju 2009, il-Latvja ħabbret, skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), miżura li tipprovdi finanzjament pubbliku għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-port għall-Port ta’ Ventspils. |
(2) |
Permezz tal-ittra tal-15 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni infurmat lil-Latvja li ddeċidiet li tniedi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE relatata ma’ parti mill-miżura. |
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għat-tnedija tal-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (minn hawn ’l quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom. |
(4) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati. Permezz tal-ittri tas-16 ta’ Marzu 2010, tas-7 ta’ April 2010, tat-12 ta’ April 2010 u tal-14 ta’ April 2010 l-awtoritajiet Latvjani ressqu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. |
(5) |
Il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni addizzjonali dwar il-miżura permezz tal-ittri tal-21 ta’ Settembru 2010, tat-22 ta’ Diċembru 2010 u tat-18 ta’ Marzu 2011. L-awtoritajiet Latvjani pprovdew l-informazzjoni mitluba permezz tal-ittri tat-8 ta’ Ottubru 2010, tal-20 ta’ Jannar 2011, tat-22 ta’ Marzu 2011 u tal-31 ta’ Marzu 2011. |
(6) |
Barra minn hekk, saru bosta laqgħat bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Latvjani. Qabel u wara dawn il-laqgħat ingħatat informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Latvjani. |
2. DESKRIZZJONI
2.1. IL-PROĠETT
(7) |
Il-fini tal-proġett hija t-titjib tal-infrastruttura tal-port. Il-proġett jinkludi l-proġetti sekondarji li ġejjin li jridu jitwettqu bejn l-2010 u l-2014:
|
2.2. L-AMBITU TAD-DEĊIŻJONI PREŻENTI
(8) |
Fid-deċiżjoni tagħha tal-15 ta’ Diċembru 2009 (3), il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kienx meħtieġ li tiddeċiedi jekk il-finanzjament pubbliku tad-diga, tal-fortifikazzjoni tal-kosta tal-kanal u tar-rinnovazzjoni tal-mollijiet għall-irmiġġ li jintużaw mill-vapuri tal-Awtorità tal-Port jinvolvix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE fil-livell tal-Awtorità tal-Port, minħabba li għajnuna simili hija kompatibbli mas-suq intern. |
(9) |
Dwar il-finanzjament pubbliku tat-tindif tal-ħama u l-aċċess għal-linji tal-ferrovija, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan jinvolvi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE u ddikjarat li l-għajnuna għall-Awtorità tal-Port hija kompatibbli mas-suq intern. |
(10) |
Dwar il-finanzjament pubbliku tat-terminal il-ġdid u ż-żewġ irmiġġi, il-Kummissjoni kkunsidrat li jinvolvi għajnuna għall-Awtorità tal-Port. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna lill-Awtorità tal-Port hija kompatibbli mas-suq intern. |
(11) |
It-terminal tat-tagħbija xotta u ż-żewġ irmiġġi se jitħaddmu minn partijiet privati. B’hekk, l-Awtorità tal-Port se tikkonkludi kuntratti ta’ konċessjoni mal-fornituri tas-servizz tal-port għal perjodu ta’ 35 sena. L-ebda offerta ma titwettaq sabiex jingħataw kuntratti ta’ konċessjoni. Il-prezz tal-konċessjoni li jrid jitħallas mill-fornituri tas-servizzi tal-port ġie stabbilit minn qabel fuq bażi tal-valutazzjoni li twettqet minn espert awtonomu. |
(12) |
Fid-deċiżjoni tagħha tal-15 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-prezz tal-konċessjoni għandux jinvolvi għajnuna mill-Istat. Fuq bażi tal-informazzjoni disponibbli f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar it-tip ta’ għajnuna tal-finanzjament pubbliku fil-livell tat-tliet detenturi tal-konċessjoni tal-infrastruttura tal-port speċifika għall-utent. |
(13) |
Il-Kummissjoni skopriet ukoll li l-utenti finali se jkollhom aċċess għall-infrastruttura l-ġdida li se tinbena fuq kundizzjonijiet mhux diskriminatorji. |
(14) |
Għalhekk, l-għajnuna potenzjali għad-detenturi tal-konċessjoni biss kienet soġġetta għal proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
2.3. KUNTRATTI TA’ KONĊESSJONI
2.3.1. IT-TERMINAL TAT-TAGĦBIJA XOTTA
(15) |
L-Awtorità tal-Port hija maħsuba li tikkonċedi kuntratti ta’ konċessjoni għall-eżekuzzjoni tat-terminal il-ġdid li se jinbena biex […] (*). Bħalissa l-operatur qed iwettaq xogħlijiet ta’ mmaniġġjar ta’ merkanzija fit-territorju mikri mill-Awtorità tal-Port biex […] fuq bażi ta’ ftehim ta’ sullokazzjoni konkluż ma’ […]. |
(16) |
Skont l-awtoritajiet Latvjani, […] huwa maħsub li jestendi l-operat tiegħu u juża t-territorju mikri kollu kemm hu għall-eżekuzzjonijiet tiegħu, u b’hekk huwa ppjanat li jtemm il-ftehim ta’ sullokazzjoni. |
(17) |
L-Awtorità tal-Port iddeċidiet li tibni terminal ġdid u sussegwentement jagħti konċessjoni lil […], sabiex […] ikun jista’jkompli jopera fil-port. |
2.3.2. IRMIĠĠ NRU 35 GĦALL-MERKANZIJA LIKWIDA
(18) |
Skont l-awtoritajiet Latvjani, ir-restawr tal-kapaċità tal-merkanzija likwida fil-port ta’ Ventspils huwa relatat ma’ dan l-ambjent partikolari minħabba restrizzjonijiet relatati mal-fond meħtieġ biex jilqa’ l-bastimenti tal-merkanzija likwida b’tunnellaġġ adattat. |
(19) |
Bħalissa t-territorju kollu tal-madwar huwa mikri lil […]. L-intenzjoni tal-awtoritajiet Latvjani hija li jagħtu kuntratt ta’ konċessjoni għall-operat tal-irmiġġ il-ġdid lil […] minħabba li mmaniġġja merkanzija likwida fil-port u b’hekk diġà għandu t-tagħmir meħtieġ għat-trasbord tal-merkanzija likwida, inkluż it-tagħmir għat-tifi tan-nar. |
2.3.3. IRMIĠĠ NRU 12 GĦAL MERKANZIJA ĠENERALI U BIL-MASSA
(20) |
Wieħed mill-utenti tal-irmiġġ se jkun sussidjarju ta’ […], li għandu l-ħsieb li jistabbilixxi fabbrika tal-materjal tal-kostruzzjoni fuq it-territorju tal-port fuq bażi ta’ ftehim ta’ kiri għal żmien twil mal-Awtorità tal-Port. Il-materjal tal-kostruzzjoni se jiġi trasportat għas-swieq tal-esportazzjoni permezz ta’ bastimenti ro-ro. |
(21) |
It-trasport tal-materjal mill-fabbrika stess sal-irmiġġ se jitwettaq permezz tal-ferroviji u t-toroq, tul it-territorju tat-terminal Universali Nru 2 li jitħaddem minn […]. B’hekk, se jiġi ffirmat ftehim trilaterali bejn […], […] u l-Awtorità tal-Port wara l-kostruzzjoni tal-irmiġġ. |
(22) |
Skont l-awtoritajiet Latvjani, […] u […] huma l-uniċi operaturi potenzjali tal-irmiġġ Nru 12. L-Awtorità tal-Port għall-bidu kienet maħsuba li tagħti konċessjoni lil […]. |
2.4. RAĠUNIJIET GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI DWAR IT-TIP TA’ GĦAJNUNA TAL-MIŻURA FIL-LIVELL TAD-DETENTURI TAL-GĦOTI
2.4.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT
(23) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet permezz ta’ ħarsa preliminari li l-kriterji meħtieġa biex tiddeduċi li l-Awtorità tal-Port ħadet bixra ta’ investitur privat meta stabbiliet il-prezzijiet tal-konċessjoni li jridu jitħallsu mid-detenturi tal-konċessjoni futuri ma kinux konformi. |
(24) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubji kemm dwar il-metodoloġija li ntużat biex jiġi stabbilit il-prezz tal-konċessjoni nnifsu, kif ukoll dwar l-awtonomija tal-valutazzjoni tal-espert. |
2.4.1.1. Metodoloġiji li ntużaw mill-Awtorità tal-Port biex tistabbilixxi l-prezzijiet tal-konċessjoni
(25) |
L-espert awtonomu li evalwa l-prezzijiet tal-konċessjoni uża żewġ metodoloġiji differenti, li huma l-valutazzjoni komparattiva u d-dħul. F’dak li jikkonċerna l-irmiġġ tal-likwidi, l-espert uża biss id-dħul. |
(26) |
F’dak li jikkonċerna l-valutazzjoni komparattiva, il-Kummissjoni osservat li din kienet ibbażata l-aktar fuq kuntratti kontinwi fl-istess port. B’hekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kredibilità tagħhom. Il-Kummissjoni osservat li valutazzjoni komparattiva simili ma tistax tkun konklużiva minħabba li ma kienx hemm indikazzjoni li prezz ta’ konċessjoni orjentat lejn is-suq għandu jitħallas bi qbil mal-kuntratti li jintużaw bħala referenza. Barra dan, il-Kummissjoni osservat li l-analiżi twettqet b’rabta mal-istess tliet ftehimiet ta’ konċessjoni kemm għat-terminal tat-tagħbija xotta kif ukoll għall-irmiġġ Nru 12 tal-merkanzija ġenerali u bil-massa, minkejja li dawk it-terminals jidhru sostanzjalment differenti fin-natura tagħhom. |
(27) |
F’dak li jikkonċerna l-approċċ tad-dħul li ntuża fil-valutazzjoni, il-Kummissjoni osservat li dan ma jidhirx li jirrifletti l-ispejjeż kollha tal-investiment fil-każ tat-terminal tat-tagħbija xotta u l-irmiġġ Nru 12. |
2.4.1.2. L-awtonomija tal-valutazzjoni tal-espert
(28) |
Il-Kummissjoni osservat li d-deċiżjoni li diġà ttieħdet mill-bord tal-port f’Marzu tal-2006 wriet l-impenn tal-port li jagħti konċessjoni għall-operat tal-irmiġġ Nru 35 lil […] wara t-tlestija tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-prezz tal-konċessjoni, ibbażata fuq l-istess prinċipji tal-valutazzjoni awtonoma, hija speċifikata hemmhekk. Għalhekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar l-awtonomija tal-valutazzjoni nnifisha. |
2.4.1.3. Konklużjoni
(29) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-finanzjament pubbliku tal-kostruzzjoni tat-terminal u ż-żewġ irmiġġi jidher li se jipprovdi vantaġġ ekonomiku selettiv lill-operaturi tal-infrastruttura kkonċernata u li tikkostitwixxi għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
2.4.2. KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA
(30) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet permezz ta’ ħarsa preliminari li kwalunkwe għajnuna lid-detenturi tal-konċessjoni tikkostitwixxi f’għajnuna fl-operat, sabiex tnaqqsilhom l-ispejjeż li normalment ikollhom jiffaċċjaw. Skont il-liġi tal-każ tal-Qorti, għajnuna fl-operat simili hija fil-prinċipju kompatibbli mas-suq intern. (4) |
3. KUMMENTI MIL-LATVJA
3.1.1. ID-DETENTURI TAL-KONĊESSJONI
(31) |
L-awtoritajiet Latvjani jaffermaw li t-tliet operaturi ntgħażlu mill-Awtorità tal-Port fuq bażi oġġettiva u jirrappreżentaw l-aktar alternattiva vijabbli bħala operaturi tal-infrastruttura li għadha kif inbniet. |
3.1.1.1. It-terminal tal-merkanzija xotta
(32) |
L-Awtorità tal-Port hija maħsuba li tagħti konċessjoni għall-operat tat-terminal tal-merkanzija xotta lil […], li jikkonċerna b’mod partikolari t-trasbord tal-injam. L-awtoritajiet Latvjani jfissru li l-preżenza ta’ […] fil-port hija essenzjali minħabba l-importanza partikolari tal-esportazzjoni tal-injam fir-reġjun. |
(33) |
Kif inhu spjegat hawn fuq, bħalissa […] qed jipprovdi servizzi għall-immaniġġjar tal-merkanzija fuq it-territorju mikri mill-Awtorità tal-Port lil […] fuq bażi ta’ ftehim ta’ sullokazzjoni konkluż ma’ […]. Minħabba li […] għandu l-ħsieb li jestendi l-operat tiegħu u juża t-territorju mikri kollu kemm hu, f’Ottubru tal-2005 il-bord tal-port adotta riżoluzzjoni għall-kostruzzjoni ta’ terminal ġdid u sussegwentement ta l-konċessjoni għall-operat tiegħu lil […] (ara l-Anness I). |
(34) |
L-awtoritajiet Latvjani jaffermaw li d-deċiżjoni li jagħtu l-kuntratt ta’ konċessjoni lil dan l-operatur partikolari hija bbażata purament fuq raġunijiet ta’ fini kummerċjali. F’dan is-sens l-awtoritajiet Latvjani jenfasizzaw li […] jirrappreżenta l-aktar soluzzjoni fattibbli għall-operat tat-terminal minħabba li diġà għandu t-tagħmir meħtieġ għall-immaniġġjar tal-merkanzija xotta. Barra dan, l-ebda detentur potenzjali ieħor ma esprima interess li jopera t-terminal tal-tagħbija xotta. L-awtoritajiet Latvjani jenfasizzaw li huwa fl-interess tal-Awtorità tal-Port li tniedi negozjati mal-partijiet interessati potenzjali kollha, b’mod partikolari ladarba parti sinifikanti mill-art tal-port għadha mhux tintuża. |
(35) |
[…] diġà ttrasborda fil-port aktar minn […] elf m3 fis-sena u b’hekk diġà stabbilixxa netwerk ta’ negozju solidu. L-Awtorità tal-Port tikkunsidra li l-kumpanija għandha tmantni dħul simili mill-merkanzija fil-futur u b’hekk toffri l-garanziji meħtieġa b’rabta mal-irkupru tal-investimenti li saru mill-Awtorità tal-Port. |
3.1.1.2. Irmiġġ Nru 35
(36) |
L-irmiġġ se jieħu post il-moll Nru 1 għat-trasbord tal-merkanzija likwida perikoluża. Bħalissal-moll huwa fi stat ħażin u b’hekk ma jistax jintuża għall-immaniġġjar tal-merkanzija. Kif inhu speċifikat hawn fuq, ir-restawr tal-kapaċità tal-merkanzija likwida fil-port ta’ Ventspils huwa konness ma’ dan l-ambjent partikolari minħabba rekwiżiti ta’ sigurtà u restrizzjonijiet relatati mal-fond meħtieġ għall-bastimenti tal-merkanzija likwida b’tunnellaġġ adattat. |
(37) |
L-awtoritajiet Latvjani jistqarru li fir-realtà l-għoti ta’ konċessjoni għall-operat tal-irmiġġ Nru 35 lil kumpanija differenti mhux possibbli minħabba r-riskju li jintilef il-post speċifiku tal-infrastruttura fi ħdan il-port. Bħalissa t-territorju kollu tal-madwar huwa mikri lil […] (ara Anness II). |
(38) |
Barra dan, qed jiġi diskuss li, bħal […], minħabba li […] diġà mmaniġġja merkanzija likwida fil-port ta’ Ventspils, l-operatur għandu t-tagħmir kollu meħtieġ għat-trasbord tal-merkanzija likwida, li hija importanti għall-operat tal-irmiġġ. |
3.1.1.3. Irmiġġ Nru 12
(39) |
Il-proġett għandu l-mira li jżid il-kapaċità tal-ħatt ta’ merkanzija ġenerali li tinħatt. L-awtoritajiet Latvjani jispjegaw li d-deċiżjoni għall-kostruzzjoni tal-irmiġġ hija konnessa mal-konklużjoni mill-Awtorità tal-Port ta’ ftehim ta’ kiri għal żmien twil mas-sussidjarju ta’ […]. Is-sussidjarju ta’ […] għandu l-ħsieb li jistabbilixxi fabbrika tal-materjal tal-kostruzzjoni fuq it-territorju tal-port. Il-materjal tal-kostruzzjoni jista’ jiġi trasportat biss lis-swieq tal-esportazzjoni permezz ta’ bastimenti ro-ro. |
(40) |
Madankollu l-awtoritajiet Latvjani jenfasizzaw li qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kiri ma’ […], l-Awtorità tal-Port ħadet sehem f’bosta offerti organizzati minn ġarriera tal-merkanzija u konċessjonarji potenzjali tal-Irmiġġ Nru 12, bħal […], iżda ma kinux ta’ suċċess. |
(41) |
Skont l-awtoritajiet Latvjani, it-trasport tal-materjal mill-fabbrika nnifisha sal-irmiġġ jista’ jitwettaq biss permezz tal-linji tal-ferrovija jew fit-triq, viċin it-territorju tat-terminal Universali Nru 2 operat minn […]. B’hekk, se jiġi ffirmat ftehim trilaterali bejn […], […] u l-Awtorità tal-Port wara l-kostruzzjoni tal-irmiġġ. |
(42) |
Barra dan, l-awtoritajiet Latvjani jistqarru li hemm biss żewġ operaturi potenzjali tal-irmiġġ, jiġifieri […] u […]. Permezz tal-kummenti li saru fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Latvjani ċċaraw li l-kuntratt ta’ konċessjoni għall-operat tal-irmiġġ se jingħata lil […]. |
(43) |
Minħabba li l-unika soluzzjoni biex jitqassam il-materjal tal-kostruzzjoni mill-fabbrika għall-irmiġġ Nru 12 huwa permezz tat-territorju mikri lil […] (ara l-Anness III), l-Awtorità tal-Port tikkunsidra lil […] bħala l-aktar alternattiva realistika. |
(44) |
Barra dan, l-awtoritajiet Latvjani jenfasizzaw li l-medda tal-art tal-port madwar l-irmiġġ ma tippermettix ħażna ta’ merkanzija. B’hekk hija meħtieġa l-garanzija ta’ konnessjonijiet adegwati ma’ żoni oħra tal-port fejn huwa possibbli li ssir il-ħażna. |
(45) |
Huwa affermat ukoll li, minħabba kemm il-post tal-irmiġġ kif ukoll il-parametri tekniċi tiegħu, l-irmiġġ se jservi għall-ġarriera tal-merkanzija li jinsabu sa 12-il ettaru ’l bogħod, irrispettivament mit-tip ta’ merkanzija għad-dispożizzjoni. |
3.1.2. IL-VALUTAZZJONI TAL-ESPERT
(46) |
Saru valutazzjonijiet separati għal kull kuntratt ta’ konċessjoni għall-infrastruttura speċifika għall-utent. L-awtoritajiet Latvjani jaffermaw li dawn il-valutazzjonijiet saru f’konformità mal-Istandards Latvjani tal-Valutazzjoni u l-Istandards Internazzjonali tal-Valutazzjoni. |
(47) |
F’dak li jikkonċerna l-metodoloġija li ntużat, l-awtoritajiet Latvjani jenfasizzaw li, minħabba l-post u l-karatteristiċi tal-portijiet ta’ Riga u Liepaja, l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva (l-hekk imsejjaħ “approċċ komparattiv”) huwa kredibbli għall-aħħar. Il-prezzijiet tal-konċessjoni li jitħallsu mill-fornituri tas-servizz li joperaw f’dawn il-portijiet ġew provduti mill-awtoritajiet tal-port infushom u b’hekk għandhom jitqiesu affidabbli. |
(48) |
Skont l-awtoritajiet Latvjani, il-valutazzjonijiet riveduti, ibbażati fuq l-analiżi tal-fluss tal-flus, għandhom ukoll inaqqsu d-dubji tal-Kummissjoni dwar l-awtonomija tagħhom. |
(49) |
Aktar ’il quddiem, il-Kummissjoni se tispeċifika min-naħa l-oħra l-metodoloġija li ntużat mill-espert biex jistabbilixxi l-prezzijiet tal-konċessjoni. |
3.1.2.1. It-Terminal tal-Merkanzija Xotta
(50) |
L-evalwazzjoni hija bbażata fuq żewġ metodi, kif ġej: |
L-approċċ tat-tranżazzjonijiet komparabbli
(51) |
L-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva ssir permezz ta’ tliet kuntratti li huma meqjusa bħala komparattivi fil-port ta’ Ventspils. L-espert uża kwozjenti ta’ korrezzjoni sabiex jistabbilixxi prezz ta’ konċessjoni adegwat. Ġew meqjusal-fatturi li ġejjin: iż-żmien u l-kundizzjonijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt, il-post, id-deskrizzjoni tal-irmiġġi, il-medda mikrija, il-kundizzjonijiet tekniċi tat-terminals u l-aċċess għall-utilitajiet. |
(52) |
Il-prezz tal-konċessjoni kkalkulat huwa ta’ EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. L-istimatur stabbilixxa l-prezz tal-konċessjoni għal EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. |
L-approċċ tad-dħul
(53) |
L-approċċ tad-dħul jintuża biex jevalwa jekk l-iskont fuq il-valuri tad-dħul futur jippermettix kopertura sħiħa tal-ispejjeż tal-investiment totali (inkluż iż-żona tat-tagħbija u l-ispejjeż tat-tindif tal-ħama u tal-aċċess għal-linji tal-ferrovija) u jipprovdix għal projezzjonijiet finanzjarji għal perjodu ta’ 25 sena. L-istima tad-dħul u l-ispejjeż huma kkalkulati permezz ta’ rata ta’ skont ta’ 7,5 %, li tirrifletti l-livell ta’ riskju tal-investiment. |
(54) |
L-evalwazzjoni awtonoma tikkunsidra d-dħul mill-ħlasijiet u l-prezzijiet tal-port u d-dħul li jirriżulta mill-użu tal-art u l-infrastruttura tal-port. Jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tal-investiment totali. |
(55) |
Fuq bażi tal-livelli differenti tal-qligħ mill-merkanzija, il-valur preżenti nett (NPV), ir-rata interna tal-profitt (IRR) u l-proporzjon tal-benefiċċji mal-ispejjeż (BCR) huma mbassra għall-prezzijiet tal-konċessjoni li jvarjaw minn EUR […] għal kull metru kwadru għal EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. L-indikaturi finanzjarji jippermettu prezz tal-konċessjoni ta’ mill-inqas EUR […] għal kull metru kwadru għal medja ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena ta’ merkanzija u EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena għal medja ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena ta’ merkanzija. Jekk il-medja tad-dħul tkun ogħla minn […] tunnellati fis-sena, il-prezz tal-konċessjoni jkun minimu. |
(56) |
Jekk il-medja mbassra tad-dħul mill-merkanzija hija ta’ […] tunnellati fis-sena, l-istimatur awtonomu jikkonkludi li prezz annwali tal-konċessjoni bejn EUR […] u EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena huwa ġġustifikata. |
(57) |
Ladarba jiġu kkunsidrati ż-żewġ metodi speċifikati hawn fuq, l-istimatur awtonomu jistabbilixxi l-prezz tal-konċessjoni għal EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. |
(58) |
It-tabella t’hawn taħt tipprovdi l-valuri tal-indikaturi finanzjarji tal-proġett filwaqt li tikkunsidra r-riżultat tal-prezz tal-konċessjoni: Dħul ta’ […] tunnellati ta’ merkanzija, prezz tal-konċessjoni ta’ EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena, rata ta’ skont ta’ 7,5 %, rata ta’ tkabbir ta’ 2,28 %
|
(59) |
B’hekk l-evalwazzjoni tal-istimatur awtonomu tikkonferma l-kredibilità tal-prezz tal-konċessjoni kkalkulat kif inhu speċifikat hawn fuq, jiġifieri EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. |
3.1.2.2. Irmiġġ Nru 35
(60) |
L-approċċ tad-dħul jipprovdi projezzjonijiet finanzjarji għal perjodu ta’ 25 sena. L-istima tad-dħul u l-ispejjeż huma korretti permezz tal-istess rata ta’ skont ta’ 7,5 % li tirrifletti l-livell ta’ riskju tal-investiment. |
(61) |
L-evalwazzjoni awtonoma tikkunsidra d-dħul mill-ħlasijiet u l-prezzijiet tal-port u d-dħul li jirriżulta mill-użu tal-art u l-infrastruttura tal-port. Jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tal-investiment totali. |
(62) |
Fuq bażi tal-livelli differenti tal-qligħ mill-merkanzija, il-valur preżenti nett (NPV), ir-rata interna tal-profitt (IRR) u l-proporzjon tal-benefiċċji mal-ispejjeż (BCR) huma mbassra għall-prezzijiet tal-għoti li jvarjaw minn EUR […] għal EUR […] fis-sena. L-indikaturi finanzjarji jippermettu prezz tal-konċessjoni annwali ogħla minn EUR […] fis-sena għal stima mistennija ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena ta’ merkanzija u ogħla minn EUR […] fis- sena għal stima mistennija ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena. Għal rata ogħla ta’ dħul mill-merkanzija l-prezz tal-konċessjoni jkun minimu. |
(63) |
Minħabba li l-perjodu ta’ deprezzament ta’ 30 sena tal-irmiġġi tal-ilma fond, l-istimatur awtonomu stabbilixxa l-valur tal-prezz tal-konċessjoni għal EUR […] fis-sena, jiġifieri 1/30 tal-ispejjeż tal-investiment tal-irmiġġi, mingħajr ix-xogħlijiet tat-tindif tal-ħama. |
(64) |
It-tabella t’hawn taħt tindika r-riżultati finanzjarji tal-proġett għal dħul annwali ta’ […] tunnellati ta’ merkanzija, ladarba l-prezz tal-konċessjoni jkun ta’ EUR […] fis-sena. L-ispejjeż tal-investiment totali, inklużi x-xogħlijiet tat-tindif tal-ħama, ġew ikkunsidrati fil-kalkolu. Dħul ta’ […] tunnellati ta’ merkanzija, prezz tal-għoti ta’ EUR […] fis-sena, rata ta’ skont ta’ 7,5 %, rata ta’ tkabbir ta’ 2,28 %
|
(65) |
B’hekk l-istimatur stabbilixxa l-prezz tal-konċessjoni għal EUR […] fis-sena (minflok EUR […] fis-sena, kif kien maħsub fil-bidu). |
3.1.2.3. Irmiġġ Nru 12
(66) |
Il-valutazzjoni hija bbażata fuq żewġ metodi, jiġifieri l-approċċ tat-tranżazzjoni komparabbli u l-approċċ tad-dħul. |
L-approċċ tat-tranżazzjoni komparabbli
(67) |
L-ewwel nett, il-kuntratt tal-konċessjoni huwa mqabbel ma’ tliet kuntratti li huma meqjusa bħala komparabbli fil-port ta’ Ventspils. Ladarba ġew ikkunsidrati l-fatturi u l-karatteristiċi speċifiċi tal-infrastruttura soġġetti għal dawn it-tliet kuntratti, l-istimatur uża l-kwozjenti ta’ korrezzjoni sabiex jistabbilixxi prezz tal-konċessjoni adegwat. Il-fatturi li ġejjin ġew ikkunsidrati: iż-żmien u l-kundizzjonijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt, il-post, id-deskrizzjoni tal-irmiġġi, il-medda mikrija, il-kundizzjonijiet tekniċi tal-infrastruttura u l-aċċess għall-utilitajiet. |
(68) |
Il-prezz tal-konċessjoni kkalkulat huwa ta’ EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. Il-prezz tal-konċessjoni ġie stabbilit għal EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. |
L-approċċ tad-dħul
(69) |
L-approċċ tad-dħul, li jintuża biex jevalwa jekk l-ammonti tal-iskont tad-dħul futur jippermettux il-kopertura tal-ispejjeż tal-investiment totali (inkluż it-tindif tal-ħama u l-ispejjeż għall-aċċess tal-linji tal-ferrovija), jipprovdi projezzjonijiet futuri għal perjodu ta’ 25 sena. Id-dħul u l-ispejjeż imbassra jiġu kkalkulati permezz ta’ rata ta’ skont ta’ 7,5 %, li tirrifletti l-livell ta’ riskju tal-investiment. |
(70) |
L-evalwazzjoni awtonoma tikkunsidra d-dħul mill-ħlasijiet u l-prezzijiet tal-port u d-dħul li jirriżulta mill-użu tal-art u l-infrastruttura tal-port. Jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tal-investiment totali, inkluż il-finanzjament pubbliku. |
(71) |
Fuq bażi tal-livelli differenti ta’ qligħ mill-merkanzija, il-valur preżenti nett (NPV), ir-rata interna tal-profitt (IRR) u l-proporzjon tal-benefiċċji mal-ispejjeż (BCR) huma mbassra għall-prezzijiet tal-konċessjonijiet li jvarjaw minn EUR […] għal kull metru kwadru għal EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. L-istimatur awtonomu kkonkluda li l-indikaturi finanzjarji jippermettu (l-NPV huwa pożittiv) prezz tal-konċessjoni ta’ mhux inqas minn EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena għal stima li hija maħsuba li tkun ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena ta’ merkanzija u EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena għal stima li hija maħsuba li tkun ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena ta’ merkanzija. |
(72) |
Jekk il-volum maħsub ikun ta’ […] tunnellati fis-sena, l-istimatur jikkonkludi li l-prezz tal-konċessjoni ta’ mill-inqas EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena huwa ġġustifikat. |
(73) |
Ladarba jiġu kkunsidrati r-riżultati taż-żewġ metodi speċifikati hawn fuq, l-istimatur awtonomu jistabbilixxi l-prezz tal-konċessjoni ta’ EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. |
(74) |
It-tabella t’hawn taħt tipprovdi l-ammonti tal-indikaturi finanzjarji tal-proġett billi tikkunsidra l-prezz tal-konċessjoni li rriżulta: Dħul ta’ […] tunnellati ta’ merkanzija, prezz tal-għoti ta’ EUR […] fis-sena, rata ta’ skont ta’ 7,5 %, rata ta’ tkabbir ta’ 2,28 %
|
(75) |
B’hekk l-evalwazzjoni tal-istimaturi awtonomi tikkonferma l-kredibilità tal-prezz tal-konċessjoni kkalkulat kif inhu speċifikat hawn fuq, jiġifieri EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. |
3.1.3. IL-PREZZ TAL-GĦOTI
(76) |
Fuq bażi tal-valutazzjonijiet li saru mill-istimatur awtonomu, l-awtoritajiet Latvjani ddeċidew li jistabbilixxu l-prezzijiet tal-konċessjoni kif ġej:
|
4. EVALWAZZJONI
4.1. EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA
(77) |
F’konformità mal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat ta’ kull għamla li tgħawweġ jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, sakemm din taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, ma tkunx kompatibbli mas-suq intern sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor mit-TFUE. |
(78) |
Il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 107(1) huma kumulattivi. B’hekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżura notifikata hix meqjusa bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq iridu jitwettqu. B’mod partikolari, l-appoġġ finanzjarju:
|
4.1.1. VANTAĠĠ EKONOMIKU
(79) |
Skont il-ġurisprudenza (5) tal-Qorti, m’hemm l-ebda vantaġġ għad-detenturi tal-konċessjoni jekk investitur privat, f’ċirkostanzi simili, jistabbilixxi l-prezz tal-konċessjoni fl-istess livell. |
(80) |
Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tosserva li f’dan il-każ il-prezzijiet tal-konċessjoni ġew stabbiliti minn qabel permezz ta’ valutazzjonijiet separati li twettqu minn espert estern. L-awtoritajiet Latvjani pprovdew evidenza li l-espert għandu grad u esperjenza adegwata. |
(81) |
Kif inhu speċifikat hawn fuq, l-istimatur awtonomu qabbel il-prezzijiet tal-konċessjoni kkalkulati ma’ dawk stabbiliti għat-tliet kuntratti li huma meqjusa bħala komparabbli fil-port ta’ Ventspils. Ladarba kkunsidra l-fatturi u l-karatteristiċi speċifiċi tal-infrastruttura soġġetti għal dawn it-tliet kuntratti, l-istimatur awtonomu uża l-kwozjenti ta’ korezzjoni sabiex jistabbilixxi prezz tal-konċessjoni adegwat. |
(82) |
Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax taċċerta, fuq bażi tal-informazzjoni disponibbli jekk il-kuntratti kkunsidrati bħala referenza twarrbux mill-offerta, lanqas li bħalissa hemm xi indikazzjoni li l-prezzijiet tal-konċessjoni li tħallsu fuq bażi ta’ dawn il-kuntratti huma kkunsidrati bħala prezz tas-suq. |
(83) |
Fid-dawl tal-ispeċifikazzjonijiet t’hawn fuq, Il-Kummissjoni tafferma li l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva mhux kredibbli biżżejjed u b’hekk mhux biżżejjed biex teskludi li d-detenturi tal-konċessjoni jistgħu jibbenefikaw minn vantaġġ. |
(84) |
Skont it-tieni metodu li ntuża mill-istimatur awtonomu. il-prezzijiet tal-konċessjoni u dħul l-ieħor tal-Awtorità tal-Port għandhom jiggarantixxu l-irkupru tal-ispejjeż tal-investiment tal-infrastruttura u ċerta rata ta’ dħul għal 25 sena. L-Awtorità tal-Port iddeċidiet li tistabbilixxi prezz ta’ konċessjoni għat-terminal tal-merkanzija xotta (EUR […] għal kull metru kwadru minflok EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena) u għall-Irmiġġ Nru 35 (EUR […] minflok EUR […] għal kull sena) li huwa sostanzjalment ogħla mill-valur propost mill-espert. B’hekk, il-profitt attwali mistenni mill-Awtorità tal-Port huwa sostanzjalment ogħla mill-ammont ikkalkulat mill-espert. |
(85) |
B’hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezz tal-konċessjoni u d-dħul l-ieħor tal-Awtorità tal-Port jippermettu l-irkupru tal-ispejjeż kollha tal-investiment tal-infrastruttura, inkluż it-tindif tal-ħama u l-ispejjeż għall-aċċess tal-linji tal-ferrovija, u jrendi qligħ ta’ profitt f’konformità mal-profitt meħtieġ għal investitur privat. |
(86) |
Barra dan, il-Kummissjoni osservat li f’dan il-każ m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-Awtorità tal-Port stabbiliet prezzijiet tal-konċessjoni li ma jistgħux iżidu d-dħul tagħha. |
(87) |
Barra minn hekk, l-inklużjoni ta’ klawsola ta’ reviżjoni tippermetti li l-prezz tal-konċessjoni jiġi rivedut perjodikament. |
(88) |
Minħabba l-ispeċifikazzjonijiet t’hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li fil-każ preżenti, jista’ jiġi konkluż li l-prezz tal-konċessjoni stabbilit kif imsemmi ma joffrix vantaġġi eċċessivi lid-detenturi tal-konċessjoni tal-infrastruttura speċifika għall-utent. |
(89) |
Din id-deċiżjoni m’għandha l-ebda preġudizzju lejn kwalunkwe analiżi possibbli li ssir mill-Kummissjoni b’rabta mar-regoli tal-ksib pubbliku tal-UE jew il-prinċipji ġenerali tat-TFUE. |
4.1.2. KONKLUŻJONI
(90) |
Il-Kummissjoni tqis li l-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura speċifika għall-utent fil-port ta’ Ventspils ma tirriżultax f’vantaġġ ekonomiku għad-detenturi tal-konċessjoni u b’hekk il-miżura m’għandhiex l-effett li tpoġġi lill-fornituri tas-servizzi f’qagħda kompetittiva aktar favorevoli mill-intrapriżi li jikkompetu magħhom. |
(91) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, sabiex miżura tingħata klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, iridu jitwettqu l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE. (6) Minħabba li l-miżura li trid titqiegħed fis-seħħ mill-awtoritajiet Latvjani ma tirriżultax f’vantaġġ ekonomiku għad-detenturi tal-konċessjoni futuri, b’hekk ma twettaqx b’mod kumulattiv il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex titqies bħala għajnuna mill-Istat f’konformità mal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5. KONKLUŻJONI
(92) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament pubbliku tal-kostruzzjoni tal-infrastruttura speċifika għall-utent fil-port ta’ Ventspils ma tinvolvix għajnuna għad-detenturi tal-konċessjoni. |
(93) |
Id-deċiżjoni tikkonċerna biss l-aspetti tal-għajnuna mill-Istat u m’għandha l-ebda preġudizzju lejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-TFUE, b’mod partikolari b’rabta mas-servizz tal-għoti. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat li l-Latvja qed tippjana li timplimenta favur l-Awtorità tal-Port ta’ Ventspils b’rabta mal-kostruzzjoni tat-terminal tat-tagħbija xotta, mal-Irmiġġ Nru 12 u l-Irmiġġ Nru 35 ma tinvolvix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE għad-detenturi tal-konċessjoni.
L-implimentazzjoni tal-miżura hija awtorizzata b’mod adegwat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi-President
(2) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(3) Ara n-nota 1 f’qiegħ.il-paġna.
(*) Koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali.
(4) Kawża T-459/93 Siemens v il-Kummissjoni, [1995] ECR II-1675, paragrafu 48. Ara wkoll fuq l-istess punt is-Sentenza tat-8 ta' Lulju 2010, T-396/08 Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt v il-Kummissjoni, paragrafi 46-48; il-kawża C-156/98, il-Ġermanja v il-Kummissjoni, [1998] ECR I-6857, paragrafu 30.
(5) Il-kawżi konġunti C-328/99 u C-399/00, l-Italja u SIM 2 Multimedia v il-Kummissjoni [2003] ECR I-4053.
(6) Il-kawżi konġunti C-278/92 sa C-280/92 Spanja v il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, paragrafu 20; il-Każ C-482/99 Franza v il-Kummissjoni [2002] ECR I-4397, paragrafu 68.
ANNESS I
IT-TERRITORJU EŻISTENTI U ĠDID TAT-TERMINAL TAL-MERKANZIJA XOTTA
ANNESS II
SKEMA TA’ […] TERRITORJU MIKRI (INKLUŻ L-IRMIĠĠ Nru 35 IPPJANAT)
ANNESS III
SKEMA TA’ TRASPORTAZZJONI TAL-MATERJAL TAL-KOSTRUZZJONI MINN […] TERRITORJU MIKRI SAL-IRMIĠĠ Nru 12