EUR-Lex L'accès au droit de l'Union européenne

Retour vers la page d'accueil d'EUR-Lex

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 32011D0686

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7168) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 269, 14.10.2011, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Statut juridique du document Plus en vigueur, Date de fin de validité: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/686/oj

14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7168)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/686/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KEE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1), l-Artikolu 12(4) u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi kundizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’, fost l-oħrajn, semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ equidae ħajjin fl-Unjoni. Din tistipula li l-importazzjonijiet tal-ekwidi fl-Unjoni jridu jiġu minn pajjiżi terzi jew minn partijiet mit-territorju tagħhom fejn l-enċefalomielite ekwina tal-Veneżwela (VEE) hija marda li trid tiġi nnotifikata b’mod mandatorju, u li jkunu ilhom ħielsa minnha sentejn.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda id-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (3), tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom fejn japplika t-taqsim ta’ pajjiżi f’reġjuni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ekwidi u ta’ semen, ova u embrijoni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li japplikaw għal tali importazzjonijiet. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-Messiku, bl-eċċezzjoni tal-Istati ta’ Chiapas u Oaxaca, bħalissa hu elenkat f’dak l-Anness.

(4)

Fid-19 ta’ Awwissu 2011, il-Messiku nnotifika lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bil-konferma ta’ żewġ każijiet ta’ VEE fi żwiemel fl-Istati ta’ Tabasco u Veracruz, li huma kkawżati minn virus tal-istess subtip IE li ġie nnutat fl-Istati ġirien ta’ Chiapas u Oaxaca.

(5)

L-introduzzjoni ta’ ekwidi u ta’ semen, ova u embrijoni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina fl-Unjoni mill-Istati ta’ Tabasco u Veracruz fil-Messiku għalhekk ma għandhiex tibqa’ tiġi awtorizzata. Għaldaqstant, dawk l-Istati għandhom jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entrata għall-Messiku fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE hija mibdula b’dan li ġej:

“MX

Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MX-1

Id-dipartimenti kollha ħlief l-Istati ta’ Chiapas, Oaxaca, Tabasco u Veracruz

D

X

X

X

X

X

X

X

X”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.


Haut