This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1125
Commission Regulation (EU) No 1125/2010 of 3 December 2010 determining the intervention centres for cereals and amending Regulation (EC) No 1173/2009
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat- 3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat- 3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009
ĠU L 318, 4.12.2010, p. 10–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2014; Imħassar b' 32014R0340
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1125/2010
tat-3 ta’ Diċembru 2010
li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali (2) jistipula, fl-Anness I tiegħu u għal kull Stat Membru, iċ-ċentri tal-intervent għal kull tip ta’ ċereali; minbarra l-qamħ komuni. |
(2) |
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2009 (3) jelenka ċ-ċentri tal-intervent għall-qamħ komuni u għar-ross, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 tal-Kummissjoni (4). |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (5), jistipula, mis-sena tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] 2010/2011, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu osservati għall-għażla u l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent taċ-ċereali u tal-postijiet tal-ħżin tagħhom. Fost dawn il-kundizzjonijiet, l-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi Regolament jesiġi b’mod partikolari kapaċità minima ta’ ħżin ta’ 20 000 tunnellata għal kull ċentru tal-intervent taċ-ċereali. |
(4) |
Mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 670/2009 f’dak li jirrigwarda ċ-ċereali. |
(5) |
Mill-1 ta’ Lulju 2010, iċ-ċentri tal-intervent taċ-ċereali magħżula b’applikazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 428/2008 u li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009. |
(6) |
Skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-servizzi tal-Kummissjoni, il-lista taċ-ċentri tal-intervent għan-nominazzjoni effettiva tagħhom kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta’ dawn iċ-ċentri li huma jqisu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi mitluba mir-Regolament Komunitarju. F’każijiet fejn il-livell tal-produzzjoni taċ-ċereali huwa baxx u meta l-estimi ma jindikawx setturi taċ-ċereali li jipproduċu surplus u l-intervent ma intużax għal perjodu sinifikanti, ċerti Stati Membri ma rrappurtaw ebda ċentru tal-intervent. |
(7) |
Sabiex ikun assigurat it-tħaddim tajjeb tal-iskema ta’ intervent pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri tal-intervent skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u għandha tippubblika lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Iċ-ċentri tal-intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin relatati ma’ kull ċentru tal-intervent u l-informazzjoni dettaljata dwar dawn il-postijiet u maċ-ċentri tal-intervent, huma ppubblikati fuq l-Internet (6).
Artikolu 2
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 għandu jiġi rrevokat.
Is-Sezzjoni A tal-Anness għar-Regolament 1173/2009 għandu jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 129, 17.5.2008, p. 8.
(3) ĠU L 314, 1.12.2009, p. 48.
(4) ĠU L 194, 25.7.2009, p. 22.
(5) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.
(6) L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea CIRCA http://circa.europa.eu/Public/irc/agri/cereals/library?l=/publicsdomain/cereals/intervention_facilities&vm=detailed&sb=Title
ANNESS
Ċentri tal-intervent taċ-ċereali
IL-BELĠJU
België/Belgique
IL-BULGARIJA
Североизточен район
Северен централен район
Северозападен район
Югоизточен район
Южен район
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Jihovýchod
Jihozápad
Severovýchod
Severozápad
Střední Čechy
Střední Morava - Moravskoslezsko
ID-DANIMARKA
Aalborg
Århus
Fredericia
Kolding
Grenå
Åbenrå
Kalundborg
Korsør
Vordingborg
Odense
Svendborg
Nakskov
Rønne
IL-ĠERMANJA
Lübeck
Heiligenhafen
Bad Oldesloe
Kiel
Kappeln
Büdelsdorf
Nordhackstedt
Itzehoe
Hochdonn
Büsum
Hamburg
Brake
Hoya
Lüneburg
Hildesheim
Peine
Nienburg
Pollhagen
Rinteln
Salzhemmendorf
Rosdorf
Northeim
Bad Gandersheim
Holzminden
Bremen
Büren
Beverungen
Krefeld
Hanau
Andernach
Worms
Mannheim
Stuttgart
Augsburg
Regensburg
Würzburg
Drebkau
Ketzin
Gransee
Kyritz
Karstädt
Neubrandenburg
Malchin
Pasewalk
Rostock
Güstrow
Stralsund
Schwerin
Wismar
Trebsen
Eilenburg
Riesa
Torgau
Groitzsch
Ziegra-Knobelsdorf
Aschersleben
Querfurt
Dessau-Roßlau
Salzwedel
Halberstadt
Magdeburg
Bülstringen
Osterburg
Buttstädt
Ebeleben
Erfurt
L-ESTONJA
Tamsalu
Keila
Viljandi
Tartu
IL-GREĊJA
ΑΛΕΞΑΝΔΡΟΥΠΟΛΗ
ΟΡΕΣΤΙΑΔΑ
ΣΕΡΡΕΣ
ΘΕΣΣΑΛΟΝΙΚΗ
ΓΙΑΝΝΙΤΣΑ
ΚΑΤΕΡΙΝΗ
ΒΟΛΟΣ
ΣΤΕΦΑΝΟΒΙΚΙ
ΛΑΡΙΣΑ
ΛΙΒΑΝΑΤΕΣ
SPANJA
Cádiz
Córdoba-Málaga
Sevilla
Huesca
Teruel
Zaragoza
Burgos
Palencia
Salamanca
Soria
Valladolid
Zamora
Albacete
Ciudad Real
Cuenca
Guadalajara
Badajoz
Cáceres
Navarra
FRANZA
Aquitaine
Basse-Normandie
Bourgogne
Bretagne
Centre
Champagne-Ardenne
Haute-Normandie
Île-de-France
Lorraine
Nord-Pas-de-Calais
Pays de la Loire
Picardie
Poitou-Charentes
Rhône-Alpes
IL-LATVJA
Daugavpils
Dobele
Rīga
Jēkabpils
IL-LITWANJA
Šiaurės vakarų regionas
IL-LUSSEMBURGU
MERSCH
L-UNGERIJA
Bács-Kiskun
Baranya
Békés
Borsod-Abaúj-Zemplén
Csongrád
Fejér
Győr-Moson-Sopron
Hajdú-Bihar
Heves
Jász-Nagykun-Szolnok
Komárom-Esztergom
Nógrád
Pest
Somogy
Szabolcs-Szatmár-Bereg
Tolna
Vas
Veszprém
Zala
L-AWSTRIJA
IZ-Ost
IZ-Süd
IZ-Mitte
IL-POLONJA
WARMIŃSKO-MAZURSKIE
LUBELSKIE
DOLNOŚLĄSKIE
ZACHODNIOPOMORSKIE
WIELKOPOLSKIE
Il-PORTUGALL
Silo de Évora
Silo de Cuba
IR-RUMANIJA
Oradea
Roman
Ianca
Brăila
Făurei
Dudești
Bărăganul
Ciocârlia
Casicea
N. Bălcescu
Palas
Cogealac
Negru Vodă
Băneasa
Traian
Babadag
Baia
Cataloi
Oltenița
Ciulnița
Chirnogi
Călărași
Movila
Fetești
Țăndărei
Căzănești
Bucu
Turnu Măgurele
Alexandria
Corabia
Satu Mare
Cărpiniș
Carani
IS-SLOVENJA
Slovenija
S-SLOVAKKJA
Bratislava
Trnava
Dunajská Streda
Nitra
Dvory nad Žitavou
Bánovce nad Bebravou
Martin
Veľký Krtíš
Rimavská Sobota
Košice
IL-FINLANDJA
Hämeenlinna-Turenki
Iisalmi-Oulu
Kokemäki-Rauma
Koria-Kouvola
Loimaa-Naantali
Mustio-Perniö
Seinäjoki-Vaasa
L-ISVEZJA
Södra Sverige,
som omfattar
alla Sveriges län förutom Gävleborgs,
Västernorrlands, Jämtlands,
Västerbottens och Norrbottenslän.
IR-RENJU UNIT
England
Scotland