This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0272
Commission Regulation (EU) No 272/2010 of 30 March 2010 amending Regulation (EC) No 972/2006 laying down special rules for imports of Basmati rice and a transitional control system for determining their origin
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2010 tat- 30 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 972/2006 li jistabbilixxi regoli speċjali għal importazzjonijiet ta’ ross Basmati u sistema tranżitorja ta’ kontroll biex ikun determinat l-oriġini tagħhom
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2010 tat- 30 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 972/2006 li jistabbilixxi regoli speċjali għal importazzjonijiet ta’ ross Basmati u sistema tranżitorja ta’ kontroll biex ikun determinat l-oriġini tagħhom
ĠU L 84, 31.3.2010, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2835
31.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 272/2010
tat-30 ta’ Marzu 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 972/2006 li jistabbilixxi regoli speċjali għal importazzjonijiet ta’ ross Basmati u sistema tranżitorja ta’ kontroll biex ikun determinat l-oriġini tagħhom
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 138 u 143, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont il-Ftehim fil-forma ta' Ittri ta' Skambju bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwardja l-modifika ta' konċessjonijiet dwar ir-ross provduti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 (2), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/617/KE (3), id-dazju applikabbli għal importazzjonijiet ta' ross bla ħliefa ta' ċerta varjetajiet ta' basmati li joriġinaw fl-Indja hija stabbilita għal żero. |
(2) |
Skont il-Ftehim fil-forma ta' Ittri ta' Skambju bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwardja l-modifika ta' konċessjonijiet dwar ir-ross provduti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 (4), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/618/KE (5), id-dazju applikabbli għal importazzjonijiet ta' ross bla ħliefa ta' ċerta varjetajiet ta' basmati li joriġinaw fil-Pakistan hija stabbilita għal żero. |
(3) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006 (6) jipprovdi li r-regoli tiegħu għandhom japplikaw għal ross Basmati bla ħliefa tal-varjetajiet speċifikati fl-Anness XVIII tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(4) |
L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 972/2006 jistabbilixxi li jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa mill-Istati Membri fuq Basmati importat juru li l-prodott analizzat ma jikkorrispondix għal dak li hu indikat fuq iċ-ċertifikat ta' awtentiċità, għandu japplika d-dazju tal-importazzjoni fuq ross bla ħliefa. F'dan ir-rigward, din id-dispożizzjoni ma tindika ebda tolleranza għall-preżenza ta' ross li ma jikkorrispondix għall-varjetajiet elenkati fl-Anness XVIII tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(5) |
Il-kundizzjonijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċ tar-ross Basmati jirriżultaw f'diffikultà kbira biex jiġi garantit li kwalunkwe lott uniku huwa magħmul 100 % minn ross Basmati tal-varjetajiet elenkati fl-Anness XVIII tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Sabiex tkun ffaċilitata l-mixja bla intoppi tal-kummerċ tal-Basmati għall-Unjoni Ewropea, u meta jitqies li s-sistema tal-kontroll tal-Unjoni bbażata fuq id-DNA għadha ma bdietx topera u għalhekk l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-protokolli ta' kontroll tagħhom stess b'ta' lanqas 5 % inċertezza fuq il-kontrolli kumulattivi fuq kwalunkwe livell ta' tolleranza, huwa xieraq li tiġi stabbilita 5 % tolleranza għall-preżenza ta' ross tal-ħabba twila fil-Basmati importat li ma jikkorrispondix ma' kwalunkwe varjetà elenkata f'dak l-Anness XVIII. |
(6) |
Sabiex jiġi estiż l-impatt pożittiv ta' din il-miżura għall-importaturi konċernati kollha, għandu jkun hemm dispożizzjoni li t-tolleranza tapplika għall-importazzjonijiet kollha tal-Basmati li dwaru għadha ma ttieħditx deċiżjoni finali dwar l-eliġibbiltà tal-lott mill-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 972/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 972/2006, tiżdied is-sentenza li ġejja:
“Madankollu, il-preżenza ta' sa 5 % ta' ross bla ħliefa li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 20 17 jew il-kodiċi tan-NM 1006 20 98 li ma jikkorrispondix ma' kwalunkwe varjetà elenkata fl-Anness XVIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*) għandu jiġi aċċettat.
Artikolu 2
L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 972/2006 kif emendat bl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal importazzjonijiet Basmati li saru qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li għalihom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ikun għadhom ma stabbillixxewx b'mod finali l-eliġibbiltà għal dazju żero kif previst fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjoni tal-Artikolu 2 għandha tieqaf fit-tmien tat-tnax-il xahar ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 279, 28.8.2004, p. 19.
(3) ĠU L 279, 28.8.2004, p. 17.
(4) ĠU L 279, 28.8.2004, p. 25.
(5) ĠU L 279, 28.8.2004, p. 23.
(6) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 53.