This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0242
Commission Regulation (EU) No 242/2010 of 19 March 2010 creating the Catalogue of feed materials (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 242/2010 tad- 19 ta’ Marzu 2010 li joħloq Katalgu tal-materjali tal-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 242/2010 tad- 19 ta’ Marzu 2010 li joħloq Katalgu tal-materjali tal-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 77, 24.3.2010, p. 17–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 06/07/2011; Imħassar b' 32011R0575
24.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 242/2010
tad-19 ta’ Marzu 2010
li joħloq Katalgu tal-materjali tal-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jistipula l-ħolqien ta’ katalgu tal-materjali tal-għalf. |
(2) |
L-ewwel verżjoni ta’ dak il-katalgu għandha għalhekk tinħoloq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Katalgu tal-materjali tal-għalf imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 huwa stabbilit, kif stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta’ Settembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
KATALGU TAL-MATERJALI TAL-GĦALF
ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-GLOSSARJU
Il-glossarju ta’ hawn taħt jirreferi għall-proċessi prinċipali użati waqt il-preparazzjoni tal-materjali tal-għalf imsemmija f’dan l-Anness. Meta l-ismijiet ta’ dawn il-materjali tal-għalf jinkludu l-isem komuni jew kwalifikant minn dan il-glossarju, il-proċess li għandu jintuża jrid ikun skont id-definizzjoni mogħtija.
|
Il-proċess |
Definizzjoni |
L-isem komuni/il-kwalifikant |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
1 |
Konċentrazzjoni (1) |
Iż-żieda f’ċerti kontenuti billi jitneħħa l-ilma jew il-kostitwenti l-oħra |
Il-konċentrat |
2 |
Tqaxxir (2) |
It-tneħħija kompleta jew parzjali tas-saffi esterni minn qmugħ, żrieragħ, frott, lewż u oħrajn |
Imqaxxar, imqaxxar parzjalment |
3 |
Tnixxif |
Id-deidrattazzjoni permezz ta’ proċessi artifiċjali jew naturali |
Imnixxef (fix-xemx jew artifiċjalment) |
4 |
Estrazzjoni |
It-tneħħija jew permezz ta’ solvent organiku tax-xaħam jew ta’ żejt minn ċerti materjali inkella permezz ta’ solvent akweu ta’ zokkor jew komponenti oħra li jinħallu fl-ilma. Fil-każ li jintuża solvent organiku, il-prodott li jirriżulta għandu jkun teknikament ħieles minn solvent bħal dan |
Estratt (fil-każ ta’ materjali li fihom iż-żejt), xiroppi, polpa (fil-każ ta’ prodotti li fihom iz-zokkor jew komponenti oħra li jinħallu fl-ilma) |
5 |
Estrużjoni |
L-għafsa ta’ materjal minn ġo toqba żgħira taħt pressjoni. (Ara wkoll: preġelatinizzazzjoni) |
Estruż |
6 |
Taqxir |
L-irrumblar ta’ materjal ipproċessat permezz ta’ tisħin |
Qxur |
7 |
It-tħin tad-dqiq |
L-ipproċessar fiżiku tal-qamħa sabiex jitnaqqas id-daqs tal-partikola u biex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni fi frammenti kostitwenti (prinċipalment id-dqiq, in-nuħħala u l-middlings) |
Id-dqiq, in-nuħħala, il-middlings (3), l-għalf |
8 |
Tisħin |
It-terminu ġenerali li jkopri għadd ta’ proċessi permezz ta’ tisħin li jsir taħt kundizzjonijiet speċifiċi biex jiġi influwenzat il-valur nuttrittiv jew l-istruttura tal-materjal |
Mixwi, imsajjar, ipproċessat permezz tat-tisħin |
9 |
Idroġenizzazzjoni |
It-trasformazzjoni ta’ gliċeridi mhux saturati fi gliċeridi saturati (ta’ żjut u xaħmijiet) |
Imwebbsa, imwebbsa parzjalment |
10 |
Idrolisi |
Id-diżintegrazzjoni f’kostitwenti kimiċi aktar sempliċi permezz ta’ proċess xieraq bl-ilma u possibbilment jew bl-enżimi inkella bl-aċidi/bl-alkali |
Idrolizzat |
11 |
Ippressar (4) |
It-tneħħija permezz ta’ estrazzjoni mekkanika (permezz ta’ kamin jew tip ieħor ta’ pressa), permezz ta’ tisħin ħafif jew mingħajru, tax-xaħam/taż-żejt minn materjali b’kontenut għoli ta’ żejt jew ta’ meraq minn frott jew prodotti veġetali oħrajn |
L-espellent (5) (fil-każ ta’ materjali li fihom iż-żejt), polpa, pomace (fil-każ tal-frott, eċċ.), polpa ppressata (fil-każ tal-pitravi taz-zokkor) |
12 |
L-iffurmar f’boċoċ |
L-għoti ta’ sura speċjali permezz ta’ kompressjoni diretta minn ġo forma, |
Boċċi, pellets |
13 |
Preġelatinizzazzjoni |
Il-modifika tal-lamtu biex jittejbu l-karatteristiċi tiegħu dwar kemm jintefaħ fl-ilma kiesaħ |
Preġelatinizzat (6), minfuħ |
14 |
Raffinar |
It-tneħħija kompleta jew parzjali ta’ impuritajiet miz-zokkor, miż-żjut, mix-xaħmijiet u minn materjali naturali oħra permezz ta’ proċess kimiku/fiżiku |
Irraffinat, parzjalment irraffinat |
15 |
It-tħin bit-tixrib |
Is-separazzjoni mekkanika tal-partijiet komponenti tal-qalba/ħabba, xi kultant wara li titgħaddas fl-ilma, bid-dijossidu tal-kubrit jew mingħajru, għall-estrazzjoni tal-lamtu |
Ir-raħs, il-glutina, il-lamtu |
16 |
Tisħiq |
L-ipproċessar mekkaniku tal-qamħ jew materjali oħra tal-għalf biex jitnaqqas id-daqs tagħhom |
Misħuq, it-tisħiq, |
17 |
It-tneħħija taz-zokkor |
It-tneħħija totali jew parzjali tal-mono- u disakkaridi minn xiroppi u materjal ieħor li fih iz-zokkor permezz ta’ mezzi kimiċi jew fiżiċi |
Biz-zokkor imneħħi għal kollox, biz-zokkor inmneħħi parzjalment |
Lista mhux esklużiva ta’ materjali tal-għalf prinċipali
1. ĊEREALI MITĦUNA, IL-PRODOTTI U L-PRODOTTI SEKONDARJI TAGĦHOM
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
1.01 |
Il-ħafur |
Il-ħabb tal-Avena sativa L. u varjanti oħra tal-ħafur |
|
1.02 |
Il-qxur tal-ħafur |
Il-prodott miksub permezz tal-fawran u l-irrumblar tal-ħafur imneħħi mill-ħliefa. Dan jista’ jkun fih proporzjon żgħir ta’ ħliefa tal-ħafur |
Il-lamtu |
1.03 |
Il-middlings tal-ħafur |
Il-prodott sekondarju miksub matul l-ipproċessar ta’ ħafur mgħarbel, u mnaddaf mill-ħliefa ġo xgħir mitħun oħxon u dqiq. Dan jikkonsisti prinċipalment f’nuħħala tal-ħafur u ftit endosperma |
Il-fibra kruda |
1.04 |
Il-qxur ta’ barra tal-ħafur u n-nuħħala |
Il-prodott sekondarju miksub matul l-ipproċessar tal-ħafur mgħarbel f’xgħir tal-ħafur. Dan jikkonsisti prinċipalment minn qxur ta’ barra tal-ħafur u nuħħala |
Il-fibra kruda |
1.05 |
Ix-xgħir |
Il-ħabb tal-Hordeum vulgare L. |
|
1.06 |
Il-middlings tax-xgħir |
Il-prodott sekondarju miksub matul l-ipproċessar tax-xgħir mgħarbel, imneħħi mill-ħliefa għal xgħir perlat, smid jew dqiq |
Il-fibra kruda |
1.07 |
Il-proteina tax-xgħir |
Il-prodott sekondarju mnixxef għall-produzzjoni tal-lamtu mix-xgħir. Dan jikkonsisti prinċipalment minn proteina miksuba mis-separazzjoni tal-lamtu |
Il- proteina kruda Il-lamtu |
1.08 |
Ir-ross, imfarrak |
Il-prodott sekondarju mill-preparazzjoni tar-ross illustrat jew verniċjat Oryza sativa L. Dan jikkonsisti prinċipalment minn ħabb iċken min-normal u/jew imfarrak |
Il-lamtu |
1.09 |
In-nuħħala tar-ross (kannella) |
Il-prodott sekondarju tal-ewwel lustrar ta’ ross imneħħi mill-ħliefa. Dan jikkonsisti prinċipalment minn partiċelli tas-saff aleurone, endosperma u raħs |
Il-fibra kruda |
1.10 |
In-nuħħala tar-ross (bajda) |
Il-prodott sekondarju tal-lustrar tar-ross imneħħi mill-ħliefa. Dan jikkonsisti prinċipalment minn partiċelli tas-saff aleurone, endosperma u raħs; |
Il-fibra kruda |
1.11 |
In-nuħħala tar-ross bil-karbonat tal-kalċju |
Il-prodott sekondarju tal-lustrar tar-ross imneħħi mill-ħliefa. Dan jikkonsisti prinċipalment fi qxur leqqien, partiċelli tas-saff aleurone, endosperma u raħs; fih ammonti varjabbli ta’ karbonat tal-kalċju li jirriżultaw mill-proċess tal-illustrar |
Il-fibra kruda Calcium carbonate (karbonat tal-kalċju) |
1.12 |
Il-preparat tal-għalf tar-ross mgħolli ħafna |
Il-prodott sekondarju tal-lustrar tar-ross imneħħi mill-ħliefa. Dan jikkonsisti prinċipalment minn qxur leqqien, partiċelli tas-saff aleurone, endosperma, ir-raħs; fih ammonti varjabbli ta’ karbonat tal-kalċju li jirriżultaw mill-proċess tal-illustrar |
Il-fibra kruda Calcium carbonate (karbonat tal-kalċju) |
1.13 |
Ir-ross tal-għalf mitħun |
Il-prodott miksub mit-tħin tar-ross tal-għalf, li jikkonsisti jew minn ħabb aħdar, bajdan jew mhux misjur, mgħarbel matul it-tħin minn ross bil-ħliefa, jew minn ħabb normali mneħħi mill-ħliefa li jkun isfar jew bit-tbajja’ |
Il-lamtu |
1.14 |
L-espellent tar-raħs tar-ross |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura taż-żejt, miksub permezz tal-ippressar tar-raħs tar-ross li miegħu partijiet tal-endosperma u t-testa jkunu għadhom imwaħħla |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud Il-fibra kruda |
1.15 |
Ir-raħs tar-ross estratt |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni tar-raħs tar-ross li magħhom ikunu għadhom imwaħħla partijiet tal-endosperma u t-testa |
Il-proteina kruda |
1.16 |
Il-lamtu tar-ross |
Il-lamtu tar-ross teknikament pur |
Il-lamtu |
1.17 |
Il-qaraboċċ |
Il-ħabb tal-Panicum miliaceum L. |
|
1.18 |
Is-segala |
Il-ħabb tas-Secale cereale L. |
|
1.19 |
Il-middlings tas-segala (7) |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura tad-dqiq, miksub mis-segala mgħarbla. Dan jikkonsisti prinċipalment minn partiċelli tal-endosperma, bi frak fin tal-qoxra ta’ barra u xi skart tal-ħabb |
Il-lamtu |
1.20 |
L-għalf tas-segala |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura tad-dqiq, miksub mis-segala mgħarbla. Dan jikkonsisti prinċipalment minn frammenti tal-qoxra ta’ barra, u minn partiċelli ta’ ħabb li minnhom ammont anqas tal-endosperma jkun tneħħa milli min-nuħħala tas-segala |
Il-lamtu |
1.21 |
In-nuħħala tas-segala |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura tad-dqiq, miksub mis-segala mgħarbla. Dan jkkonsisti prinċipalment minn frammenti tal-qoxra ta’ barra, u minn partiċelli ta’ ħabb li minnhom il-biċċa l-kbira tal-endosperma tkun tneħħiet |
Il-fibra kruda |
1.22 |
Is-sorgum |
Il-ħabb tas-Sorghum bicolor (L.) Moench s.l. |
|
1.23 |
Il-qamħ |
Il-ħabb tat-Triticum aestivum (L.), Triticum durum Desf. u varjanti oħra tal-qamħ |
|
1.24 |
Il-middlings tas-segala (8) |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni tad-dqiq, miksub mill-ħabb mgħarbel tal-qamħ jew mill-ispelt imneħħi mill-ħliefa. Dan jikkonsisti prinċipalment minn partiċelli tal-endosperma bi frammenti rqaq tal-qoxra ta’ barra u xi skart tal-ħabb |
Il-lamtu |
1.25 |
L-għalf tal-qamħ |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura tad-dqiq, miksub mill-ħabb mgħarbel tal-qamħ jew mill-ispelt imneħħi mill-ħliefa. Dan jikkonsisti prinċipalment minn frammenti tal-qoxra ta’ barra u minn partiċelli ta’ ħabb li minnhom ikun tneħħa ammont anqas mill-endosperma milli tneħħa minn nuħħala tal-qamħ |
Il-fibra kruda |
1.26 |
In-nuħħala tal-qamħ (9) |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura tad-dqiq, miksub mill-ħabb mgħarbel tal-qamħ jew mill-ispelt imneħħi mill-ħliefa. Dan jikkonsisti prinċipalment minn frammenti tal-qoxra ta’ barra u minn partiċelli ta’ ħabb li minnhom il-biċċa l-kbira tal-endosperma tkun tneħħiet |
Il-fibra kruda |
1.27 |
Ir-raħs tal-qamħ |
Il-prodott sekondarju mit-tħin tad-dqiq li jikkonsisti essenzjalment minn raħs tal-qamħ, irrumblat jew b’xi mod ieħor, li miegħu frammenti tal-endosperma u l-qoxra ta’ barra jistgħu jkunu għadhom imwaħħla |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud |
1.28 |
Il-glutina tal-qamħ |
Il-prodott sekondarju mnixxef mill-manifattura tal-lamtu tal-qamħ. Dan jikkonsisti prinċipalment minn glutina miksuba waqt is-separazzjoni tal-lamtu |
Il-proteina kruda |
1.29 |
L-għalf tal-glutina tal-qamħ |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura tal-lamtu tal-qamħ u l-glutina. Dan ikun kompost min-nuħħala, li minnha r-raħs ikun ġie mneħħi parzjalment jew le, u l-glutina, li magħha jkunu ġew miżjuda ammonti żgħar ħafna tal-komponenti tat-tgħarbil tal-ħabb kif ukoll ammonti żgħar ħafna ta’ residwi tal-lamtu tal-process tal-idrolisi jista’ jiżdied miegħu |
Il- proteina kruda Il-lamtu |
1.30 |
Lamtu tal-qamħ |
Lamtu teknikament pur miksub mill-qamħ |
Il-lamtu |
1.31 |
Il-lamtu tal-qamħ pre-ġelatinizzat |
Il-prodott jikkonsisti mil-lamtu tal-qamħ minfuħ permezz ta’ proċess ta’ tisħin |
Il-lamtu |
1.32 |
L-ispelt |
Il-ħabb tal-ispelt tat-Triticum spelta L., Triticum dioccum Schrank, Triticum monococcum |
|
1.33 |
Tritikali |
Il-ħabb tal-ibridu Triticum X Secale |
|
1.34 |
Il-qamħirrum |
Il-ħabb ta’ Zea mays L. |
|
1.35 |
Il-middlings tas-segala (10) |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura tad-dqiq jew tas-smid mill-qamħirrum. Dan jikkonsisti prinċipalment mill-frammenti tal-qoxra ta’ barra, u mill-partiċelli ta’ ħabb li minnhom anqas mill-endosperma tkun tneħħiet milli min-nuħħala tal-qamħirrum |
Il-fibra kruda |
1.36 |
In-nuħħala tal-qamħirrum |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura tad-dqiq jew tas-smid mill-qamħirrum. Dan jikkonsisti prinċipalment minn qxur ta’ barra u xi ftit frammenti tar-raħs tal-qamħirrum, bi ftit partiċelli tal-endosperma |
Il-fibra kruda |
1.37 |
L-espellent taż-żrieragħ tal-qamħirrum |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura taż-żejt, miksub permezz tal-ippressar tar-raħs tal-qamħirrum ipproċessat niexef jew umdu li l-partijiet tal-endosperma u t-testa jkunu għadhom imwaħħla magħhom |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud |
1.38 |
Ir-raħs tal-qamħirrum, estratt |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni tar-raħs tal-qamħirrum ipproċessat niexef jew umdu li partijiet tal-endosperma u t-testa tiegħu jkunu għadhom imwaħħla miegħu |
Il-proteina kruda |
1.39 |
L-għalf tal-glutina tal-qamħirrum (11) |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura umda tal-lamtu tal-qamħirrum. Dan ikun kompost min-nuħħala u l-glutina, li magħhom jista’ jiżdied il-qamħirrum misħuq miksub mit-tgħarbil f’ammont mhux aktar minn 15 % tal-prodott u/jew tar-residwi tal-isteeping liquor użat fil-produzzjoni tal-alkoħol jew ta’ prodotti oħra derivati mil-lamtu. Il-prodott jista’ jinkludi wkoll residwi mill-estrazzjoni taż-żejt tar-raħs tal-qamħirrum miksuba wkoll permezz ta’ proċess umdu |
Il-proteina kruda Il-lamtu Ix-xaħam krud, jekk |
1.40 |
Il-glutina tal-qamħirrum |
Il-prodott sekondarju mnixxef mill-produzzjoni tal-lamtu tal-qamħirrum Dan jikkonsisti prinċipalment minn glutina miksuba matul is-separazzjoni tal-lamtu |
Il-proteina kruda |
1.41 |
Lamtu tal-qamħirrum |
Lamtu teknikament pur miksub mill-qamħirrum |
Il-lamtu |
1.42 |
Il-lamtu tal-qamħirrum pre-ġelatinizzat (12) |
Il-prodott jikkonsisti mil-lamtu tal-qamħirrum minfuħ l-aktar permezz ta’ proċess ta’ tisħin |
Il-lamtu |
1.43 |
Iz-zokk tal-malt |
Il-prodott sekondarju mill-fermentazzjoni, li jikkonsisti prinċipalment minn xniexel imnixxfa taċ-ċereali mhux ġerminati |
Il-proteina kruda |
1.44 |
Il-ħabb imnixxef tal-birra |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni tal-birra miksub permezz tat-tnixxif tar-residwi taċ-ċereali iffermentati u ċereali mhux iffermentati u prodotti oħra li fihom il-lamtu |
Il-proteina kruda |
1.45 |
Il-ħabb imnixxef tad-distillaturi (13) |
Il-prodott sekondarju tal-alkoħol iddistillat miksub permezz tat-tnixxif ta’ residwi solidi tal-ħabb iffermentat |
Il-proteina kruda |
1.46 |
Il-ħabb skur tad-distillaturi (14) |
Il-prodott sekondarju mill-alkoħol iddistillat miksub permezz tat-tnixxif ta’ residwi solidi ta’ ħabb iffermentat li miegħu ikunu ġew miżjuda x-xiropp tal-iskart tad-distillerija jew il-ħasla evaporata tal-ispent |
Il-proteina kruda |
2. IŻ-ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT, IL-FROTT TAŻ-ŻEJT, IL-PRODOTTI TAGĦHOM U L-PRODOTTI SEKONDARJI TAGĦHOM
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
2.01 |
Il-karawett, parzjalment imqaxxar, l-espellent |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-ippressar tal-karawett parzjalment imqaxxar Arachis hypogaea L. u speċi oħra ta’ Arachis. (Il-kontenut massimu tal-fibra kruda 16 % fil-materja niexfa) |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud Il-fibra kruda |
2.02 |
Il-karawett, parzjalment imqaxxar, estratt |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni tal-karawett parzjalment imqaxxar. (Il-kontenut massimu tal-fibra kruda 16 % fil-materja niexfa) |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda |
2.03 |
Il-karawett, imqaxxar, l-espellent |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-ippressar tal-karawett imqaxxar |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud Il-fibra kruda |
2.04 |
Il-karawett, imqaxxar, estratt |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni tal-karawett imqaxxar |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda |
2.05 |
Iż-żerriegħa tal-lift (15) |
Iż-żrieragħ tal-lift Brassica napus L. ssp. oleifera (Metzg.) Sinsk., tas-sarson Indjan Brassica napus L. Var. Glauca (Roxb.) O.E. Schulz u tal-lift Brassica napa ssp. oleifera (Metzg.) Sinsk. (Purezza botanika minima ta’ 94 %) |
|
2.06 |
Iż-żerriegħa tal-lift, l-espellent (15) |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-ippressar taż-żrieragħ tal-lift. (Purezza botanika minima ta’ 94 %) |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud Il-fibra kruda |
2.07 |
Iż-żerriegħa tal-lift, estratta (15) |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-lift. (Purezza botanika minima ta’ 94 %) |
Il-proteina kruda |
2.08 |
Il-qxur ta’ żerriegħa tal-lift |
Il-prodott sekondarju miksub matul it-tneħħija tal-qxur taż-żrieragħ tal-lift |
Il-fibra kruda |
2.09 |
Iż-żerriegħa taż-żagħfran, parzjalment imqaxxra, estratta |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni taż-żrieragħ parzjalment imqaxxra taż-żagħfran Carthamus tinctorius L. |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda |
2.10 |
L-espellent tal-kopra |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-ippressar tal-qalba mnixxfa (l-endosperma) u l-qoxra ta’ barra (it-tegumenta) taż-żerriegħa tal-ġewż tal-Indji Cocos nucifera L. |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud Il-fibra kruda |
2.11 |
Kopra, estratta |
Il-kopra, estratta Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni tal-qalba mnixxfa (l-endosperma) u l-qoxra ta’ barra (it-tegumenta) taż-żerriegħa tal-ġewż tal-Indji |
Il-proteina kruda |
2.12 |
L-espellent tal-qalba tal-palm |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-ippressar tal-qalba tal-palm Elaeis guineensis Jacq., Corozo oleifera (HBK) L. H. Bailey (Elaeis melanococca auct.) li minnha l-qoxra iebsa tkun, kemm jista’ jkun, tneħħiet |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda Ix-xaħam krud |
2.13 |
Il-qalba tal-palm, estratta |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni ta’ qliebi tal-palm li minnhom, kemm jista’ jkun, tkun tneħħiet mill-qoxra iebsa |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda |
2.14 |
(Il-fażola) tas-soja, mixwija |
Il-fażola tas-soja (Glycine max. L. Merr.) suġġettata għal proċess ta’ tisħin xieraq. (Attività massima tal-urease 0,4 mg N/g × min.) |
|
2.15 |
(Il-fażola) tas-soja, estratta mixwija |
Prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub mill-fażola tas-soja wara l-estrazzjoni u l-ipproċessar xieraq permezz tat-tisħin. (Attività massima tal-urease 0,4 mg N/g × min.) |
Il-proteina kruda Fibra kruda, jekk > 8 % |
2.16 |
(Il-fażola) tas-soja, bil-qxur imneħħi estratta, mixwija |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub mill-fażola tas-soja bil-qoxra mneħħija wara estrazzjoni u trattament xieraq ta’ tisħin. (Il-kontenut massimu tal-fibra kruda 8 % fil-materja niexfa.) (Attività massima tal-urease 0.5 mg N/g × min.) |
Il-proteina kruda |
2.17 |
Il-proteina (tal-fażola) tas-soja kkonċentrata |
Il-prodott miksub mill-fażola tas-soja bla qoxra,bix-xaħam imneħħi, suġġettata għat-tieni estrazzjoni biex jitnaqqas il-livell tal-estratt ħieles min-nitroġenu |
Il-proteina kruda |
2.18 |
Iż-żejt veġetali (16) |
Żejt miksub mill-pjanti |
L-umdità, jekk |
2.19 |
Il-qxur (tal-fażola) tas-soja |
Il-prodott sekondarju miksub matul it-tneħħija tal-qxur tal-fażola tas-soja |
Il-fibra kruda |
2.20 |
Iż-żerriegħa tal-qoton |
Iż-żerriegħa tal-qoton Gossypium ssp. li minnha jkunu tneħħew il-fibri |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda Ix-xaħam krud |
2.21 |
Iż-żerriegħa tal-qoton, parzjalment imqaxxra, estratta |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-qoton li minnu l-fibri u parti mill-qxur ikunu tneħħew. (Il-massimu tal-fibra kruda 22,5 % fil-materja niexfa) |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda |
2.22 |
L-espellent taż-żerriegħa tal-qoton |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-ippressar ta’ żrieragħ tal-qoton li minnhom il-fibri jkunu tneħħew |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda Ix-xaħam krud |
2.23 |
L-espellent taż-żerriegħa tan-Niġer |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-ippressar ta’ żrieragħ tal-pjanta tan-Niġer Guizotia abyssinica (L.f.) Cass. (L-irmied li ma jinħallx fl-HCl: massimu 3,4 %) |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud Il-fibra kruda |
2.24 |
Iż-żerriegħa tal-ġirasol |
Iż-żerriegħa tal-ġirasol Helianthus annuus L. |
|
2.25 |
Iż-żerriegħa tal-ġirasol, estratta |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-ġirasol |
Il-proteina kruda |
2.26 |
Iż-żerriegħa tal-ġirasol, parzjalment imqaxxra, estratta |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni taż-żrieragħ tal-ġirasol li minnhom tkun tneħħiet biss parti mill-qoxra. (Il-massimu tal-fibra kruda 27,5 % fil-materja niexfa) |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda |
2.27 |
Il-kittien |
Iż-żrieragħ tal-kittien Linum usitatissimum L. (Purezza botanika minima 93 %) |
|
2.28 |
L-espellent tal-kittien |
Prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub bl-ippressar tal-kittien (Purezza botanika minima ta’ 93 %) |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud Il-fibra kruda |
2.29 |
Il-kittien, estratt |
Prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub bl-estrazzjoni tal-kittien (Purezza botanika minima ta’ 93 %) |
Il-proteina kruda |
2.30 |
Il-polpa taż-żebbuġ |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni ta’ żebbuġ ippressat Olea europea L. isseparata kemm jista’ jkun mill-partijiet tal-qalba |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda |
2.31 |
L-espellent tal-ġunġlien |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-ippressar ta’ żrieragħ tal-pjanta tal-ġunġlien Sesamum indicum L. (L-irmied li ma jinħallx f’ HCl: massimu 5 %) |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda Ix-xaħam krud |
2.32 |
Il-fula tal-kawkaw, parzjalment imqaxxra, estratta |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taż-żejt, miksub permezz tal-estrazzjoni ta’ ful tal-kawkaw inkaljat Theobroma cacao L. li minnu parti mill-qxur ikun tneħħa |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda |
2.33 |
Il-qxur tal-kawkaw |
It-tegumenti tal-ful imnixxef u nkaljat tat-Theobroma cacao L. |
Il-fibra kruda |
3. IŻ-ŻRIERAGĦ TAL-LEGUMI, IL-PRODOTTI U L-PRODOTTI SEKONDARJI TAGĦHOM
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
3.01 |
Iċ-ċiċri |
Iż-żrieragħ ta’ Cicer arietinum L. |
|
3.02 |
Il-guar meal, estratt |
Il-prodott sekondarju miksub wara l-estrazzjoni tal-muċilaġni minn żrieragħ ta’ Cyanopsis tetragonoloba (L.) Taub. |
Il-proteina kruda |
3.03 |
L-ervil |
Żerriegħa tal-Ervum ervilia L. |
|
3.04 |
Il-latiru sativa (chickling vetch) (17) |
Iż-żrieragħ tal-Lathyrus sativus L. mgħoddi minn proċess ta’ tisħin xieraq bis-sħana |
|
3.05 |
L-għads |
Żrieragħ tal-Lens culinaris a.o. Medik |
|
3.06 |
Lupina ħelwa |
Iż-żrieragħ tal-Lupinus ssp. baxx fil-kontenut taż-żerriegħa l-qarsa |
|
3.07 |
Il-fażola, mixwija |
Iż-żrieragħ tal-Phaseolus jew Vigna ssp. mgħoddija minn proċess xieraq ta’ tisħin biex jinqerdu l-lektini tossiċi |
|
3.08 |
Il-piżelli |
Iż-żrieragħ tal-Pisum ssp. |
|
3.09 |
Il-middlings tal-piżelli |
Il-prodott sekondarju miksub mill-produzzjoni tad-dqiq tal-piżelli. Din tikkonsisti prinċipalment minn partiċelli ta’ cotyledon, u xi ftit inqas, minn qxur |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda |
3.10 |
In-nuħħala tal-piżelli |
Il-prodott sekondarju miksub mill-produzzjoni tal-għalf tal-piżelli. Dan ikun kompost prinċipalment minn qxur imneħħija waqt it-tqaxxir u t-tindif tal-piżelli |
Il-fibra kruda |
3.11 |
Il-fażola taż-żwiemel |
Żerriegħa ta’ Vicia faba L. ssp. faba var. equina Pers. u var. minuta (Alef.) Mansf. |
|
3.12 |
Il-monantha vetch |
Żerriegħa tal-Vicia monanthos Desf. |
|
3.13 |
Ġulbiena |
Żrieragħ tal-Vicia sativa L. var. sativa u varjetajiet oħra |
|
4. IT-TUBERI, L-GĦERUQ, IL-PRODOTTI U L-PRODOTTI SEKONDARJI TAGĦHOM
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
4.01 |
Il-polpa tal-pitravi (taz-zokkor) |
Il-prodott sekondarju mill-produzzjoni taz-zokkor, li jikkonsisti minn bċejjeċ ta’ pitravi taz-zokkor estratti u mnixxfa Beta vulgaris L. ssp. vulgaris var. altissima Doell. (Il-kontenut massimu tal-irmied li ma jinħallx fl-HCl: 4,5 % tal-materja niexfa) |
Kontenut ta’ rmied li ma jinħallx fil-HCl, jekk > 3,5 % tal-materja niexfa. It-total taz-zokkor ikkalkulat bħala sukrosju, jekk |
4.02 |
Il-ġulepp tal-pitravi (taz-zokkor) |
Il-prodott sekondarju li jikkonsisti minn residwu għasli miġbur matul il-produzzjoni jew ir-raffinar taz-zokkor tal-pitravi |
It-total taz-zokkor ikkalkulat bħala sukrosju L-umdità, jekk |
4.03 |
Il-polpa tal-pitravi (taz-zokkor), ġuleppata |
Il-prodott sekondarju mill-manifattura taz-zokkor, li jikkonsisti f’polpa tal-pitravi taz-zokkor imnixxfa li miegħu ġie miżjud il-ġulepp. (Il-kontenut massimu tal-irmied li ma jinħallx fl-HCl: 4,5 % tal-materja niexfa) |
It-total taz-zokkor ikkalkulat bħala sukrosju Kontenut ta’ rmied li ma jinħallx fil-HCl, jekk > 3,5 % tal-materja niexfa |
4.04 |
Vinass tal-pitravi (taz-zokkor) |
Prodott sekondarju miksub wara l-fermentazzjoni tal-ġulepp tal-pitravi fil-produzzjoni tal-alkoħol, il-ħmira, l-aċidu ċitriku u sustanzi organiċi oħrajn |
Il-proteina kruda L-umdità, jekk |
4.05 |
Iz-zokkor (tal-pitravi) (18) |
Iz-zokkor estratt minn pitravi taz-zokkor |
Sukrosju |
4.06 |
Il-patata ħelwa |
Tuberi ta’ Ipomoea batatas (L.) Poir, tkun xi tkun il-preżentazzjoni tagħhom |
Il-lamtu |
4.07 |
Manjoka (19) |
L-għeruq ta’ Manihot esculenta Crantz, tkun xi tkun il-preżentazzjoni tagħhom. (Il-kontenut massimu tal-irmied li ma jinħallx fl-HCl: 4,5 % tal-materja niexfa) |
Il-lamtu Kontenut ta’ rmied li ma jinħallx fil-HCl, jekk > 3,5 % tal-materja niexfa |
4.08 |
Il-lamtu tal-manjoka (20), minfuħ |
Il-lamtu miksub mill-għeruq tal-manjoka, minfuħ ħafna bi proċess xieraq ta’ tisħin |
Il-lamtu |
4.09 |
Il-polpa tal-patata |
Il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-lamtu tal-patata (Solanum tuberosum L.) |
|
4.10 |
Il-lamtu tal-patata |
Il-lamtu tal-patata teknikament pur |
Il-lamtu |
4.11 |
Il-proteina tal-patata |
Il-prodott sekondarju mnixxef tal-manifattura tal-lamtu kompost prinċipalment minn sustanzi tal-proteina miksuba wara s-separazzjoni tal-lamtu |
Il-proteina kruda |
4.12 |
Tqarqiċ tal-patata |
Prodott miksub permezz tat-tnixxif rotarju ta’ patata msajra fuq il-fwar, maħsula, mqaxxra jew mhux imqaxxra |
Il-lamtu Il-fibra kruda |
4.13 |
Il-meraq kondensat tal-patata |
Il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-lamtu tal-patata li minnha l-proteini u l-ilma jkunu tneħħew |
Il-proteina kruda L-irmied krud |
4.14 |
Il-lamtu preġelatinizzat tal-patata |
Il-prodott li jikkonsisti mil-lamtu tal-patata li jkun sar solubbli permezz ta’ proċess ta’ tisħin |
Il-lamtu |
5. IŻ-ŻRIERAGĦ U FROTT IEĦOR, IL-PRODOTTI U L-PRODOTTI SEKONDARJI TAGĦHOM
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
5.01 |
L-imżiewet tal-ħarrub |
Il-prodott miksub mit-tisħiq tal-frott (l-imżiewet) niexfa tas-siġra tal-ħarrub Ceratonia seliqua L., li minnha ż-żerriegħa tal-ħarrub tkun tneħħiet |
Il-fibra kruda |
5.02 |
Il-polpa taċ-ċitru |
Il-prodott sekondarju miksub permezz tal-ippressar tal-frott taċ-ċitru Citrus ssp. waqt il-produzzjoni taċ-ċitru magħsur |
Il-fibra kruda |
5.03 |
Il-polpa tal-frott (21) |
Il-prodott miksub permezz tal-ippressar tal-frott pomaċju jew tal-għadma waqt il-produzzjoni tal-frott magħsur |
Il-fibra kruda |
5.04 |
Il-polpa tat-tadam |
Il-prodott sekondarju miksub permezz tal-ippressar tat-tadam Solanum lycopersicum Karst. waqt il-produzzjoni tat-tadam magħsur |
Il-fibra kruda |
5.05 |
Iż-żrieragħ tal-għeneb, estratti |
Il-prodott sekondarju miksub waqt l-estrazzjoni taż-żejt minn żrieragħ tal-għeneb |
Il-fibra kruda, jekk > 45 % |
5.06 |
Il-polpa tal-għeneb |
Il-polpa tal-għeneb imnixxef istantanjament wara l-estrazzjoni ta’ alkoħol li minnha jkunu, kemm jista’ jkun, tneħħew iz-zkuk u ż-żerriegħa |
Il-fibra kruda, jekk > 25 % |
5.07 |
Iż-żrieragħ tal-għeneb |
Iż-żrieragħ estratti mill-polpa tal-għeneb, li minnhom iż-żejt ma jkunx tneħħa |
Ix-xaħam krud, il-fibra kruda, jekk > 4,5 % |
6. L-GĦALF U L-GĦALF FIBRUŻ
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
6.01 |
Is-smid tax-xnien (22) |
Il-prodott miksub permezz tat-tnixxif u t-tħin tal-għalf tari tax-xnien Medicago sativa L. u Medicago var. Martyn. Dan jista’ jkun fih sa 20 % silla friska jew prodotti oħra tal-għalf imnixxfa u mitħuna fl-istess ħin mal-għalf tax-xnien |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda Irmied li ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa |
6.02 |
L-ilbieba tax-xnien |
Prodott sekondarju mnixxef miksub permezz ta’ ppressar tal-għasir tax-xnien |
Il-proteina kruda |
6.03 |
Il-konċentrat tal-proteina tax-xnien |
Il-prodott miksub permezz tat-tnixxif artifiċjali ta’ frazzjonijiet tal-meraq tal-għalf tax-xnien magħsur, li jkun ġie ċċentrifugat u pproċessat permezz ta’ tisħin biex jiġu preċipitati l-proteini |
Karotina Il-proteina kruda |
6.04 |
Is-smid tas-silla (22) |
Prodott miksub permezz tat-tnixxif u t-tħin ta’ silla tarja Trifolium spp. Din jista’ jkun fiha sa 20 % xnien tari jew uċuħ tar-raba’ oħra tal-għalf tal-bhejjem imnixxef u mitħun fl-istess waqt tas-silla |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda Irmied li ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa |
6.05 |
Prodott miksub permezz tat-tnixxif u t-tħin ta’ pjanti tarja tal-għalf tal-bhejjem |
Il-proteina kruda Il-fibra kruda Irmied li ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa |
|
6.06 |
It-tiben taċ-ċereali (24) |
It-tiben taċ-ċereali |
|
6.07 |
It-tiben taċ-ċereali, ipproċessat (25) |
Il-prodott miksub permezz ta’ ipproċessar xieraq tat-tiben taċ-ċereali |
Is-sodju, jekk ittrattat bl-NaOH |
7. PJANTI OĦRA, IL-PRODOTTI U L-PRODOTTI SEKONDARJI TAGĦHOM
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
7.01 |
Il-ġulepp tal- kannamieli (taz-zokkor) |
Il-prodott sekondarju li jikkonsisti mir-residwu għasli li jkun inġabar matul il-manifattura jew ir-raffinar taz-zokkor mill-kannamieli Saccharum officinarum L. |
It-total taz-zokkor ikkalkulat bħala sukrosju L-umdità, jekk > 30 % |
7.02 |
Il-vinass tal-kannamieli (taz-zokkor) |
Il-prodott sekondarju miksrub wara l-fermentazzjoni tal-ġulepp tal-kannamieli fil-produzzjoni tal-alkoħol, il-ħmira, l-aċidu ċitriku jew sustanzi organiċi oħrajn |
Il-proteina kruda L-umdità, jekk > 35 % |
7.03 |
Il-kannamieli (taz-zokkor) (26) |
Zokkor estratt minn kannamieli |
Sukrosju |
7.04 |
Id-dqiq tal-alka |
Il-prodott miksub permezz tat-tnixxif u t-tħin tal-alka, b’mod partikolari l-alka kannella. Dan il-prodott seta’ ġie maħsul biex jitnaqqaslu l-kontenut tal-jodju. |
L-irmied krud |
8. PRODOTTI TAL-ĦALIB
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
8.01 |
It-trab tal-ħalib xkumat |
Il-prodott miksub permezz tat-tnixxif tal-ħalib li minnu l-biċċa l-kbira tax-xaħam ikun ġie sseparat |
Il-proteina kruda L-umdità, jekk > 5 % |
8.02 |
It-trab tax-xorrox tal-butir |
Il-proteina miksuba mit-tnixxif tal-likwidu li jibqa’ wara l-immastellar tal-butir |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud Il-lattosju L-umdità, jekk > 6 % |
8.03 |
It-trab tax-xorrox |
Il-prodott miksub permezz tat-tnixxif tal-likwidu li jibqa’ wara li jsir il-ġobon, il-kwark u l-kaseina jew proċessi simili |
Il-proteina kruda Il-lattosju L-umdità, jekk > 8 % L-irmied krud |
8.04 |
It-trab tax-xorrox, b’zokkor baxx |
Il-prodott miksub permezz tat-tnixxif tax-xorrox li minnu l-lattosju jkun ġie parzjamlment imneħħi |
Il-proteina kruda Il-lattosju L-umdità, jekk > 8 % L-irmied krud |
8.05 |
It-trab tal-proteina tax-xorrox (27) |
Il-prodott miksub permezz tat-tnixxif tal-proteini komposti estratti mix-xorrox jew mill-ħalib permezz ta’ proċess kimiku jew fiżiku |
Il-proteina kruda L-umdità, jekk > 8 % |
8.06 |
It-trab tal-kaseina |
Il-prodott miksub mill-ħalib xkumat jew mix-xorrox tal-butir permezz tat-tnixxif tal-kaseina preċipitati permezz tal-aċidi jew tat-tames |
Il-proteina kruda L-umdità, jekk > 10 % |
8.07 |
It-trab tal-lattosju |
Iz-zokkor separat mill-ħalib jew mix-xorrox permezz tal-purifikazzjoni u t-tnixxif |
Il-lattosju L-umdità, jekk > 5 % |
9. IL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI TAL-ART
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
9.01 |
Is-smid tal-laħam (28) |
Il-prodott miksub permezz tat-tisħin, tat-tnixxif u tat-tħin ta’ annimali tal-art ta’ demm sħun sħaħ jew in parti li minnhom ix-xaħam seta’ ġie parzjamlment estratt jew imneħħi fiżikament. Il-prodott irid ikun sostanzjalment ħieles minn dwiefer, qrun, lanżit, xagħar u rix, kif ukoll mill-kontenut tal-kanal diġestiv (il-kontenut minimu tal-proteina kruda 50 % f’materja niexfa). (Total massimu tal-kontenut ta’ fosfru: 8 %) |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud L-irmied krud L-umdità, jekk > 8 % |
9.02 |
Dqiq tal-laħam u l-għadam (28) |
Il-prodott miksub permezz tat-tisħin, tat-tnixxif u tat-tħin ta’ annimali tal-art ta’ demm sħun sħaħ jew in parti li minnhom ix-xaħam seta’ ġie parzjamlment estratt jew imneħħi fiżikament. Il-prodott irid ikun sostanzjalment ħieles minn dwiefer, qrun, lanżit, xagħar u rix, kif ukoll minn kontenut tal-kanal diġestiv |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud L-irmied krud L-umdità, jekk > 8 % |
9.03 |
Dqiq tal-għadam |
Il-prodott miksub permezz tat-tisħin, tat-tnixxif u tat-tħin fin tal-għadam ta’ annimali tal-art ta’ demm sħun li minnhom il-biċċa l-kbira tax-xaħam ikun ġie estratt jew fiżikament imneħħi. Il-prodott irid ikun sostanzjalment ħieles minn dwiefer, qrun, lanżit, xagħar u rix, kif ukoll minn kontenut tal-kanal diġestiv |
Il-proteina kruda L-irmied krud L-umdità, jekk > 8 % |
9.04 |
Il-qasab tas-sieq |
Il-prodott li jifdal mill-produzzjoni tas-sonza, tax-xaħam u ta’ xaħmijiet oħra estratti jew imneħħija fiżikament li ġejjin mill-annimali |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud L-umdità, jekk > 8 % |
9.05 |
Dqiq mit-tjur tal-irziezet (28) |
Il-prodott miksub permezz tat-tisħin, tat-tnixxif u tat-tħin tal-prodotti sekondarji minn tjur maqtula. krud Il-prodott irid ikun sostanzjalment ħieles mir-rix |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud L-irmied krud Irmied li ma jinħallx fil-HCl jekk > 3,3 % Umdità, jekk > 8 % |
9.06 |
Dqiq mir-rix, idrolizzat |
Il-prodott miksub permezz ta’ idroliżi, tnixxif u tħin ta’ rix tat-tjur tal-irziezet |
Il-proteina kruda Irmied li ma jinħallx fil-HCl jekk > 3,4 % Umdità, jekk > 8 % |
9.07 |
Dqiq mid-demm |
Il-prodott miksub permezz tat-tnixxif tad-demm ta’ annimali ta’ demm sħun. Il-prodott irid ikun sostanzjalment ħieles minn materji estranji |
Il-proteina kruda L-umdità, jekk > 8 % |
9.08 |
Xaħam tal-annimal (29) |
Il-prodott kompost mix-xaħam tal-annimali tal-art ta’ demm sħun |
L-umdità, jekk > 1 % |
10. IL-ĦUT, MINBARRA L-ANNIMALI L-OĦRA TAL-BAĦAR, IL-PRODOTTI U L-PRODOTTI SEKONDARJI TAGĦHOM
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
10.01 |
Smida tal-ħut (30) |
Il-prodott miksub permezz tal-ipproċessar ta’ ħut sħiħ jew ta’ partijiet minn ħut li minnhom parti miż-żejt seta’ tneħħa u magħhom setgħu reġgħu ġew miżjuda solubbli tal-ħut |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud Irmied krud, jekk > 20 % Umdità, jekk > 8 % |
10.02 |
Solubbli tal-ħut, ikkondensati |
Il-prodott miksub matul il-produzzjoni tal-ismid tal-ħut li jkun ġie sseparat u stabbilizzat permezz ta’ aċidifikazzjoni jew tnixxif |
Il-proteina kruda Ix-xaħam krud L-umdità, jekk > 5 % |
10.03 |
Iż-żejt tal-ħuta |
Iż-żejt miksub mill-ħut jew minn partijiet tal-ħut |
L-umdità, jekk > 1 % |
10.04 |
Iż-żejt tal-ħuta, raffinat, imwebbes |
Iż-żejt miksub mill-ħut jew minn partijiet tal-ħut li ġew raffinati u ssoġġettati għall-idroġenizzazzjoni |
Numru tal-jodju L-umdità, jekk > 1 % |
11. MINERALI
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
11.01 |
Il-karbonat tal-kalċju (31) |
Il-prodott miksub permezz tat-tħin tas-sorsi tal-karbonat tal-kalċju, bħal ġebla tal-franka, qxur tal-gajdar jew tal-maskli, jew permezz tal-preċipitazzjoni minn soluzzjoni aċiduża |
Kalċju Irmied li ma jinħallx fl-HCl, jekk > 5 % |
11.02 |
Il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju |
It-taħlit naturali tal-karbonat tal-kalċju u tal-karbonat tal-manjeżju |
Il-kalċju Il-manjeżju |
11.03 |
L-alka kalkarja tal-baħar (Maerl) |
Il-prodott ta’ oriġini naturali miksub minn alka kalkarja, mitħuna jew granulata |
Il-kalċju Irmied li ma jinħallx fl-HCl, jekk > 5 % |
11.04 |
L-ossidu tal-manjeżju |
L-ossidju tal-manjeżju teknikament pur (MgO) |
Il-manjeżju |
11.05 |
Is-sulfat tal-manjeżju |
Is-sulfat tal-manjeżju teknikament pur (MgSO4 7H20) |
Il-manjeżju Il-kubrit |
11.06 |
Il-fosfat tad-dikalċju (32) |
Il-fosfat tal-kalċju monoidroġenu preċipitat mill-għadam jew minn sorsi inorganiċi (CaHPO4 H2O) |
Il-kalċju Il-fosfru totali |
11.07 |
Il-fosfat tal-monodikalċju |
Il-prodott miksub kimikament u kompost minn partijiet ugwali ta’ fosfat tad-dikalċju u fosfat tal-monokalċju (CaHPO4 -Ca(H2PO4)2 H2O) |
Il-fosfru totali Il-kalċju |
11.08 |
Il-fosfat tal-blat deflworinat |
Il-prodott miksub permezz tat-tħin ta’ fosfati naturali purifikat u deflworinati b’mod xieraq |
Il-fosfru totali Il-kalċju |
11.09 |
It-dqiq mill-għadam bil-ġelatina mneħħija |
L-għadam bil-ġelatina mneħħija, sterilizzat u mitħun li minnu x-xaħam ikun ġie mneħħi |
Il-fosfru totali Il-kalċju |
11.10 |
Il-fosfat tal-monokalċju |
Il-kalċju-bis (disidroġenfosfat) teknikament pur (Ca(H2PO4)2 xH2O) |
Il-fosfru totali Il-kalċju |
11.11 |
Il-fosfat tal-kalċjumanjeżju |
Il-fosfat tal-kalċjumanjeżju teknikament pur |
Il-kalċju Il-manjeżju Il-fosfru totali |
11.12 |
Il-fosfat monoammonju |
Il-fosfat monoammonju teknikament pur (NH4H2PO4) |
Nitroġenu totali Il-fosfru totali |
11.13 |
Klorur tas-sodju (31) |
Il-klorur tas-sodju teknikament pur jew il-prodott miksub permezz tat-tħin ta’ sorsi naturali tal-klorur tas-sodju, bħal ma huma l-melħ (tal-blat) u (tal-baħar) |
Is-sodju |
11.14 |
Il-manjeżju propjonat |
Il-manjeżju propjonat teknikament pur |
Il-manjeżju |
11.15 |
Il-fosfat tal-manjeżju |
Il-prodott jikkonsisti minn fosfat tal-manjeżju (dibasiku) teknikament pur (MgHPO4 xH2O) |
Il-fosfru totali Il-manjeżju |
11.16 |
Il-fosfat tas-sodju-kalċju-manjeżju |
Il-prodott jikkonsisti minn fosfat tas-sodju-kalċju-manjeżju |
Il-fosfru totali Il-manjeżju Il-kalċju Is-sodju |
11.17 |
Il-fosfat monosodju |
Il-fosfat tal-monosodju teknikament pur (NaH2PO H2O) |
Il-fosfru totali Is-sodju |
11.18 |
Il-bikarbonat tas-sodju |
Il-bikarbonat tas-sodju teknikament pur (NaHCO3) |
Is-sodju |
12. MIXXELLANJI
In-numru |
L-isem |
Deskrizzjoni |
Dikjarazzjonijiet obbligatorji |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
12.01 |
Il-prodotti tal-ħobż u l-għaġin u l-prodotti sekondarji tagħhom (33) |
Il-prodotti jew il-prodotti sekondarji miksuba mill-manifattura tal-ħobż, inkluż il-prodotti fini għall-bejgħ mingħand il-furnara, il-gallettini jew l-għaġin |
Il-lamtu It-total taz-zokkor ikkalkulat bħala sukrosju |
12.02 |
Il-prodotti tal-ħelu u l-prodotti sekondarji tagħhom (33) |
Il-prodotti jew l-prodotti sekondarji miksuba mill-manifattura tal-ħelu inkluża ċ-ċikkulata |
It-total taz-zokkor ikkalkulat bħala sukrosju |
12.03 |
Il-prodotti u l-prodotti sekondarji tal-manifattura tal-għaġina u tal-ġelat (33) |
Il-prodotti jew il-prodotti sekondarji miksuba mill-manifattura tal-għaġina, kejkijiet jew ġelat |
Il-lamtu It-total taz-zokkor espress bħala sukrosju Ix-xaħam krud |
12.04 |
L-aċidi xaħmija |
Il-prodott sekondarju miksub matul it-tneħħija tal-aċidu, permezz ta’ soluzzjonijiet alkalini jew permezz tad-distillazzjoni ta’ żjut u xaħmijiet ta’ oriġini veġetali jew annimali |
Ix-xaħam krud L-umdità, jekk > 1 % |
12.05 |
L-imluħa tal-aċidi xaħmija (34) |
Il-prodott miksub permezz ta’ saponifikazzjoni tal-aċidi tax-xaħam bl-idrossidu tal-kalċju, tas-sodju jew tal-potassju |
Ix-xaħam krud Ca (jew Na jew K, fejn xieraq) |
13. IL-PRODOTTI U L-PRODOTTI SEKONDARJI MILL-PROĊESSI TA’ FERMENTAZZJONI U L-IMLUĦA TAL-AMMONJU
2 |
3 |
4 |
||
L-isem tal-prodott |
Nomina ta’ prinċipju nutrittiv jew identità ta’ mikro-organiżmu |
Substrat tal-kultura (speċifikazzjonijiet, jekk dawn jeżistu) |
||
|
Methylophilus methylotrophus NCIB varjant 10 515 |
Metanol |
||
|
Methylococcus capsulatus (Bath) NCIMB varjant 11132 Alcaligenes acidovorans NCIMB varjant 12387 Bacillus brevis strain NCIMB varjant 13288 Bacillus brevis varjant NCIMB strain 13288 |
Il-gass naturali: (appross. 91 % metan, 5 % etan, 2 % propan, 0,5 % isobutan, 0,5 % n-butan, 1 % komponenti oħra), ammonja, imluħa minerali |
||
Il-ħmiri kollha — miksuba mill-mikroorganiżmi u s-sustrati elenkati fil-kolonni 3 u 4 rispettivament — li ċ-ċelloli tagħhom inqatlu — |
Saccharomyces cerevisiae, Saccharomyces carlsbergiensis Kluyveromyces lactis, Kluyveromyces fragilis Candida guilliermondii |
Ġulepp, residwi ta’ distillazzjoni, ċereali u prodotti li fihom lamtu, meraq tal-frott, xorrox, aċidu lattiku u fibra tal-ħxejjex idrolizzata |
||
|
Kompost nitroġenuż Penicillium chrysogenum ATCC 48271 |
Is-sorsi differenti ta’ karboidrati u l-idrolisati tagħhom |
||
|
CH3CHOHCOONH4 |
Ix-xorrox |
||
|
CH3COONH4 |
— |
||
|
(NH4)2SO4 |
— |
||
|
Imluħa tal-ammonju u komposti nitroġenużi oħrajn |
Is-sukrosju, il-ġulepp, il-prodotti tal-lamtu u l-idrolisati tagħhom |
||
|
Imluħa tal-ammonju u komposti nitroġenużi oħrajn |
Is-sukrosju, il-ġulepp, il-prodotti tal-lamtu u l-idrolisati tagħhom |
(1) Bil-Germaniż “Konzentrieren” tista’ tiġi mibdula b’“Eindicken” meta jixraq, f’dan il-każ il-kwalifikant komuni għandu jkun “eingedickt”.
(2) “Tqaxxir” jista’ jiġi mibdul bi “tneħħija tal-fosdqa” jew it-“tneħħija tal-ħliefa” meta jixraq, f’dan il-każ il-kwalifikant komuni għandu jitneħħa mill-fosdqa jew mill-ħliefa.
(3) Bil-Franċiż jista’ jintuża l-isem “issues”.
(4) Bil-Franċiż “Pressage” tista’ tiġi mibdula b’“Extraction mecanique” meta jixraq.
(5) Fejn jixraq il-kelma “expeller” tista’ tinbidel mill-kelma “cake”.
(6) Bil-Germaniż jistgħu jintużaw il-kwalifikant “aufgeschlossen” u l-isem “Quellwasser” (li jirreferi għal-lamtu).
(7) Il-prodotti li jkun fihom aktar minn 40 % lamtu jistgħu jiġu kkwalifikati bħala “b’lamtu għoli”. Bil-Ġermaniż dawn jistgħu jissejħu “Roggennachmehl”.
(8) Il-prodotti li jkun fihom aktar minn 40 % lamtu jistgħu jiġu kkwalifikati bħala “b’lamtu għoli”. Bil-Ġermaniż dawn jistgħu jissejħu “Weizennachmehl”.
(9) Jekk dan l-ingredjent ġie suġġett għal tħin iktar fin il-kelma “fin” tista’ tinżied mal-isem jew l-isem tista’ teħodlu postu denominazzjoni korrespondenti.
(10) Il-prodotti li jkun fihom aktar minn 40 % lamtu jistgħu jissejħu “b’lamtu għoli”. Bil-Ġermaniż dawn jistgħu jissejħu “Maisnachmehl”.
(11) Dan l-isem jista’ jeħodlu postu “għalf tal-glutina tal-majs”.
(12) Dan l-isem jista’ jeħodlu postu “lamtu tal-qamħirrum estruż”.
(13) L-isem jista’ jiġi supplimentat mill-ispeċi tal-ħabba.
(14) Dan l-isem jista’ jeħodlu postu “ħabb u solubles imnixxfa tad-distillaturi”. L-isem jista’ jiġi supplimentat mill-ispeċi tal-ħabba.
(15) Fejn jixraq, l-indikazzjoni “baxx fil-glucosinolate’ tista” tinżied. “Baxx fil-glucosinolate” hija kif imfissra fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
(16) L-isem irid jiġu ssuplimentat mill-ispeċi tal-pjanta.
(17) Dan l-isem irid jiġi ssuplimentat minn indikazzjoni tan-natura tat-trattament bis-sħana.
(18) Dan l-isem tista’ teħodlu postu l-kelma “sukrosju”.
(19) Dan l-isem tista’ teħodlu postu l-kelma “tapjoka”.
(20) Dan l-isem jista’ jinbidel minn “lamtu tat-tapjoka”.
(21) L-isem irid jiġu ssuplimentat mill-ispeċi tal-frotta.
(22) Il-kelma “smid” tista’ teħdilha postha l-kelma “pellets”. Il-metodu tat-tnixxif jista’ jinżied mal-isem.
(23) L-ispeċi tal-wiċċ tar-raba’ tal-għalf tal-bhejjem jista’ jinżied mal-isem.
(24) L-ispeċi taċ-ċereali trid tiġi indikata fl-isem.
(25) Dan l-isem irid jiġi ssuplimentat minn indikazzjoni tan-natura tat-trattament kimiku mwettaq.
(26) Dan l-isem tista’ teħodlu postu l-kelma “sukrosju”.
(27) Dan l-isem jista’ jingħad floku “trab tal-albumina tal-ħalib”.
(28) Prodotti li fihom aktar minn 13 % xaħam fil-materja niexfa jridu jiġu kkwalifikati bħala “b’rata għolja ta’ xaħam”.
(29) Dan l-isem jista’ jiġi suplimentat minn deskrizzjoni iktar preċiżat tat-tip ta’ xaħam tal-annimali skont l-oriġini tiegħu jew il-proċess ta’ produzzjoni (dam, grass, xaħam tal-għadam, eċċ.).
(30) Prodotti li fihom aktar minn 75 % proteina kruda fil-materja niexfa jridu jiġu kkwalifikati bħala “b’rata għolja ta’ proteina”.
(31) In-natura tas-sors tista’ tiġi indikata flimkien mal-isem jew minfloku.
(32) Il-proċess tal-manifattura jista’ jiddaħħal fl-isem.
(33) L-isem jista’ jiġi emendat jew suplimentat sabiex jispeċifika l-proċess agroalimentari li minnu jkun inkiseb il-materjal tal-għalf.
(34) L-isem jista’ jiġi ssuplimentat minn indikazzjoni tal-melħ miksub.