Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0723

2010/723/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Novembru 2010 li testendi l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2005/359/KE li tipprovdi deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE bir-rigward ta’ zkuk tal-ballut ( Quercus L.) bil-qoxra magħhom, li joriġinaw mill-Istati Uniti (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8229)

ĠU L 312, 27.11.2010, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/723/oj

27.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2010

li testendi l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2005/359/KE li tipprovdi deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE bir-rigward ta’ zkuk tal-ballut (Quercus L.) bil-qoxra magħhom, li joriġinaw mill-Istati Uniti

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8229)

(2010/723/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2000/29/KE, iz-zkuk tal-ballut (Quercus L.) bil-qoxra magħhom (minn issa ’l quddiem: “iz-zkuk”), li joriġinaw mill-Istati Uniti, fil-prinċipju ma jistgħux jiddaħħlu fl-Unjoni minħabba r-riskju tal-introduzzjoni taċ-Ceratocystis fagacearum (Bretz) Hunt, li ddebbel is-siġar tal-ballut.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/359/KE (2) tawtorizza lill-Istati Membri jipprovdu derogi mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE u mit-tielet inċiż tal-Artikolu 13(1)(i) ta’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-Anness IV(A)(I)(3) ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ zkuk li joriġinaw fl-Istati Uniti soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi. Dik id-Deċiżjoni se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.

(3)

Ladarba għadhom jgħoddu ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw din l-awtorizzazzjoni u ma hemm l-ebda informazzjoni ġdida li tagħti lok għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi estiża.

(4)

Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2005/359/KE, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni tiġġedded għal 10 snin.

(5)

L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar it-tħaddim tagħha fuq bażi annwali, biex b’hekk il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti jkun jista’ jirrevedi l-implimentazzjoni korretta ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Id-Deċiżjoni 2005/359/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2005/359/KE, l-Artikoli 10 u 11 qed jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 10

L-Istati Membri li għamlu użu mid-deroga pprovduta fl-Artikolu 1 għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar it-tħaddim tagħha sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena għall-perjodu ta’ qabel ta’ bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ April.

Ir-rapport għandu jinkludi dettalji dwar kwantitajiet importati.

Artikolu 11

Id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 4.5.2005, p. 14.


Top