EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0257

2010/257/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ April 2010 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja fir-rigward tal-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2009 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2825)

ĠU L 112, 5.5.2010, p. 10–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/257/oj

5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2010

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja fir-rigward tal-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2009

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2825)

(It-testi bl-Estonjan, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Polakk u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)

(2010/257/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 30 u 39 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja fir-rigward tal-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali, akkompanjati mit-tagħrif meħtieġ, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas imsemmijin fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandhom jiġu approvati. L-approvazzjoni tkopri l-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta fid-dawl tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

(2)

Il-limiti ta’ żmien, mogħtijin lill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja msemmijin fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (2) sabiex iressqu d-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 8(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 (3) lill-Kummissjoni, għalqu.

(3)

Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif imressaq u kkomunikat lill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja r-riżultati tas-sejbiet tagħha qabel il-31 ta’ Marzu 2010, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(4)

Għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali, kopert mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (4), ir-riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet għandu jitnaqqas minn jew jiżdied ma’ ħlasijiet sussegwenti li tagħmel il-Kummissjoni.

(5)

Fid-dawl tal-verifiki magħmula, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni, għal ċerti aġenziji tal-ħlas, dwar il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta. Id-dettalji ta’ dawn l-ammonti ġew deskritti fir-Rapport Sommarju li tressaq lill-Kumitat tal-Fond flimkien ma’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Fid-dawl tal-verifiki li saru, it-tagħrif mibgħut minn ċerti aġenziji tal-ħlas jeħtieġ li jsiru aktar mistoqsijiet u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni.

(7)

Għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali kopert bir-Regolament (KE) Nru 27/2004, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati jew li għandhom jitħallsu skont id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, għandhom jitnaqqsu minn jew jiżdiedu ma’ ħlasijiet sussegwenti.

(8)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw infiq fil-qasam tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2009, huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil kull Stat Membri skont din id-Deċiżjoni fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali applikabbli fl-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja huma stipulati fl-Anness I u l-Anness II.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2009, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri fil-qasam ta’ miżuri tal-iżvilupp rurali applikabbli fl-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja, stipulati fl-Anness III, mhumiex approvati f’din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni li għad trid tittieħed fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.

(4)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36.


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2009 – L-AMMONT LI NEFQET IL-FAEG GĦALL-IŻVILUPP RURALI FL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA

Ammont li għad irid jiġi rkuprat mingħand jew jitħallas lill-Istat Membru

SM

 

2009 - In-nefqa tal-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma

Total a + b

Tnaqqis

Total

Ħlasijiet provviżorji rrimburżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (*) (*)

approvati

mhux approvati

= nefqa ddikjarata fid-dikjarazzjoni annwali

= total tal-Ħlasijiet Provviżorji rrimburżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

 

 

a

b

c = a + b

d

e = c + d

f

g = e – f

EE

EUR

 

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

CY

EUR

9 474 074,82

 

9 474 074,82

0,00

9 474 074,82

0,00

9 474 074,82

LV

EUR

2 607 932,10

 

2 607 932,10

0,00

2 607 932,10

0,00

2 607 932,10

LT

EUR

4 033 561,97

 

4 033 561,97

0,00

4 033 561,97

0,00

4 033 561,97

MT

EUR

5 102 120,76

 

5 102 120,76

0,00

5 102 120,76

457 469,86

4 644 650,90

PL

EUR

12 361 738,57

 

12 361 738,57

0,00

12 361 738,57

0,00

12 361 738,57

SK

EUR

7 348 431,19

 

7 348 431,19

0,00

7 348 431,19

0,00

7 348 431,19


SM

Self li jkun ingħata bil-quddiem imma li ma jkunx għadu ġie approvat għall-implimentazzjoni tal-programm [l-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999]

EE

EUR

24 080 000,00

CY

EUR

11 968 000,00

LV

EUR

52 496 000,00

LT

EUR

78 320 000,00

MT

EUR

4 304 000,00

PL

EUR

458 624 000,00

SK

EUR

63 536 000,00


(*)  Hekk kif il-ħlasijiet laħqu 95 % tal-pjan finazjarju tal-Istati Membri kollha, il-bilanċi se jingħataw fil-fażi meta jkun qed jingħalaq il-programm.


ANNESS II

NEFQA APPROVATA MILL-MIŻURA TAL-IŻVILUPP RURALI LI TTIEĦDET MILL-FAEG FL-2009 GĦALL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA

DIFFERENZI BEJN IL-KONTIJIET ANNWALI U D-DIKJARAZZJONIJIET TAN-NEFQA

ĊIPRU

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Appoġġ għall-investimenti għall-ġestjoni tal-fdal tal-annimali

2 171 324,36

 

2 171 324,36

2

Għajnuna biex isir titjib u żvilupp

2 808 953,00

 

2 808 953,00

3

Għajnuna biex jitwaqqfu gruppi ta' produtturi

100 000,00

 

100 000,00

4

Promozzjoni ta' taħriġ vokazzjonali lill-bdiewa

214 482,99

 

214 482,99

5

Servizz tekniku u ta' konsulenza lill-bdiewa

114 647,20

 

114 647,20

6

Irtirar kmieni

119 962,87

 

119 962,87

7

Appoġġ lill-bdiewa ż-żgħar biex jistabbilixxu lilhom infushom

1 355 000,00

 

1 355 000,00

8

Biex jintlaħqu l-istandards tal-UE

1 059 306,78

 

1 059 306,78

9

Adozzjoni tal-miżuri agri-ambjentali

–35 501,90

 

–35 501,90

10

Azzjonijiet agri-ambjentali għall-protezzjoni tal-valur naturali

–30 271,74

 

–30 271,74

11

Għall-afforestazzjoni

2 371,79

 

2 371,79

12

Għat-titjib tal-infrastruttura għat-trobbija tal-bhejjem

0,00

 

0,00

13

Għaż-żoni inqas vantaġġati

1 040,45

 

1 040,45

14

Appoġġ ta' skemi ta' kwalità

276 389,31

 

276 389,31

15

Appoġġ lill-intrapriżi żgħar u għall-proċessar tradizzjonali

271 178,37

 

271 178,37

16

Ħarsien tal-pajsaġġ agrikolu u tradizzjonali

152 497,44

 

152 497,44

17

Ħarsien min-nirien fil-foresti u diżastri naturali oħra

369 758,71

 

369 758,71

18

Għall-afforestazzjoni ta' art mhux agrikola

295 623,90

 

295 623,90

19

Żvilupp fil-proċess tal-ħsad

– 854,30

 

– 854,30

20

Appoġġ tekniku tal-implimentazzjoni, monitoraġġ

62 239,78

 

62 239,78

21

Appoġġ tekniku tal-inizjattivi kollettivi fil-livell lokali

165 925,81

 

165 925,81

 

Total

9 474 074,82

0,00

9 474 074,82


IL-LATVJA

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Irtirar kmieni

–1 195,73

 

–1 195,73

2

Għall-gruppi tal-produtturi

0,00

 

0,00

3

Appoġġ għall-farms ta' semisussistenza

– 264,78

 

– 264,78

4

Biex jintlaħqu l-istandards

423 612,67

 

423 612,67

5

Agri-ambjentali

1 853 096,73

 

1 853 096,73

6

Għaż-żoni inqas vantaġġati

–13 412,76

 

–13 412,76

7

Assistenza teknika

391 805,87

 

391 805,87

8

Obbligi ttrasferiti minn perjodu ta' programmar preċedenti

0,00

 

0,00

9

Allokazzjonijiet ta' riżorsi għall-ħlas uniku skont l-erja

–45 709,90

 

–45 709,90

 

Total

2 607 932,10

0,00

2 607 932,10


IL-LITWANJA

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Agri-ambjentali

3 561 291,02

 

3 561 291,02

2

Għaż-żoni inqas vantaġġati u żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

–2 954,63

 

–2 954,63

3

Biex jintlaħqu l-istandards

– 204 331,89

 

– 204 331,89

4

Għall-afforestazzjoni tal-art agrikola

30 628,19

 

30 628,19

5

Irtirar kmieni

104 338,87

 

104 338,87

6

Appoġġ għall-farms ta' semisussistenza

–8 179,78

 

–8 179,78

7

Miżuri oħra

96 659,66

 

96 659,66

8

Assistenza teknika

455 049,09

 

455 049,09

9

Ħlasijiet diretti nazzjonali komplementari

1 061,44

 

1 061,44

 

Total

4 033 561,97

0,00

4 033 561,97


MALTA

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Għaż-żoni inqas vantaġġati

–5 448,47

 

–5 448,47

2

Agri-ambjentali

1 635 984,94

 

1 635 984,94

3

Biex jintlaħqu l-istandards

1 098 668,34

 

1 098 668,34

4

Għall-gruppi tal-produtturi

0,00

 

0,00

5

Assistenza teknika

865 308,32

 

865 308,32

6

Għajnuna mill-Istat komplementari

0,00

 

0,00

7

Miżuri ad hoc - Bdiewa/Min irabbi full-time

1 507 607,63

 

1 507 607,63

 

Total

5 102 120,76

0,00

5 102 120,76


IL-POLONJA

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Irtirar kmieni

– 115 562,12

 

– 115 562,12

2

Appoġġ għall-farms ta' semisussistenza

– 782 545,72

 

– 782 545,72

3

Għaż-żoni inqas vantaġġati

–3 314 036,52

 

–3 314 036,52

4

Impriżi agri-ambjentali u għall-benesseri tal-annimali

– 449 096,77

 

– 449 096,77

5

Għall-afforestazzjoni

–68 801,15

 

–68 801,15

6

Biex jintlaħqu l-istandards tal-UE

–2 128 574,31

 

–2 128 574,31

7

Għall-gruppi tal-produtturi

0,00

 

0,00

8

Assistenza teknika

19 304 548,86

 

19 304 548,86

9

Ħlasijiet diretti nazzjonali komplementari

–80 324,22

 

–80 324,22

10

Proġetti approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999

–3 869,48

 

–3 869,48

 

Total

12 361 738,57

0,00

12 361 738,57


IS-SLOVAKKJA

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Investimenti għall-impriżi agrikoli

320 353,71

 

320 353,71

2

Għat-taħriġ

8 185,24

 

8 185,24

3

Għaż-żoni inqas vantaġġati u żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

16 450,87

 

16 450,87

4

Biex jintlaħqu l-istandards

405 119,68

 

405 119,68

5

Appoġġ agri-ambjentali

0,00

 

0,00

6

Biex jittejjeb l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

151 516,81

 

151 516,81

7

Għall-ġestjoni tal-foresti

0,00

 

0,00

8

Għall-afforestazzjoni tal-art agrikola

126 911,56

 

126 911,56

9

Għall-konsolidazzjoni tal-art

30 933,37

 

30 933,37

10

Għad-diversifikazzjoi tal-attivitajiet agrikoli

0,00

 

0,00

11

Appoġġ għall-farms ta' semisussistenza

248 306,32

 

248 306,32

12

Għall-gruppi tal-produtturi

1 308 323,39

 

1 308 323,39

13

Assistenza teknika inkluż evalwazzjoni

4 128 723,81

 

4 128 723,81

14

Ħlasijiet diretti komplementari

9 051,97

 

9 051,97

901

Investimenti fl-azjendi agrikoli, Regolament Nru 1268/1999

0,00

 

0,00

905

Appoġġ agri-ambjentali – proġetti approvati skont Regolament Nru 1268/1999

594 554,46

 

594 554,46

907

Għall-ġestjoni tal-foresti – proġetti approvati skont Regolament Nru 1268/1999

0,00

 

0,00

912

Għall-gruppi tal-produtturi – proġett approvat skont Regolament Nru 1268/1999

0,00

 

0,00

 

Total

7 348 431,19

0,00

7 348 431,19


ANNESS III

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2009 – L-AMMONT LI NEFQET IL-FAEG GĦALL-IŻVILUPP RURALI FL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA

Lista tal-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom mhumiex approvati jew huma soġġetti għal deċiżjoni dwar l-approvazzjoni li għad trid tittieħed

Stat Membru

Aġenzija tal-Ħlas

L-Estonja

PRIA


Top