Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1256

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1256/2009 tal- 15 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għal-lanġas, għal-lumi, għat-tuffieħ u għaz-zukkini

    ĠU L 338, 19.12.2009, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2011; Imħassar b' 32011R0543

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1256/oj

    19.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 338/20


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1256/2009

    tal-15 ta’ Diċembru 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għal-lanġas, għal-lumi, għat-tuffieħ u għaz-zukkini

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħaxix (2) jistipula sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

    (2)

    Għall-għanijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Urugwaj, u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2006, l-2007 u l-2008, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini.

    (3)

    B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jkun emendat.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, il-15 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    José Manuel BARROSO

    Il-President


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

    (3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


    ANNESS

    “ANNESS XVII

    DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

    Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies indikattiva biss. għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-ambitu tad-dazji addizzjonali huwa determinat minn dak tal-kodiċi NM kif kien fi żmien l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.


    Numru tas-serje

    Kodiċi tan-NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Perjodu ta’ applikazzjoni

    Livell tal-iskattar

    (tunnellati)

    78.0015

    0702 00 00

    Tadam

    Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

    415 907

    78.0020

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    40 107

    78.0065

    0707 00 05

    Ħjar

    Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

    32 831

    78.0075

    Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

    22 427

    78.0085

    0709 90 80

    Qaqoċċ

    Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

    8 866

    78.0100

    0709 90 70

    Zukkini

    Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

    55 369

    78.0110

    0805 10 20

    Larinġ

    Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

    355 386

    78.0120

    0805 20 10

    Klementina

    Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

    529 006

    78.0130

    0805 20 30

    0805 20 50

    0805 20 70

    0805 20 90

    Mandolin (inkluż it-tanġerin u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

    Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

    96 377

    78.0155

    0805 50 10

    Lumi

    Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

    334 680

    78.0160

    Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

    62 311

    78.0170

    0806 10 10

    Għeneb tal-mejda

    Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

    89 140

    78.0175

    0808 10 80

    Tuffieħ

    mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

    829 840

    78.0180

    Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

    884 648

    78.0220

    0808 20 50

    Lanġas

    Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

    224 927

    78.0235

    Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

    38 957

    78.0250

    0809 10 00

    Berquq

    Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

    5 785

    78.0265

    0809 20 95

    Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa

    Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

    133 425

    78.0270

    0809 30

    Ħawħ, inkluż nuċiprisk

    Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    131 459

    78.0280

    0809 40 05

    Għanbaqar

    Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    129 925 ”


    Top