This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0555
Commission Regulation (EC) No 555/2009 of 25 June 2009 amending Regulation (EC) No 318/2007 laying down animal health conditions for imports of certain birds into the Community and the quarantine conditions thereof (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2009 tal- 25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2009 tal- 25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 164, 26.6.2009, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/03/2013; Imħassar b' 32013R0139
26.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 555/2009
tal-25 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) mad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 18(1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (3) jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għal tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għal għasafar bħal dawn wara l-importazzjoni. |
(2) |
L-Anness V ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għat-tjur tar-razzett. |
(3) |
Il-Ġermanja u r-Repubblika Slovakka rrevedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri approvati tagħhom ta’ kwarantina u bagħtu lista aġġornata ta’ dawk il-faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati stipulati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, jitneħħa dan li ġej:
|
(2) |
Wara l-parti li tikkonċerna lill-Portugall, jiżdied dan li ġej għar-Repubblika Slovakka:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(2) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.