EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0019
Commission Regulation (EC) No 19/2009 of 13 January 2009 implementing Regulation (EC) No 453/2008 of the European Parliament and of the Council on quarterly statistics on Community job vacancies, as regards the definition of a job vacancy, the reference dates for data collection, data transmission specifications and feasibility studies (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 19/2009 tat- 13 ta' Jannar 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala fil-Komunità, b’rigward tad-definizzjoni ta’ impjieg battal, id-dati ta’ referenza għall-ġbir tad-dejta, l-ispeċifikazzjonijiet għat-trażmissjoni tad-dejta u l-istudji ta’ fattibbiltà (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 19/2009 tat- 13 ta' Jannar 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala fil-Komunità, b’rigward tad-definizzjoni ta’ impjieg battal, id-dati ta’ referenza għall-ġbir tad-dejta, l-ispeċifikazzjonijiet għat-trażmissjoni tad-dejta u l-istudji ta’ fattibbiltà (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 9, 14.1.2009, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 9/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 19/2009
tat-13 ta' Jannar 2009
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala fil-Komunità, b’rigward tad-definizzjoni ta’ impjieg battal, id-dati ta’ referenza għall-ġbir tad-dejta, l-ispeċifikazzjonijiet għat-trażmissjoni tad-dejta u l-istudji ta’ fattibbiltà
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2, il-punt 1 u l-Artikoli 3(1), 5(1) u 7(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala fil-Komunità. |
(2) |
Huma meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni dwar id-definizzjoni tat-tagħrif li għandu jingħata u d-dati ta’ referenza li għalihom se jinġabar it-tagħrif. |
(3) |
Huwa meħtieġ ukoll li jiġu speċifikati l-format, id-dati ta' skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta meħtieġa u d-data tal-ewwel tliet xhur ta' referenza li se jiġu trażmessi. |
(4) |
Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-qafas xieraq għal sensiela ta’ studji ta’ fattibbiltà li għandhom jitwettqu minn dawk l-Istati Membri li jsibu diffikultà biex jipprovdu dejta għal unitajiet żgħar u għal ċerti attivitajiet. |
(5) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew ġie kkonsultat. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f''dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet relatati ma’ “impjieg battal”
Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2, il-punt 1 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008:
(a) |
“il-passi attivi sabiex jinstab kandidat xieraq” għandhom jinkludu:
|
(b) |
“perjodu speċifiku ta’ żmien” għandu jirreferi għaż-żmien massimu li matulu l-impjieg jibqa' battal u huwa maħsub biex jimtela. Dan il-perjodu ma għandux ikun limitat; kull impjieg battal li l-passi attivi għalih jitkomplew fid-data ta’ referenza għandhom jiġu rrappurtati. |
Artikolu 2
Dati ta’ referenza
L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta dwar l-għadd ta’ impjiegi battala u l-għadd ta’ impjiegi mimlija kif definit fl-Arikolu 2, il-punti 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 li jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi għat-tliet xhur ta' referenza. Il-metodi preferuti biex jinkiseb dan huma l-ġbir tad-dejta fuq bażi kontinwa jew il-kalkolu ta’ medja rappreżentattiva ta’ dejta miġbura għad-dati ta’ referenza speċifiċi.
Artikolu 3
Trażmissjoni tad-dejta
1. Fi żmien 70 jum mit-tmiem tat-tliet xhur ta' referenza, l-Istati Membri għandhom jibagħtu dejta maqsuma kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 453/2008, flimkien mal-metadata korrispondenti.
Dawk l-Istati Membri li l-għadd ta’ ħaddiema tagħhom jirrappreżenta aktar minn 3 % tat-total tal-Komunità Ewropea għandhom jittrażmettu l-għadd aggregat ta’ impjiegi battala u impjiegi mimlija u l-metadata korrispondenti fi żmien 45 jum mit-tmiem tat-tliet xhur ta' referenza.
Is-sehem ta’ kull Stat Membru mill-għadd totali ta' ħaddiema fil-KE għandu jiġi kkalkulat kull ħames snin fuq il-bażi tal-medja tal-erba’ kwarti tas-sena kalendarja ta' qabel. Fil-każ tas-sħubija ta’ Stati Membri ġodda, għandhom jitwettqu kalkoli ad hoc. L-ewwel kalkolu għandu jirreferi għas-sena kalendarja qabel is-sena tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-għajn għad-dejta dwar il-ħaddiema għandu jkun l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-Unjoni Ewropea stipulat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (2). Id-dejta għandha tirreferi għal unitajiet ta’ negozju koperti mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008.
Kull tibdil fid-data ta' skadenza tat-trażmissjoni għal pajjiżi li jaqbżu l-limitu massimu ta’ 3 % għall-ewwel darba għandhom jkunu applikabbli għall-ewwel tliet xhur tas-sena ta' referenza wara l-kalkolu.
2. Metadejta korrispondenti għandha tirreferi speċifikament għal tagħrif rigward avvenimenti metodoloġiċi jew tekniċi tul it-tliet xhur li huma meħtieġa biex jiġu interpretati r-riżultati, u tagħrif dwar ċelloli ta’ dejta li huma meqjusa bħala mhux affidabbli biżżejjed jew li ma jistgħux jiġu żvelati.
3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dejta ta’ kull tliet xhur u l-metadata korrispondenti lill-Kummissjoni (Eurostat) f'format elettroniku. It-trażmissjoni għandha tikkonforma ma' l-istandards ta’ skambju xierqa approvati mill-Kumitat tal-Programm Statistiku. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni dokumentazzjoni dettaljata b'relazzjoni ma' standards approvati u għandha tipprovdi linji ta’ gwida dwar kif jiġu implimentati dawn l-istandards.
4. L-ewwel trażmissjoni ta’ dejta għandha tirrelata ma’ l-ewwel tliet xhur tas-sena wara t-tliet xhur tas-sena li matulhom jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Is-sensiela ta' dejta għandha tintbagħat fil-forom li ġejjin:
(a) |
mhux aġġustati; |
(b) |
aġġustati skond l-istaġun, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 b'rigward il-proċeduri ta’ aġġustament staġjonali u r-rapporti dwar il-kwalità; kif ukoll |
(c) |
fuq bażi volontarja, fil-forma ta’ sensiela ta’ ċikli ta’ xejriet. |
Artikolu 4
Studji ta’ fattibbiltà
Il-qafas għall-istudji ta' fattibbiltà stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 huwa stipulat fl-Anness.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 234
ANNESS
Studju ta’ fattibbiltà li jevalwa kif tista’ tinkiseb l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala għal NACE Rev. 2 taqsimiet O, P, Q, R u/jew S
L-istudju ta' fattibbiltà mwettaq minn Stat Membru għandu jkopri b'mod partikolari:
1. |
il-kontribuzzjoni li kull waħda minn dawn l-attivitajiet ekonomiċi tagħmel lill-ekonomija nazzjonali, espressa f’termini ta’ għadd ta’ kumpaniji u s-sehem fl-impjieg jew miżura alternattiva xierqa. |
2. |
deskrizzjoni tas-similaritajiet u d-differenzi fl-istrutturi tal-impjiegi battala u l-iżviluppi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi meta mqabbla ma’ l-istrutturi tal-impjiegi battala u l-iżviluppi fi ħdan in-NACE Rev. 2 taqsimiet B sa N. |
Għażliet
L-għażliet differenti għall-kisba tal-għadd ta' impjiegi battala u l-għadd ta' impjiegi mimlija għal NACE Rev. 2 taqsimiet O, P, Q, R u/jew S għandhom jiġu evalwati. Għandhom jitqiesu l-għejun ta’ dejta possibbli li ġejjin:
(a) |
kollezzjonijiet eżistenti ta' dejta; |
(b) |
għejun amministrattivi; |
(c) |
proċeduri ta' stima statistika; |
(d) |
kollezzjonijiet ġodda ta' dejta. |
Għal kull għażla meqjusa, l-evalwazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-kwistjonijiet tekniċi u legali involuti, inklużi: iż-żmien tal-implimentazzjoni; il-kwalità statistika mistennija tar-riżultati; l-ispejjeż mistennija għat-tnedija u t-tmexxija tal-ġbir tad-dejta espressi f’euro u l-ħaddiema impjegati b’xogħol ekwivalenti għal full-time; l-ispiża għal kull unità waħdanija mistħarrġa; estimi ta’ kull spiża addizzjonali fuq in-negozji; kull riskju jew inċertezza; u vantaġġi jew żvantaġġi partikolari. L-ispiża u l-kwalità għandhom jitqabblu ma’ dawk tal-ġabra tad-dejta eżistenti għat-taqsimiet B sa N.
Rakkomandazzjoni
Imsejsa fuq l-evalwazzjoni tal-għażliet differenti, għandha tiġi proposta rakkomandazzjoni dwar l-aktar strateġija xierqa.
Implimentazzjoni
Għandhom jingħataw dettalji tal-pjan ta' implimentazzjoni propost, inklużi d-dati tal-bidu u tat-tlestija tal-istadji speċifiċi.
Stati Membri li jwettqu studji ta' fattibbiltà
L-Istati Membri li ġejjin għandhom iwettqu studji ta' fattibbiltà biex jevalwaw kif id-dejta ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 tista’ tinkiseb għan-NACE Rev. 2 taqsimiet O, P, Q, R u/jew S:
— |
Id-Danimarka |
— |
Il-Ġermanja |
— |
Spanja |
— |
Franza |
— |
L-Italja |
— |
Malta |
— |
L-Awstrija. |
Studju ta’ fattibbiltà li jevalwa kif tista’ tinkiseb l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala minn unitajiet ta' negozju b'anqas minn 10 ħaddiema
L-istudju ta' fattibbiltà mwettaq minn Stat Membru għandu jkopri b'mod partikolari:
1. |
il-kontribuzzjoni li kull kumpanija tal-klassi tad-daqs tagħmel lill-ekonomija nazzjonali, espressa f’termini ta’ għadd ta’ kumpaniji u s-sehem fl-impjieg jew miżura alternattiva xierqa. |
2. |
deskrizzjoni tas-similaritajiet u d-differenzi fl-istrutturi tal-impjiegi battala u l-iżviluppi għal din il-kumpanija tal-klassi tad-daqs meta mqabbla ma’ l-istrutturi tal-impjiegi battala u l-iżviluppi f’kumpaniji b’10 ħaddiema jew aktar. |
Għażliet
L-għażliet differenti biex jinkiseb l-għadd ta’ impjiegi battala u l-għadd ta’ impjiegi mimlija għal kumpaniji b’anqas minn 10 ħaddiema għandhom jiġu evalwati. Għandhom jitqiesu l-għejun ta’ dejta possibbli li ġejjin:
(a) |
kollezzjonijiet eżistenti ta' dejta; |
(b) |
għejun amministrattivi; |
(c) |
proċeduri ta' stima statistika; |
(d) |
kollezzjonijiet ġodda ta' dejta. |
Għal kull għażla meqjusa, l-evalwazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-kwistjonijiet tekniċi u legali involuti, inkluż iż-żmien tal-implimentazzjoni; il-kwalità statistika mistennija tar-riżultati; l-ispejjeż mistennija għat-tnedija u t-tmexxija tal-ġbir tad-dejta espressi f’euro u l-ħaddiema impjegati b’xogħol ekwivalenti għal full-time; l-ispiża għal kull unità waħdanija mistħarrġa; estimi għal kull spiża addizzjonali fuq in-negozji; kull riskju jew inċertezza; u vantaġġi jew żvantaġġi partikolari. L-ispiża u l-kwalità għandhom jitqabblu ma’ dawk tal-ġabra tad-dejta eżistenti għal negozji b’10 ħaddiema jew aktar.
Rakkomandazzjoni
Imsejsa fuq l-evalwazzjoni tal-għażliet differenti, għandha tiġi proposta rakkomandazzjoni dwar l-aktar strateġija xierqa.
Implimentazzjoni
Għandhom jingħataw dettalji tal-pjan ta' implimentazzjoni propost, inklużi d-dati tal-bidu u tat-tlestija tal-istadji speċifiċi.
Stati Membri li jwettqu studji ta' fattibbiltà
L-Istati Membri li ġejjin għandhom iwettqu studji ta' fattibbiltà biex jevalwaw kif id-dejta ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 jistgħu jinkisbu għal unitajiet ta’ negozju b’anqas minn 10 ħaddiema:
— |
Id-Danimarka |
— |
Franza |
— |
L-Italja |
— |
Malta. |